Author: Dun Joseph Mizzi

Ritratt: Miguela XuerebIl-bniedem tal-lum qed jibki għal viżjoni, għal direzzjoni ċara li tagħtih skop fil-ħajja. Dan qed ngħidu mill-esperjenza pastorali tiegħi. Il-flus, il-ġid, ix-xogħol u l-istil tal-ħajja li qabad mhux qed jissodisfawh; irid xi ħaġa iżjed. Minn dak li ħareġ sa issa mill-esperjenza tal-Covid-19, u wara sena mill-Pjan Pastorali, ma nistgħux nibqgħu Knisja (jewġemgħa Nisranija) magħluqa, pessimista, skuraġġuta u narċissista, ħsiebha fiha nfisha. Inħoss li aktar minn istituzzjonijiet oħra tal-pajjiż il-Knisja trid toffri preċiżament tama, kuraġġ u viżjoni mdawla mill-Vanġelu.Trid tkun kuraġġjużaIl-Knisja f’Malta trid tħares ’il quddiem, tkun kuraġġjuża u twieġeb għall-isfidi u l-mistoqsijiet tal-bniedem tal-lum. Bħalma l-Knisja fl-imgħoddi b’dixxerniment għaqli xammret il-kmiem u middet idejha għall-bżonnijiet ta’ dak iż-żmien – bħall-ħidma mat-tfal, mal-anzjani, mal-persuni b’diżabbiltà, mad-drogati u mal-miżżewġin – illum ukoll trid tiddixxerni s-sinjali taż-żminijiet u xxammar…

Read More