Author: Christian Micallef

Id-difensur ċentrali tal-Maċedonja ta’ Fuq, Darko Velkovski kien l-aktar plejer, matul din il-Euro, li għamel żbalji li spiċċaw jissarfu f’gowls kontra t-tim tiegħu. Il-Maċedonja kienu wieħed miż-żewġ pajjiżi li ddebuttaw f’din il-kompetizzjoni u tilfu t-tliet partiti tal-grupp. Huma soffrew total ta’ tmien gowls, u ħamsa minn dawn waslu minn żbalji ta’ Velkovski.Darko Velkovski fl-azzjoni fil-partita li l-Maċedonja ta’ Fuq lagħbet fil-grupp kontra l-Ukrajna.Fit-tieni post ta’ din il-klassifika negattiva, insibu żewġ plejers ta’ żewġ timijiet differenti. Yann Sommer, gowlkiper tal-Iżvizzera u d-difensur ċentrali tal-Ungerija, u li jilgħab fil-Bundelsliga Ġermaniża ma’ RB Leipzig, Willi Orban. Dawn it-tnejn kellhom tort f’erbgħa mill-gowls li…

Read More

Tard it-Tnejn filgħaxija, tliet atleti Maltin temmew b’suċċess sfida diffiċli ta’ saħħa u reżistenza kbira, meta permezz ta’ kayak qadfu minn San Pawl il-Baħar għal Marina di Ragusa, fi Sqallija, b’distanza ta’ madwar 100km. Bla dubju din kienet sfida atletika xejn faċli għal Karen Amato, Ruben Vassallo u Daniel Seguna, li għażlu li jagħmlu dan il-vjaġġ fuq il-baħar, mingħajr waqfien, f’ħin ta’ 16-il siegħa u nofs.Din l-isfida, Ii kienet mibnija fuq dedikazzjoni u perseveranza kbira, kellha skop importanti, hekk kif it-tliet atleti Maltin riedu jagħmluha biex joħolqu għarfien f’pajjiżna għall-marda kronika tal-obeżitá. Sfortunatament, diversi statistiċi maħruġa fl-aħħar snin, urew biċ-ċar…

Read More

Bħal ma jiġri dejjem, kwalunkwé turnament bħall-Euro 2020, joffri emozzjonijiet diversi, fosthom diżappunti fuq livell individwali ta’ plejers minn timijiet differenti li wieħed kien jistenna ferm aktar minn għandhom matul il-kompetizzjoni. Bħal kull spettatur ieħor f’din il-Euro, stajt nosserva u nagħti l-ġudizzju tiegħi dwar ċertu plejers, speċjalment dawk li fuq livell internazzjonali, igawdu ċertu popolaritá u sa minn qabel il-bidu ta’ din is-16-il edizzjoni tal-Euro, il-media bdiet tiffoka ħafna mill-attenzjoni tagħha fuqhom.Għalhekk għażilt SITT plejers li nħoss li kienu fost l-aktar li ddiżżapuntaw għaliex wieħed kien qed jistenna li jara l-oppost ta’ dak li effettivament ipproduċew matul dan ix-xahar tal-Kampjonati…

Read More

Raheem Sterling, il-plejer Ingliż li fil-ħin barrani tas-semi-finali bejn Ingilterra u Danimarka, rebaħ il-penalty li wassal għall-gowl tar-rebħa Ingliża, insista li kien hemm kuntatt u l-penalty kien wieħed ċar. Ir-referee tal-logħba, l-Olandiż, Joakim Maehle iġġudika li kien l-kuntatt tad-difensur Daniż, Joakim Maehle fuq Sterling kien wieħed irregolari.Bosta kienu dawk li esprimew ix-xettiċiżmu tagħhom jekk dan l-episjodu kienx ta’ penalty jew le, iżda r-referee ta’ 38 sena, għażel li jieħu din id-deċiżjoni wara li saħansitra rrikorra għall-VAR. Mill-istess penalty, il-captain internazzjonali Ingliż, Harry Kane kellu x-xutt tiegħu salvat mill-gowlkiper Kasper Schmeichel, iżda l-attakkant ta’ Tottenham Hotspur, kien pront sabiex mir-rebound jixħet…

Read More

Il-mixja impressjonanti tad-Danimarka f’din il-Euro 2020 tkompli. Sal-lum din tad-Danimarka kienet storja tassew partikolari, u meta wieħed jiftakar kif bdiet, u dak li ġara fl-ewwel logħba tagħhom kontra l-Finlandja, allura bilfors jifhem u japprezza li dak li għamlu s’issa t-tim nazzjonali Daniż, taħt it-tmexxija tal-kowċ, Kasper Hjulmand, kien sempliċiment speċjali u b’sinifikat.Fil-konferenza stampa ta’ wara r-rebħa fil-kwarti tal-finali kontra r-Repubblika Ċeka, Hjulmand stqar li tul din il-mixja, li wasslithom sa Wembley Stadium, huma qed iġorru f’moħħhom u f’qalbhom, lill-kollega u ħabib tagħhom, Christian Eriksen. Dan hu s-sigriet li s’issa wassalhom sas-semi-finali tal-Euro 2020, b’tama u b’possibiltá li dejjem qed tikber,…

Read More

Bl-eliminazzjoni tal-Portugall mill-Euro 2020, wara t-telfa tal-lejla kontra l-Belġju fl-istadju tal-aħħar 16-il tim tal-kompetizzjoni, Romelu Lukaku għandu l-opportunitá li jilħaq u saħansitra jissupera lil Cristiano Ronaldo, fil-quċċata tal-klassifika tal-aqwa skorers f’din l-edizzjoni. Illum, iż-żewġ plejers ma rrnexxilhomx jiskorjaw, hekk kif iż-żewġ kowċis rispettivi ħasbu f’markatura speċifika u diretta li f’ħafna mill-ħin tal-partita, annullat liż-żewġ plejers rispettivi. Madankollu gowl mill-isbaħ ta’ Thorgan Hazard, tliet minuti mit-tmiem tal-ewwel taqsima, għamel id-differenza kollha fir-riżultat finali u wassal biex il-Belġju eliminaw liċ-champions Ewropej tal-aħħar edizzjoni.Id-diżappunt f’wiċċ Cristiano Ronaldo, fit-tmiem tal-partita kontra l-Belġju.Sa qabel din il-partita, Ronaldo kien qed ikollu Kampjonati Ewropej mill-aqwa, tant li…

Read More

Gareth Bale waqqaf ħesrem intervista li kien qed jagħti lill-media internazzjonali wara t-telfa ta’ Wales kontra d-Danimarka, wara li kien mistoqsi jekk wara din l-eliminazzjoni ta’ Wales mill-Euro 2020, kienx se jieħu deċiżjoni jew le dwar jekk jirtirax mill-futbol milgħub. Għal din il-mistoqsija, Bale xejn ma deher komdu u kuntent, tant li qabad u telaq mill-intervista li kienet qed tixxandar diretta fuq it-televiżjoni, mingħajr ma qal xejn.Id-domanda tal-ġurnalist sportiv kienet waħda leġittima, fid-dawl tal-fatt li fl-aħħar ġimgħat il-media internazzjonali kienet qed tirraporta b’mod spekulattiv, li Bale, li għandu 31 sena, kien se jirtira mill-futbol milgħub wara li tgħaddi l-Euro 2020.…

Read More

L-eks plejer internazzjonali Olandiż, Wesley Sneijder jemmen li r-rebbieħa tal-Euro 2020 se jkunu l-Italja. “Il-favoriti tiegħi qabel bdiet il-Euro kienu Franza, imma wara li rajthom jilgħabu fl-istadju tal-gruppi, il-favoriti l-ġodda tiegħi huma l-Italja.”Sneijder, li matul il-karriera tiegħu ta’ plejer lagħab xejn inqas minn 134 partita mat-tim nazzjonali Olandiż, u skorja 30 gowl, saħaq li l-Italja ta’ Mancini, fl-ewwel tliet partiti tal-grupp, impressjonawħ mhux ftit filwaqt li Franza, li tant kien qed jemmen fihom li jistgħu jkunu huma li jirbħu l-Euro, għadhom ma kkonvinċewħx biżżejjed.L-Italja se tkun qed tilgħab fl-istadju tal-aħħar 16-il tim, illejla s-Sibt, fid-9pm kontra l-Awstrija. Skont l-odds tal-kumpaniji…

Read More

Wara waqfa ta’ jumejn, illejla titkompla l-Euro 2020 bit-tieni stadju ta’ din il-kompetizzjoni. Mill-lejla m’hemmx rebħ ta’ punti, iżda eliminazzjoni diretta. B’rebħa tavvanza għall-kwarti tal-finali u b’telfa tieqaf tilgħab minn dan it-turnament. Din hija l-analiżi tiegħi tat-tmien partiti li se nkunu qed insegwu b’tant interess bejn illum is-Sibt u nhar it-Tlieta li ġej. Analiżi u tbassir ta’ x’jista’ jiġri mill-perspettiva tiegħi personali. Opinjoni suġġettiva, u żgur mhux passjonali. Wieħed jista’ jaqbel ma’ dak li naħseb jien, jew jaħsibha differenti mill-mod ta’ kif qed inbassar li se jiġri f’dawn it-tmien partiti.Irrelevanti miinn kif jien u int naħsubha, l-importanti hu li dawn…

Read More

Żewġ partiti u żewġ dros għal Spanja fil-Euro 2020. L-iskwadra taħt it-tmexxija ta’ Luis Enrique qed tirriskja serjament li tista’ tispiċċa eliminata kmieni aktar milli wieħed kien jistenna minn dan it-turnament Ewropew, jekk ma jkunx hemm bidla fl-attitudni u wisq aktar fil-forma ta’ ċertu plejers. Wara r-riżultati u l-presteazzjonijiet deludenti ta’ kontra l-Iżvezja u l-Polonja rispettivament, il-media Spanjola qed tmexxi kampanja voċifora, b’kritika diretta fosthom lejn l-attakkant ta’ Juventus, Álvaro Morata.Alvaro Morata jfalli wieħed miċ-ċansijiet il-kbar fil-partita tas-Sibt, kontra l-Polonja.“Bil-mod ta’ kif qed jilgħab, Morata qed jispiċċa rraqqad il-missierijiet u t-tfal tagħhom meta dawn ikunu qed isegwuħ fl-azzjoni.”Fiż-żewġ partiti ta’…

Read More