Author: Christine Mamo

Jum wara l-ieħor, ħafna jiffukaw fuq il-ġenerazzjonijiet futuri u jinsew li l-anzjani għandhom ferm x’jgħallmuna… u kien għalhekk li l-Papa Franġisku ddedika r-raba’ Ħadd ta’ Lulju għall-anzjani u n-nanniet kollha ta’ madwar id-dinja.Għal din l-ewwel ċelebrazzjoni ta’ dan il-jum, il-Papa Franġisku għażel il-messaġġ “Jien magħkom dejjem sal-aħħar taż-żmien” … l-istess wegħda li Ġesù Kristu kien għamel lid-dixxipli tiegħu qabel ma tela’ s-sema.Lura fl-2013, meta kien sar il-Kap tal-Knisja Kattolika, Franġisku nnifsu kien qal li kull Kristjan għandu jipproteġi lill-anzjani … bħalma dejjem għamel hu stess: ħidma ma taqta’ xejn favur l-anzjani.Kien b’dan il-ħsieb li nibtitlu x-xewqa ta’ jum iddedikat għall-anzjani…

Read More

Fl-okkażjoni tal-jum iddedikat lill-anzjani l-Partit Nazzjonalista jsellem u jġedded l-impenn tiegħu b’aktar ħidma fejjieda favurhom b’rikonoxximent tal-ħidma li taw matul ħajjithom li wasslet biex pajjiżna jilħaq livell għoli ta’ għixien u kwalitá ta’ ħajja ta’ livell Ewropew.Qalet dan Maria Deguara, il-Kelliema għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità f’isem il-Partit Nazzjonalista fejn kompliet li s-sena li għaddiet kienet sena diffiċli għalina lkoll bħala poplu. L-anzjani kienu fost dawk li l- aktar li batew kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Numru kbir minnhom sfaw maqfula fi djarhom jew ġewwa r-residenzi, mċaħħda minn qrabathom u minn dawk l-aktar għeżież għalihom. Sfortunatament il-parti l-kbira ta’ dawk fostna…

Read More

Il-ktieb tant popolari bl-isem ta’ ‘Suwed Ulied il-Lejl’ ta’ Charles Micallef St John qed ikun addattat għal serje televiżiva ġdida li se tibda tixxandar fuq Net Television f’Ottubru li ġej.Din is-serje se jkun qed tirrakonta l-istorja ta’ imħabba ta’ żewġ żgħażagħ, Ġorġa u Lippu li jsibu numru ta’ intriċċi quddiemhom, b’mod speċjali minn missier Ġorġa stess.L-istorja, ambjentata f’Malta stess tmur lura għaż-żminijiet tal-1860… u b’hekk ma jistax jonqos li biex tittella’ din il-produzzjoni kellhom isiru ħafna studji u preparamenti biex jaċċertaw li l-progress taż-żminijiet ta’ llum ma jfixklux il-filming ta’ din is-serje.Net News tkellem mal-producer ta’ din is-serje, Charles Stroud…

Read More

Il-Partit Nazzjonalista nieda kampanja ġdida ta’ ġbir ta’ fondi b’rabta mal-elezzjoni ġenerali bit-tema ‘Ejjew Nazzjonalisti Nissaħħu’.L-iskop ta’ din il-kampanja ġbir ta’ fondi hu biex in-Nazzjonalisti u dawk kollha urtati bl-imġiba tal-Gvern li hu protagonista tal-abbuż ta’ poter, jgħinu lill-Partit Nazzjonalista jissaħħaħ u finanzjarjament ikun f’pożizzjoni li jagħmel kampanja elettorali effettiva.It-teżorier tal-Partit Nazzjonalista, Mario Ellul spjega li l-iskop ta’ din l-inizjattiva hu biex il-Partit jagħti bidu għall-kampanja ta’ ġbir ta’ fondi mmirata għall-elezzjoni ġenerali.Waqt il-programm Net Live ppreżentat minn Maria Francalanza, Mario Ellul spjega aħjar l-għan ta’ din il-kampanja.Dawk kollha interessati li jipparteċipaw f’din l-inizjattiva jistgħu jikkontribwixxu b’diversi modi, fosthom:• Permezz…

Read More

“Kont diżappunt ta’ dak li ġara”Kien dan kliem tal-Prim Ministru Robert Abela dwar is-sitwazzjoni xejn pjaċevoli tal-greylisting li l-Partit Laburista fil-Gvern tefana fiha… b’riżultat li numru ta’ negozji ma jridux jinvestu iktar f’pajjiżna… turija ċara ta’ kemm il-Maltin qed jispiċċaw jitilfu l-impjieg tagħhom kif ukoll barranin li qed jitilqu minn Malta biex ifittxu xogħol f’pajjiżi oħra.Waqt kollegament telefoniku li kellu l-Ħadd filgħodu fuq ir-radju tal-labour, Abela ħass li kellu jqatta’ l-maġġoranza tal-ħin tiegħu jattakka lill-Partit Nazzjonalista dwar is-sitwazzjoni tal-greylisting minflok ta serħan il-moħħ lill-Maltin u l-Għawdxin permezz ta’ pjan ta’ kif se joħroġ lil Malta mil-lista l-griża.Abela tkellem ukoll dwar…

Read More

“Kont diżappunt ta’ dak li ġara”Kien dan kliem tal-Prim Ministru Robert Abela dwar is-sitwazzjoni xejn pjaċevoli tal-greylisting li l-Partit Laburista fil-Gvern tefana fiha… b’riżultat li numru ta’ negozji ma jridux jinvestu iktar f’pajjiżna… turija ċara ta’ kemm il-Maltin qed jispiċċaw jitilfu l-impjieg tagħhom kif ukoll barranin li qed jitilqu minn Malta biex ifittxu xogħol f’pajjiżi oħra.Waqt kollegament telefoniku li kellu l-Ħadd filgħodu fuq ir-radju tal-labour, Abela ħass li kellu jqatta’ l-maġġoranza tal-ħin tiegħu jattakka lill-Partit Nazzjonalista dwar is-sitwazzjoni tal-greylisting minflok ta serħan il-moħħ lill-Maltin u l-Għawdxin permezz ta’ pjan ta’ kif se joħroġ lil Malta mil-lista l-griża.Abela tkellem ukoll dwar…

Read More

Ħidma sfieqa, sagrifiċju u esperjenza. Din hija r-riċetta tas-suċċess.Sostna dan il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-ħidma tal-Partit Robert Arrigo f’diskors li għamel f’għeluq il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista fejn saħaq li kull wiegħda elettorali li għamel ġew imwettqa.Huwa insista li minkejja li jinsab fl-Oppożizzjoni xorta waħda l-Partit Nazzjonalista ħass il-ħtieġa li b’kull mezz jgħin lill-poplu Malti u Għawdxi fejn saħansitra kien hemm persuni li gawdew minn rifużjoni ta’ flus wara l-kampanja tal-Partit Nazzjonalista biex jinqata’ s-serq tal-Gvern mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma.Robert Arrigo sostna li l-Partit Nazzjonalista kompla bil-ħidma tiegħu ankè fuq il-midja tal-partit b’investiment serju u sod – b’titjib finanzjarju fejn saħansitra…

Read More

“Neħtieġu lil kulħadd għax kulħadd huwa validu – kulħadd għandu rwol x’jaqdi f’dan il-Partit.”Sostna dan il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Parlament David Agius spjega li r-rispett huwa essenzjali sabiex il-Partit jibqa’ miexi ‘l quddiem u insista li filwaqt li qed niġġeddu irridu nsaħħu dawk li dejjem appoġġjaw lil dan il-Partit għax kulħadd huwa validu.Huwa saħaq li huwa d-dover u l-missjoni ta’ kull politiku li jħares il-bżonnijiet ta’ kull individwu b’mod speċjali f’dawn l-aħħar sena u nofs li diversi familji Maltin u Għawdxin spiċċaw f’sitwazzjonijiet diffiċli kawża tal-pandemija. Huwa saħaq li n-nies iridu politiċi li jservu sforz il-politika ta’ servizz u…

Read More

Is-Sibt, il-eks President tal-Kunsill Ġenerali, Ċensu Galea introduċa l-bidu tal-għeluq tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista bit-tema ‘Nemmnu Fik, Fiduċja f’Malta’ li sar fil-Belt Valletta, b’numru ta’ kelliema minn oqsma differenti fi ħdan il-Partit.Dan il-Kunsill qed jinżamm issa wara li kien pospost fix-xhur li għaddew minħabba r-restrizzjonijiet relatati mal-pandemija tal-COVID-19 fuq attivitajiet pubbliċi. Minkejja dan, il-Kunsill Ġeneral tal-PN ittella’ kollu skont ir-regolamenti tal-Ministeru tas-Saħħa fir-rigward tal-COVID, fosthom li dawk li se jattendu se tiġi ċċekjata t-temperatura u għandhom jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-vaċċin.Ivan Castillo – Solidarjeta Ħaddiema Partit Nazzjonalista (SĦPN)Fid-diskors tiegħu, Ivan Castillo enfasizza fuq l-importanza tax-xogħolijiet – xogħolijiet ta’ kwalita’. Hu qall-ħaddiema nistgħu…

Read More

Is-Sibt, il-President tal-Kunsill Ġenerali, Ċensu Galea introduċa l-bidu tal-għeluq tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista bit-tema ‘Nemmnu Fik, Fiduċja f’Malta’ li sar fil-Belt Valletta, b’numru ta’ kelliema minn oqsma differenti fi ħdan il-Partit.Dan il-Kunsill qed jinżamm issa wara li kien pospost fix-xhur li għaddew minħabba r-restrizzjonijiet relatati mal-pandemija tal-COVID-19 fuq attivitajiet pubbliċi. Minkejja dan, il-Kunsill Ġeneral tal-PN ittella’ kollu skont ir-regolamenti tal-Ministeru tas-Saħħa fir-rigward tal-COVID, fosthom li dawk li se jattendu se tiġi ċċekjata t-temperatura u għandhom jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-vaċċin.Ivan Castillo – Solidarjeta Ħaddiema Partit Nazzjonalista (SĦPN)Fid-diskors tiegħu, Ivan Castillo enfasizza fuq l-importanza tax-xogħolijiet, xogħolijiet ta’ kwalita’. Il-ħaddiema nistgħu nagħtuhom ix-xogħol iżda…

Read More