Author: Kav. Joe M. Attard

Ritratt: FB.com/stgeorge.org.mtSan Gorġ tagħna din is-senaMintix ser iddur mat-toroqImma sejjer tibqa’ ġewwaMirfud sewwa taħt ix-xoroqGħaliex din il-pandemijaĦolqitilna bosta nkwietĦarbtitilna r-rutinaU ma ħalliet lil ħadd bil-kwiet.Għadd ta’ xhur tgerbu u marruMagħluqin ġewwa d-darGħaliex bżajna li ningidmuMinn dal-virus, minn dal-far.Tgħid il-poplu tagħna nesaLill-maħbub Sid il-ĦolqienU waddbu f’xi kantunieraĠewwa rokna ta’ xi ġnien!Lil Dak illi ħalaq kolloxNeħtiġuh kuljum, kull ħinFlimkien ma’ dik l-Omm imbierkaMax-Xirka tal-QaddisinIlli fosthom żgur jispikkaIl-martri Gorġi ta’ LiddaL-isplendur, it-Tribun qawwiLi mal-globu dejjem idda.Li matul it-tielet ġimgħaKif xahar Lulju jfeġġ fuqnaArah lil kulħadd iġennenLejn il-knisja dlonk isuqna!Iktar mis-snin l-imgħoddijaGħad-dell tat-Tribuna mmorru;Muż’ka, dwal u ferħ inġarrbuLil San Gorġ f’qalbna nġorru.Maħniex ser naraw…

Read More