Author: Clinton Buhagiar

Tkompli l-avventura tat-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo ta’ taħt il-15-il sena fil-kampjonati Ewropej. Malta ilbieraħ ġiet megħluba 14 bi 8 mill-qawwa ta’ Spanja madankollu t-tim Malti wera li hu kapaċi jagħti sfida lil kwalunkwe nazzjon ieħor wara l-wirja qalbiena li pproduċa.Il-pressjoni fl-ewwel sessjoni kienet kbira tant li Spanja rebħet 5-1 bl-uniku gowl tal-Maltin jiskurjaħ Cain Cutajar. Għalkemm it-tim Malti beda jikkontrolla aħjar fit-tieni sessjoni, Spanja xorta kienu ddominanti u kabbru l-vantaġġ għal 8-2. It-tieni gowl tal-Maltin wasal permezz ta’ Zak Cutajar Licari.Spanja rrepetew l-istess skor fit-tielet sessjoni, jiġifieri ta’ 3-1 bl-uniku gowl tal-Maltin f’din is-sessjoni jerġa’ jasal minn Zak Cutajar Licari…

Read More