Author: Dr Chris Bonett

Ritratt minn Dr Chris BonettMalli bdejt niltaqa’ man-nies tar-raba’ distrett, fit-toroq ta’ Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, il-Gudja u l-Fgura, ħafna staqsewni għalfejn mill-amministrazzjoni sportiva ddeċidejt li nidħol fil-politika bħala kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali f’isem il-Partit Laburista. Kienu ħafna li qaluli li mhux żmien sabiħ li tidħol fl-arena politika, kemm minħabba l-pressjonijiet personali li ġġib għażla bħal din u anki minħabba l-idea li min jidħol għall-politika jidħol biss għax għandu x’jiggwadanja b’mod personali.Jien trabbejt f’familja modesta, fejn il-ġenituri tiegħi ħadmu lejl u nhar u flok gawdew huma għamlu ħafna sagrifiċċji biex jien, tifel li ġej minn familja tal-ħaddiema, inkun nista’ nsir avukat.…

Read More