Author: Dr Godfrey Agius

Ritratt: UnsplashIl-fibromyalgia hi kundizzjoni kronika fejn il-pazjent jesperjenza wġigħ f’ħafna partijiet tal-ġisem, għeja, bidliet fil-burdati, u problemi bl-irqad u l-memorja. Jekk ikollok din il-kundizzjoni tkun ukoll sensittiv ħafna għall-uġigħ, u taf tbati wkoll mill-emikranja u l-IBS (Irritable Bowel Syndrome), jiġifieri disturbi fil-musrana.Xi jwassal għaliha?Mhux magħruf xi jwassal għall-fibromyalgia, iżda huwa maħsub li din il-kundizzjoni hi kaġunata minn messaġġi anormali fil-passaġġi jew fil-mogħdijiet tal-uġigħ li jinsabu fil-moħħ.Jidher li f’ħafna każi din il-kundizzjoni tiskatta minn xi ġrajja stressanti fil-ħajja tal-pazjent, bħal infezzjoni minn virus, intervent kirurġiku, u trawma jew stress psikoloġiku qawwi. F’każi oħra nsibu li s-sintomi jiżviluppaw bil-mod u jaggravaw maż-żmien.Il-fibromyalgia hi iktar komuni fin-nisa, u tipikament tiżviluppa fl-età bejn it-30 u l-50 sena, immatista’ taffettwa persuni ta’ kull età. Illum il-ġurnata l-fibromyalgia hi…

Read More

Ritratt: Flimkien Magazine, Creative Commons LicensesHeartburn hija sensazzjoni skomda ta’ ħruq fis-sider, li jista’ jitla’ ’l fuq lejn l-għonq u l-gerżuma. Dan il-ħruq jista’ jkun sintomu ta’ diversi kundizzjonijiet, fosthom acid reflux (aċidu mill-istonku li jitla’ ’l fuq) u gastroesophageal reflux disease (GERD), li se nitkellmu dwarha isfel.Dan il-ħruq jista’ jħallilek ukoll togħma morra jew qarsa fin-naħa ta’ wara tal-gerżuma. Xi drabi l-ħruq jgħaddi wara biss ftit minuti, imma jaf idum anki sigħat. Ġeneralment l-agħar tiegħu ikun wara li tiekol jew jekk timtedd malajr wisq wara li tiekol.Ħruq ta’ darba kultant huwa komuni ħafna, imma jekk isir regolari jew sever…

Read More