Author: Amy Borg

Miguela XuerebMas-7,000 negozju se jkun qed jibbenefika minn estensjoni tal-iskema MicroInvest, amministrata mill-Malta Enterprise, li tassisti negozji u self-employed meta jinvestu f’apparat, refurbishment, ħolqien ta’ impjiegi u operat iktar sostenibbli tan-negozji tagħhom.Matul il-konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli ħabbret l-estensjoni ta’ din l-iskema, bl-għan li tipprovdi lin-negozji iktar żmien biex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn kreditu ta’ taxxa.Iċ-ċertifikati tal-MicroInvest li kienu se jiskadu sal-2023, issa se jkunu mġedda sal-2026.Parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni, dawk in-negozji li għamlu xi investiment fl-2019 u ppjanaw biex jibbenefikaw minn kreditu ta’ taxxa fl-2020 u l-2021, se jkunu jistgħu jsarfuh fl-2024, 2025 u…

Read More

DOIL-eks surġent tal-Pulizija Simon Schembri ingħata kumpens finanzjarju mill-Gvern b’rabta mal-inċident li esperjenza il-qadi ta’ dmirijietu.L-inċident kien seħħ fil-15 ta’ Mejju tal-2018. Simon Schembri spiċċa jsofri minn ġrieħi serji u b’diżabilità permanenti wara li kien tkaxkar għal diversi metri minn sewwieq ta’ karozza li ma obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija.Ix-xufier kien tressaq il-Qorti akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ Schembri u bħalissa qed jistenna li jgħaddi ġuri fil-Qorti.Permezz tal-avukat tiegħu Simon Schembri kien għamel att ġudizzjarju fil-Qorti Ċivili li fih talab għal kumpens fuq id-danni li sofra waqt li kien qed jaqdi d-dmirijiet tiegħu bħala Surġent tal-Pulizija.Jingħalqu l-provi kontra Liam Debono talli tajjar…

Read More

Josianne VellaRead in English.Is-servizz bil-ferry lejn Augusta fi Sqallija se jkollu jibda aktar ‘il quddiem wara li nqalgħu kwistjonijiet legali b’rabta mas-servizz.Is-servizz kellu jibda mill-Ġimgħa iżda l-kumpanija li se toffri s-servizz qed taffaċċja proċeduri fil-Qorti fi Sqallija. Jirriżulta li kumpanija oħra oġġezzjonat għas-servizz li se tkun qed toffri l-kumpanija Ponte Ferries bl-użu tal-port f’Augusta.Jirriżulta li Ponte Ferries bdiet tbigħ il-biljetti f’Ġunju għal prezz ta’ €9.99 għal kull vjaġġ wara li applikat biex tkun tista’ taħdem mill-port ta’ Augusta f’Novembru tas-sena l-oħra. Jirriżulta wkoll li l-kumpanija li oġġezzjonat għal dan is-servizz ma taħdimx minn dan il-port.Tista’ tibda tmur Sqallija għal €9.99…

Read More

Ritratt: Enemalta- FacebookMatul il-lejl li għadd Residenti f’Marsaskala spiċċaw mingħajr elettriku b’uħud għadhom s’issa mingħajr provvista. Persuna li tkellmet ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet qalet li għamlu kważi 12-il siegħa migħajr elettriku. f’perjodu fejn bħalissa l-pajjiż qed jesperjenza mewġa ta’ sħana.Din is-sitwazzjoni qed tkun esperjenzata f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex b’mod partikolari matul dan is-Sajf bil-korporazzjoni Enemalta qalet, fi stqarrija maħruġa t-Tlieta, li minħabba s-sħana qawwija li qed tagħmel f’pajjiżna id-domanda għall-elettriku qed tilħaq livelli rekord.Ħsara f’cable tad-dawl fi Triq Reġjonali; tingħalaq karreġġjataJirriżulta li ż-żieda qawwija fid-domanda f’dawn il-ġimgħat u b’mod partikolari t-temperaturi għoljin, ikkawżat ħsarat fuq is-sistema tal-low voltage…

Read More

Ritratt: Moviment GraffittiIl-Moviment Graffitti saħaq li s-sentenza mogħtija lil żewġ nisa, ommijiet Torok hija eżempju ċar ta’ razziżmu istituzzjonalizzat fejn il-Qrati setgħu ħarġu sanzjonijiet inqas ħorox u iktar adattati.L-NGO qalet dan flimkien mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ħaddiema Soċjali u l-aditus foundation li organizzaw konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-Qorti, sabiex jisħqu fuq il-pożizzjoni tagħhom fir-rigward tat-trattament inuman u inġust taż-żewġ immigranti u ommijiet.Preżenti għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm anke l-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca f’isem Eurochild u Andrew Azzopardi f’isena l-Assoċjazzjoni Maltija tas-Social Workers.  Iż-żewġ ommijiet ingħataw sentenza ta’ sitt xhur ħabs wara li nstabu ħatja li użaw passaporti foloz u appellaw…

Read More

Miguela XuerebErba’ ex-Speakers kitbu lill-Speaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia li mhux se jieħdu sehem f’Simpożju tal-Ispeakers li għandu jittella’ t-Tlieta 10 ta’ Awwissu fl-okkażjoni tal-100 sena tal-Parlament Malti.L-erba’eks speakers li kitbu l-ittra huma Alfred Bonnici, Lawrence Gonzi, Anton Tabone u Louis Galea.Huma qalu lill-Ispeaker infurmawh li rriflettew fuq is-sitwazzjoni li għaddej minnha bħalissa l-pajjiż, qablu li mhux żmien addattat li l-Parlament jiddedika l-ħin tiegħu fuq ċerimonja bħal din meta l-pajjiż qed jaffaċċja aġenda ta’ materji ħafna aktar importanti u urġenti.Bħal llum ġimgħa ġie ppublikat ir-rapport tal-Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li sab lill-Istat ħati għal dan il-qtil…

Read More

Ritratt: OPRIl-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Miriam Vella ltaqgħu ma’ rappreżentanti tal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan tħabbar permezz ta’ stqarrija maħruġa mill-uffiċċju tal-President fejn fiha jingħad li l-laqgħa saret f’forma privata, fil-Palazz ta’ Sant’Anton.L-għada li ġie ppublikat ir-rapport il-President George Vella qal li jemmen li r-Rapport dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, jaf, u għandu iservi bħala l-punt tat-tluq biex jibda l-proċess ta’ fejqan fuq livell nazzjonali tat-trawma li ħalla l-assassinju li seħħ f’Ottubru 2017. Qal li ħa nota tal-konklużjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet tal-Bord tal-Inkjesta u għad irid jixtarr aktar u aħjar dak li ġie deċiż u dak…

Read More

Ritratt: Miguela XuerebId-Dipartiment tad-Dwana rnexxielu jikkonfiska 268 pakkett ta’ tabakk li ma jitpejjipx magħruf aħjar bħala Chewing tobacco. Is-sejba saret f’żewġt iħwienet, wieħed fl-Imsida u l-ieħor f’Ta’ Xbiex.L-ammont ikkonfiskat jammonta għal 237 kg. Id-Dipartiment tad-Dwana, permezz ta’ stqarrija spjega li s-sejba saret wara tfittxijiet f’diversi ħwienet fiż-żona tal-Imsida u Ta’ Xbiex.Fi tfittxijiet li saru f’Ħal Luqa nstabu 3 kg ta’ dan it-tip ta’ tabakk flimkien ma’ sigaretti tal-kuntrabandu u alkoħol. Din is-sejba, saret f’ħanut tal-merċa f’Ħal Luqa.F’Malta tabakk li ma jitpejjipx hu llegali inkluż f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea. Skont il-liġi Maltija ħadd ma jista’ jimorta, jimmanifattura, jaħżen, jipprovdi jew ibigħ…

Read More

Miguela XuerebId-deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne jindirizza konferenza tal-aħbarijiet flimkien mas-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, Prof. Charmaine Gauci.Il-konferenza tal-aħbarijiet se tibda fil-11:00 am.Aktar dettalji dalwaqt.COVID-19: Approvat ix-xiri tal-vaċċin potenzjali tan-NovavaxIxxerja din l-istorjaL-Artiklu ta’ QabelJinżamm arrestat ir-raġel akkużat b’serq ta’ roti See original Article on newsbook.com.mt

Read More

Ritratt: Miguela XuerebIr-raġel li tressaq il-Qorti akkużat li seraq numru ta’ roti nżamm arrestat. Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, l-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.Hu ġie akkużat b’serq aggravat u talli kiser kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest b’rabta ma’ każi oħra.It-Tlieta l-Pulizija rnexxielha tkisser ċirku ta’ serq ta’ roti, li wara li nsterqu, tpoġġew għall-bejgħ.Fl-aħħar xhur, il-Pulizija tad-Distrett ta’ Tas-Sliema innutat żieda ta’ rapporti ta’ roti misruqin mil-lokalitajiet ta’ Tas-Sliema, il-Gżira u ‘l madwar. Il-Pulizija rnexxielha tidentifika uħud mir-roti misruqin u li allegatament kienu qed jinbiegħu f’suq miftuħ.Fil-Qorti ħareġ kif waħda mir-roti nsterqet minn Triq St Albert fil-Gżira bejn it-13 u l-14…

Read More