Author: Flimkien

Ritratt minn unsplash.comFl-ewwel żminijiet tal-Knisja, iċ-ċelebrant ma kellux il-missal biex minn fuqu jitlob it-talb tal-Quddiesa bħalma għandna llum. Il-liturġija kienet tiġi improvizzata u kollox kien jiddependi mill-kapaċità ta’ min ikun qed imexxi, biex imnebbaħ mill-Ispirtu s-Santu, kien joħloq it-talb tal-Quddiesa. Naturalment kien hemm xi tip ta’ mudell li kien iżomm miegħu, iżda nistgħu ngħidu li t-talb qatt ma kien ikun l-istess minn darba għal oħra; ma kienx ikun miktub imma jgħaddi minn wieħed għal ieħor b’mod orali.Meta ġew biex jinkitbu l-ewwel talbiet liturġiċi, żgur li ttieħdu ħafna minn din it-tradizzjoni orali li magħha mbagħad żdied talb miktub minn numru ta’…

Read More

Ritratt minn Shutterstock fuq Flimkien MagazineInħobb l-affarijiet żgħar li jagħmel missieri għal ommi…bħal meta jiftħilha l-bieba tal-karozza;jew joħorġilha s-siġġu minn mal-mejda u jdaħħlu warajha;meta narah jaqbdilha u jagħfsilha jdejha,jew jehmiżha waqt xi riċeviment.Inħobb l-affarijiet “ħelwin” li jagħmel…bħal meta jħallilha tliet M&M’s fuq il-mejda b’nota qasira:“Tirranġa kif tirranġa l-kuluri, xorta waħda jgħidu Inħobbok.”Inħobb l-affarijiet ridikoli li jagħmel…bħal meta jaħbilha n-nightdress qabel jorqdu;jew jgħaddi jixtrilha żewġ pasti minn ħanutli kienu jixtru mingħandu meta kienu għarajjes.Inħobb l-affarijiet li juru kemm hu ferħan…bħal meta nisimgħu jsaffar hu u tiela’ jiġri t-taraġ;jew meta jibagħtilha sms biex jgħidilha: “Aktar mil-lbieraħ…”biex imbagħad hi twieġbu: “ … imma…

Read More

Ritratt minn Flimkien MagazineIl-pittur beda jħabbel rasu. Kellu problema. Il-ġrajja taż-żjara tal-Anġlu lil Marija kien diġà pittirha diversi drabi oħra qabel. Pitturi oħrajn kienu għamluha wkoll. Kif seta’ jagħmilha differenti din id-darba? Dak il-pittur ma kien ħadd ħlief Fra Giovanni da Fiesole, magħruf aħjar bħala Fra Angelico, Patri Dumnikan. Kien diġà laħaq l-aqwa tiegħu bħala pittur, meta fl-1437 il-bankier Cosimo de’ Medici qabbad lil Fra Angelico jsebbaħ il-ħitan tal-Kunvent ta’ San Mark f’Firenze. Xeni oħra ta’ Fra Angelico dwar l-Annunzjazzjoni jinstabu fil-Mużew Prado ta’ Madrid, u fil-Mużew ta’ Cortona, fit-Toscana. F’dawn il-pitturi ta’ qabel Fra Angelico kien daħħal ħafna l-aspett ta’ regalità u grandjożità billi fl-ilbiesi uża ħafna l-kulur tad-deheb u…

Read More

Ritratt: Shutterstock, Flimkien MagazineF’paragrafu 1 tad-dokument tas-Sinodu Djoċesan dwar il-Liturġija u s-Sagramenti naqraw hekk: “Fil-Liturġija nimtlew bil-barkiet spiritwali li Alla l-Missier jogħġbu jagħtina, għaliex il-Missier hu tassew l-għajn tal-barkiet kollha tal-ħolqien u tas-salvazzjoni. Hu Kristu, il-Verb tiegħu magħmul bniedem, li miet u rxoxta għalina, li jimliena bil-barkiet tiegħu, u bih ixerred fi qlubna d-Don li fih jinsabu d-doni kollha: l-Ispirtu s-Santu.”Imma fil-fatt inti tħoss il-preżenza tiegħu waqt il-Liturġija? Tħossok f’relazzjoni intima miegħu? Din hi mixja li fil-verità ma għandhiex tmiem. Nidħlu fiha ftit aktar kuljum. Hi relazzjoni delikata li tista’ tinħakem minn bruda spiritwali, mill-kankru tad-dnub, mill-marda tal-indifferenza, mill-kurrent tad-dinja li…

Read More

Ritratt: Flimkien Magazine, Creative Commons LicensesFil-katidral ta’ San Bavo, f’Ghent, il-Belġju, insibu L-Adorazzjoni tal-Ħaruf. Hija assolutament waħda mill-akbar kapolavuri fid-dinja. It-tema ewlenija hija l-fidwa tal-bniedem.Il-pittura tlestiet fl-1432, u hi magħmula minn 24 panew: 6 minnhom minn Herbert van Eyck u 18 minn ħuh Jan. Il-polittiku jingħalaq b’żewġ “bibien”, għalhekk il-pittura tibqa’ sejra fuq in-naħa ta’ wara, anki meta magħluqa.L-aħwa van Eyck taw attenzjoni kbira għad-dettall, mhux biss fil-persuni u ħwejjiġhom iżda wkoll fil-ħxejjex (mill-inqas 42 pjanta differenti!). Biex verament tapprezza d-dettalji trid taraha mkabbra jew mill-viċin.Ritratt: Flimkien Magazine, Creative Commons LicensesMeta tkun miftuħa, għajnejk mill-ewwel imorru fuq tliet figuri kbar:…

Read More