Author: Eman Portelli

Dan il-Gvern se jara li ssir ġustizzja ma’ kulħadd.Dan intqal mill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela wkoll fil-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista f’Manoel Island.Dr Abela tkellem b’konvizjoni dwar ir-riformi li għamel f’dawn l-aħħar sena u nofs u x’għad irid jagħmel iżjed.Il-Prim Ministru qal, “Kellna bżonn riformi radikali fil-mod kif immexxu dan il-pajjiż lejn wieħed li jemmen f’governanza tajba, u b’istituzzjonijiet b’saħħithom li ma jħarsu lejn wiċċ ħadd. Jien konvint mis-saltna tad-dritt!! Bħala avukat li ghixt fil-Qrati tal-Ligi għal snin, nemmen fil-ġustizzja. U se nara li ssir ġustizzja ma’ kulħadd!”Dr Abela rrimarka li l-poplu għandu għażla quddiem, fuq min jafda lil dan…

Read More

Il-Ġimgħa filgħaxija waqt l-għeluq tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ħabbar li waqt pandemija globali, tliet kumpaniji tal-manifattura se jinvestu f’pajjiżna fiż-żmien li ġej.F’diskors ta’ viżjoni fejn irid jieħu l-pajjiż fis-snin li ġejjin u b’sensiela ta’ proposti, Dr Abela semma kif is-settur tax-xogħol f’pajjiżna se jibqa’ b’saħħtu.Il-Prim Ministru qal, “Nista’ nħabbrilkom hawn illejla li għandna tliet kumpaniji kbar fil-manifattura li nfurmawna fl-aħħar ġimgħat b’investimenti miljunarji godda f’pajjiżna għaż-żmien li ġej. Dan l-investiment iżommilna s-suq tax-xogħol b’saħħtu.”Il-Prim Ministru qal kif pajjiżna għandu l-inqas livell ta’ qgħad li qatt kellu fl-istorja tiegħu.Semma d-deċiżjonijiet għaqlin tal-Gvern li salvaw eluf…

Read More

Sittax-il Kunsill Lokali se jingħataw sitt mitt elf ewro mill-Gvern biex jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni fil-komun tal-blokok ta’ akkomodazzjoni soċjali.Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet, li matulha, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes qal li b’din l-iskema, li turi l-kuxjenza soċjali tal-Gvern, se jitranġaw mitt blokka.Qal, “M’hemmx dubju, qed nitkellmu fuq amministrazzjoni ta’ 5,600 appartament, issa ma’ dawn se jiżdiedu 1,700 appartament ieħor x’jiġu amministrati. B’din l-iskema, il-Kunsilli Lokali qed jgħinu u jiffaċilitaw lir-residenti, biex huma stess iħeġġuhom jibżgħu għall-partijiet tal-komun u fl-istess ħin iżommuhom fi stat tajjeb.”Il-Ministru għall-Gvern Lokali José Herrera qal kif il-Gvern qed iħalli r-responsabbiltà f’idejn il-Kunsilli Lokali biex b’din…

Read More

Rapport t’assessjar fuq l-ambjent mill-Awtorità Maltija għall-Ambjent u r-Riżorsi sab kif l-iżvilupp ta’ pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija, ma ħalla l-ebda impatt fuq l-ambjent.Dan ir-rapport sar biex jara l-impatt fuq il-flora u l-fauna u anke minħabba li l-iżvilupp kien jinvolvi l-qtugħ fl-irdum u anke r-reklamazzjoni tal-art fit-terminal tal-Power Station ta’ Delimara.Ta’ QabelInstallazzjoni ġdida ta’ dwal u kuluri fil-Belt Valletta See original Article on www.one.com.mt

Read More

Il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista, Josianne Cutajar qalet li l-Ewropa ma tistax iddawwar wiċċha għall-impatt soċjali li tista’ tħalli l-bidla li l-Ewropa tkun ħielsa mill-karbonju sas-sena elfejn u ħamsin.Dan intqal waqt il-Kumitat tal-Industrija, Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Parlament Ewropew.Dr Cutajar qalet li pajjiżi bħal Malta huma dipendenti fuq l-avjazzjoni u t-trasport marittimu, u għandhom jingħataw kumpens u appoġġ għall-impatt ta’ taxxi ambjentali.Ta’ QabelFtehim soċjali li se jgawdu minnu persuni b’diżabilità See original Article on www.one.com.mt

Read More

Il-Gvern, permezz tal-Ministeru għall-Inklużjoni ffirma ftehim ta’ aktar minn żewġ miljun ewro mal-Fondazzjoni Nazareth, li se jissarraf f’għajnuna diretta lil madwar tletin persuna b’diżabilità biex ikunu jistgħu jgħixu fi tlett idjar fiż-Żejtun.Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Sapport spjegat li f’dawn id-djar, il-persuni b’diżabilità jitgħallmu jaqraw, jiktbu u jaħdmu.Qalet, “Li qed nagħtu post ta’ residenza lil 30 persuna oħra b’diżabilità. L-Aġenzija Sapport trid tkompli ssegwi lill-persuni b’diżabilità, meta jkunu anke fid-djar non-governattivi.”Il-Ministru għall-Inklużjoni Julia Farrugia Portelli qalet kif dan il-ftehim huwa konferma ta’ kemm il-Gvern qed isaħħaħ il-fiduċja tiegħu fl-għaqdiet mhux governattivi.Spjegat, “B’kollox minn Mejju s’issa kellna €15-il miljun fi ftehimiet li se…

Read More

Dalgħodu, bosta persuni rħewla f’San Ġiljan biex jitlaqqmu kontra l-Covid-19 fil-klinika mobbli li ntramat apposta fil-parkeġġ fi Spinola.Ritratti fuq il-midja soċjali jixhdu kif reġa’ hemm konkorrenza tajba għat-tilqim.Dan wara li minn nhar it-Tnejn li għadda beda t-tilqim għal kontra l-virus mingħajr appuntament u anki klinika li qed idur minn post għall-ieħor f’pajjiżna.Nhar it-Tnejn li għadda, fil-Mosta, tlaqqmu kważi 2,500 ruħ kontra l-Covid-19 u nhar l-Erbgħa li għadda ġewwa ż-Żejtun tlaqqmu aktar minn 1,800 persuna.Pajjiżna laqqam kompletament kontra l-Covid-19 aktar minn 80% tal-popolazzjoni adulta.Ta’ QabelMinn Awwissu se tkun mandatorja li titlaqqam fl-Italja biex tidħol f’ċertu postijiet bħal ristoranti u gyms See…

Read More

B’investiment ta’ żewġ miljuni u nofs ewro, li huma ko-finanzjati minn fondi Ewropej ġew inawgurati żewġ proġetti ta’ restawr fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.Dan il-proġett ta’ restawr jinkludi l-Oratorju, li nbena fl-elf sitt mija u erbgħa (1604) li fih tlettax-il pittura ta’ Mattia Pretti u l-l-kapolavur ta’ Michelangelo Merisi magħruf bħala Caravaggio, dik tal-qtugħ ta’ ras ta’ San Ġwann il-Battista.Il-Kuratur ta’ dan il-Kon-Katidral, Cynthia Degiorgio qalet kif dan l-Oratorju nbena mill-Gran mastru Wignacourt. Huwa qal, “Għax ried ikollu kamra, chamber fejn jistgħu n-novizzi jitolbu u jiġu ppreparati għall-knighthood. U mal-ewwel ħaseb biex ikun hemm pittura kbira li tista’ timla’ l-ħajt bil-martirju…

Read More

Bħal-lum sena, il-Gvern Malti permezz tal-Prim Ministru Robert Abela nnegozja l-ikbar pakkett ta’ fondi Ewropej.Dan hekk kif pajjiżna ġab pakkett ta’ żewġ biljun u mitejn u ħamsin miljun ewro għas-seba’ snin li ġejjin.Dan il-pakkett innegozzjat mill-Prim Ministru Robert Abela huwa d-doppju ta’ dak li kien ġab il-Gvern Nazzjonalista ta’ Lawrence Gonzi.Dan wasal wara negozjati twal u intensivi f’Kunsill Ewropew speċjali dwar il-budget Ewropew.Mal-wasla tiegħu minn Brussell, f’konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja, Dr Abela kien qal kif minkejja l-avvanzi ekonomiċi kbar li għamel pajjiżna u r-rati ta’ qgħad baxxi, pajjiżna ġab dan il-pakkett ta’ fondi Ewropej.Qal, “Dan is-suċċess ksibnih billi għamilna argumenti sodi,…

Read More

Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Michael Farrugia ħareġ mill-Isptar, wara li ddaħħal ilbieraħ, hekk kif jinsab pożittiv għall-Covid-19.Il-Ministru Farrugia ħabbar dan f’kitba fuq il-midja soċjali. F’din il-kitba, il-Ministru Farrugia qal li mill-Ħadd, minn meta ħareġ pożittiv għall-virus, huwa beda jagħmel testijiet.Hawnhekk irriżulta li wieħed mill-parametri seta’ ma kienx normali u ngħata partit sabiex jiddaħħal l-isptar għall-iżjed testijiet.B’dawn il-parametri baqgħu stabbli u ġie rrilaxxat mill-isptar u se jkompli l-kwarantina l-isptar.Il-Ministru Michael Farrugia qal kif il-fatt li huwa vvaċċinat kontra dan il-virus kien ta’ għajnuna biex ma jmurx għall-agħar. See original Article on www.one.com.mt

Read More