Author: Edward Montebello

Persuna ndarbet u oħra tinsab f’idejn il-pulizija wara aggressjoni b’arma li taqta’ u bil-ponta f’Tas-Sliema.ONE News huwa infurmat li l-każ seħħ fil-16:45 fi Triq Locker f’tas-Sliema, viċin lukanda li hemm.Kelliem għall-Korp tal-Pulizija kkonferma l-każ ma’ one.com.mt u qal li jirriżulta li fi triq instabet persuna bid-dmija u ssejjaħ tim mediku biex jagħti l-kura meħtieġa.Aktar dettalji fil-ħin li ġej.Ta’ QabelSplużjoni f’impjant tal-kimika fil-Ġermanja tħalli l-vittmi See original Article on www.one.com.mt

Read More

L-iskejjel tal-Ingliż jistgħu jilqgħu studenti li huma mlaqqma kompletament u għandhom iċ-ċertifikat tal-vaċċin.Avviż legali tas-Saħħa Pubblika ppubblikat ilbieraħ jisħaq dan.Fi stqarrija, il-Federazzjoni tal-organizazzjonijiet tal-għalliema tal-Ingliż, il-FELTOM, laqgħet dan l-iżvilupp.Qalet li hija dejjem kienet favur l-iskejjel tal-Ingliż li jaħdmu b’mod serju.Il-FELTOM fissret l-avviż legali bħala l-ewwel pass sabiex l-industrija terġa’ tibda miexja lejn in-normalità.Ta’ QabelL-artisti mħeġġa jressqu produzzjonijiet li jiġu animati fl-iskejjel taħt l-iskema tal-Culture Pass See original Article on www.one.com.mt

Read More

In-nefqa soċjali tal-Gvern matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kienet ta’ €27.4 miljun aktar mill-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra.Statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, l-NSO, turi li din iż-żieda ġiet l-aktar miż-żieda oħra li ta l-Gvern din is-sena fil-pensjonijiet.In-nefqa soċjali bejn Jannar u Ġunju li għadda laħqet il-€582.8 miljun.Din fissret żieda ta’ 4.9% fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra.In-nefqa fil-benefiċċji kontributorji; bħall-pensjonijiet, kienet ta’ €21.7 miljun aktar.Minn din iż-żieda, €20.9 miljun, jiġifieri kważi iż-żieda kollha fil-benefiċċji kontributorji, ġiet fin-nefqa fil-pensjonijiet.L-NSO qal li fl-ewwel nofs din is-sena, in-nefqa fil-benefiċċji kontributorji laħqet l-€478.8 miljun.Kien hemm żieda oħra fost oħrajn fil-bonus kontributorju li jagħti l-Gvern…

Read More

Żewġt irġiel barranin ittieħdu l-isptar Mater Dei wara argument b’arma li taqta’ u bil-ponta f’dar f’Raħal Ġdid.ONE News hu infurmat li l-każ seħħ ftit wara l-għaxra u nofs ta’ bil-lejl fi Triq tal Borg, viċin il-Knisja ta’ Kristu Re.Jirriżulta li ż-żewġt irġiel kienu involuti fil-ġlieda u sofrew xi ġrieħi iżda l-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.Nifhmu li l-pulizija mill-għassa ta’ Raħal Ġdid intervjeniet minnufih.Kelliem għall-Korp tal-Pulizija kkonferma l-każ ma’ ONE News.Ta’ QabelL-aħħar barbaġann ferħ tal-FKNK jitlibbes iċ-ċurkett See original Article on www.one.com.mt

Read More

Sigħat wara l-pubblikazzjoni ta’ stħarriġ ieħor tal-opinjoni pubblika, ir-reazzjonijiet kienu diversi.Bosta li jappoġġjaw lill-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia kkummentaw u rrimarkaw dwar dak pubblikat il-Ħadd fis-Sunday Times li wera kif il-Partit Nazzjonalista jgawdi appoġġ ta’ 15% inqas mill-Partit Laburista.Wisq iktar, il-Kap Bernard Grech, li tpoġġa Kap tal-partit wara sajf jaħraq ieħor għall-Partit Nazzjonalista, igawdi appoġġ ta’ 17% biss ta’ dawk li pparteċipaw fl-istħarriġ ikkummissjonat mit-Times.André Grech, li kien wieħed minn dawk li għen fil-kampanja ta’ Delia, anki fis-sajf tas-sena l-oħra u saħansitra kien fl-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista kiteb fuq facebook.Huwa nnota kif bejn il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard…

Read More

Artiklu tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech fuq is-Sunday Times kompla jixhed il-messaġġ partiġjan tal-Partit Nazzjonalista wara l-eżitu tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja, l-FATF.Fuq it-Times, il-Kap tal-Oppożizzjoni kiteb fuq li hu jkun fil-Gvern u f’disgħin jum joħroġ lil Malta mill-proċedura t’aktar moniteraġġ, wara li kien hu stess li bagħat ittra lill-FATF qabel id-deċiżjoni ta’ din l-istituzzjoni u li fiha indika li Malta għandha titpoġġa fuq il-lista l-griża.Għal dan il-logħob partiġjan irreaġixxa fuq il-Maltatoday il-ġurnalist analitiku Raphael Vassallo, li nnota dak li ilu jgħid dan l-aħħar il-Kap Nazzjonalista.Vassallo nnota kif Bernard Grech irid jagħti x’jifhem li se jsalva d-dinja iżda mhuwiex kredibbli meta…

Read More

Stħarriġ ikkummissjonat mit-Times juri fiduċja b’saħħitha fil-Prim Ministru Robert Abela fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u fil-Partit Laburista fuq il-Partit Nazzjonalista.L-istħarriġ ippubblikat fis-Sunday Times u magħmul bejn is-Sibt 17 ta’ Lulju u l-Erbgħa 21 ta’ Lulju fost ftit aktar minn sitt mitt ruħ juri wkoll fiduċja fil-ħidma tal-Gvern preżenti waqt pandemija.L-isħarriġ juri lil Robert Abela fdat minn 44% filwaqt li Bernard Grech huwa fdat minn 17%.Meta mistoqsija lil min jivvutaw li kieku kellha ssir elezzjoni llum, 57% għażlu lill-Partit Laburista filwaqt li 42% wieġbu li jagħżlu lill-Partit Nazzjonalista.Dawn iċ-ċifri jagħtu vantaġġ ta’ 3.7% iżjed lill-Partit Laburista fuq l-aħħar elezzjoni ġenerali…

Read More

Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, inawguraw lukanda ta’ erba’ stilel f’San Pawl il-Baħar.Din il-lukanda li oriġinarjament ibniet fl-1976 u reġgħet twaqqgħet u nbniet oħra flokha, saret b’investiment ta’ €24 miljun.Kważi nofs seklu ilu, il-lukanda Sea View kienet ta’ tliet stilel u kellha inqas minn ħamsin kamra, illum għandha mija u tmenin kamra u tħaddem ħamsin persuna.Hija reġgħet fetħet għall-klijenti mill-bidu ta’ dan ix-xahar.Fiż-żjara li għamel, il-Prim Ministru Robert Abela ddawwar mal-lukanda li għandha faċilitajiet mill-aqwa għas-servizz tal-klijenti, fosthom infinity pool, tliet ristoranti, gym u parkeġġ.Il-Prim Ministru Robert Abela kellu l-opportunità jisma’ kif din il-lukanda għaddiet minn…

Read More

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, David Agius, ma jaċċettax argumenti differenti minn tiegħu dwar il-Covid-19 u għax preżentatur indipendenti jaffaċjah bil-fatti jgħidlu, “Tkunx Laburist.”Mistoqsi dwar il-Covid f’mument fejn in-numri telgħu mad-dinja kollha, David Agius, waħħal kollox fi Gvern Laburista u meta l-preżentatur staqsih dwar dan ma ħa pjaċir xejn.“Waqgħu għax għandna Gvern Laburista li ħa deċiżjonijiet żbaljati u ħżiena,” qal Agius bil-preżentatur jistaqsih “għaliex?”“Mela int tiftaħ l-ajruport?!” wieġbu Agius f’intervent mimli kontradizzjonijiet.Il-Preżentatur qallu l-ovvju meta argumenta kif jekk ma jiftaħx jgħidulu għax ma fetaħx u jekk fetaħ għax fetaħ.“Ma niġġustifikawx l-inġustifikabbli,” kompla Agius, bil-preżentatur Bonaci jkompli jargumenta kif ma stajniex nibqgħu…

Read More

Il-Fond Monetarju Internazzjonali rreveda ’l fuq it-tbassir ekonomiku għal Malta.F’analiżi ekonomika fuq pajjiżna, l-esperti tal-IMF qed jistmaw li sa tmiem din is-sena, il-ġid nazzjonali se jikber b’5.8%.Dan meta f’April li għadda l-esperti tal-IMF kienu qed jipprevedu li l-ġid nazzjonali jikber b’4.7% u allura l-analisti tal-IMF irrevedew ’il fuq b’1.1% it-tkabbir ekonomiku ta’ Malta.Din ir-reviżjoni ’l fuq hija saħansitra akbar minn dik li għamlu l-esperti tal-Kummissjoni Ewropea.Intant is-sena d-dieħla l-Fond Monetarju Internazzjonali qed ibassar li l-ekonomija Maltija se tikber b’6%.Dan it-tbassir huwa nofs perċentwal iżjed minn dak imbassar qabel.Dwar l-irkupru mill-pandemija, l-IMF innota r-rispons tal-Gvern Malti biex jilqa’ għall-impatti li ġabet…

Read More