Author: Coryse Borg

Il-fibromyalgia hija kundizzjoni li tibqa’ miegħek matul ħajtek. Il-kundizzjoni hi iktar komuni fin-nisa, u tipikament tiżviluppa bejn it-30 u l-50 sena. S’issa mhemmx fejqan għaliha.  Dan qalitu Ruth DeBono, il-President tal-ME / CFS & Fibromyalgia Alliance f’intervista ma’ Newsbook.com.mt.“Hija kundizzjoni li ma tidhirx; aħna nqisuha bħala diżabilità inviżibbli”, żiedet tgħid. Semmiet kif is-sintomi ewlenin huma l-uġigħ mal-ġisem kollu u għeja kbira. Sintomi oħra jinkludu wġigħ ta’ ras, uġigħ fil-ħanek, fis-sinuses u fil-ġogi. Hemm ukoll nuqqas tal-irqad, li tinsa, li jeħillek il-kliem”, sostniet filwaqt li spjegat kif “tkun trid tagħmel l-affarijiet, moħħok jgħidlek biex tagħmilhom, imma ġismek ma jikkoperax”.Il-Fibromyalgia, x’inhi eżatt?B’kollox,…

Read More

Shanice Farrugia hija studenta tal-MCAST li se tiggradwa fil Baċellerat tal-Fine Arts iktar tard din is-sena.Bħalissa l-arti tagħha qed tiġi esebita matul il-ħames edizzjoni tal-MCAST ICA Festival li qed juri xogħol ta’ studenti tal-BA tal-aħħar sena mill-Istitut għall-Arti Kreattiva tal-MCAST.“Ezaminajt ir-relazzjoni ta’ bejn l-artist, l-artwork u l-viewer, u kif dawn kapaċi jingħaqdu sabiex imbagħad jintwera għall-pubbliku,” spjegat Shanice. “Permezz tal-arti tiegħi, rajt kif jiena bħala artista, nesprimi ruħi kif nixtieq jiena, imma fl-istess ħin nipprova jkolli bilanċ bejn dak li nixtieq jien u dak li jistenna l-pubbliku fl-industrija tal-arti, kemm lokali kif ukoll internazzjonali”.Parti mill-ħolma ta’ Shanice hi li, fil-futur,…

Read More