Author: Rev. Dr Paul Sciberras

Ritratt: Ryan Franco fuq UnsplashLi tħenn ma jfissirx li titħassar, dak li bl-Ingliż ngħidu “to have pity”. Meta nitħassar lil xi ħadd ma nkun għadni qed nagħmel xejn biex intejjeb is-sitwazzjoni ta’ dak li jkun. Meta nitħassar biss u nieqaf hemm, inkun qed inħalli lil dak li jkun fejn hu. Imma l-ħniena mhux hekk! Il-ħniena xxammar il-kmiem u tagħmel xi ħaġa għal dak li tħenn għalih.Fit-Testment il-Qadim u l-ĠdidImma ejja mmorru għat-tifsira tal-kelma “ħniena” bil-Lhudi fit-Testment il-Qadim, u bil-Grieg fit-Testment il-Ġdid.Fil-Lhudi, bħal-lingwi Semitiċi l-oħra, fosthom il-Malti, huwa diffiċli ħafna tesprimi kunċetti astratti, bħall-imħabba, il-ħniena, il-ġustizzja. Allura l-Bibbja tinqeda bi “kliem-stampi” għal dan il-għan. Għall-ħniena, il-Bibbja tinqeda bil-“kelma-stampa” tal-ġuf. Il-kelma…

Read More

Ritratt: Shutterstock, Flimkien MagazineL-ewwel nett, il-ġrajja ta’ meta Ġwanni l-Battista (dak li Erodi qatagħlu rasu) qal dal-kliem insibuha fil-Vanġelu ta’ San Ġwann l-Evanġelista (l-appostlu li kien taħt is-salib). Dan il-Vanġelu nkiteb qrib is-sena 100 WK. Tajjeb li ma nħalltuhomx.Biex nifhmu tajjeb irridu nħarsu wkoll lejn l-Ewwel Ittra ta’ San Pawl lill-Korintin (fejn jissemma’ l-ħaruf). Din l-ittra nkitbet qabel, għall-bidu tas-sena 56 WK.Imma hemm ukoll interpretazzjoni komunitarja tar-rakkont li hemm fil-ktieb tal-Eżodu (kapitlu 12) u ta’ dak li kien hemm fi żmien Ġesù nnifsu.Fir-rakkont tal-ewwel Għid (Eżodu 12:1-6), jiġifieri meta l-Lhud ħarbu mill-Eġittu, insibu hekk: “Tistgħu tieħdu min-nagħaġ (ħaruf) jew mill-mogħoż…

Read More