Author: Francesco Borg

Quddiem il-Qorti t’Għawdex kompliet il-kumpilazzjoni fil-każ tas-Serb Aleksandar Stojanovic, li qed iwieġeb mhux ħati li qatel lill-Eġizzjan Walid Salah Abdel Motaleb Mohamed.Fuq il-pedana tax-xhieda telgħu jixhdu diversi pulizija, li b’xi mod kienu involuti fl-investigazzjoni.Hawnhekk komplew jissemmew aktar persuni li għadhom suspettati li allegatament kellhom rabta mal-każ u li iżda ma jistgħux jissemmew fuq ordni tal-Qorti.Uħud minn dawn huma persuni li jbiegħu l-karozzi u li jista’ jkun li huma involuti fid-droga.Fil-fatt wieħed minn dawn il-kummerċjanti tal-karozzi bħalissa għaddej bi proċeduri fuq id-droga u reati oħra.Ta’ QabelTitnieda l-kanzunetta You & I ta’ Ryan Paul u Rachel Lowell See original Article on www.one.com.mt

Read More

Matul is-sena tal-pandemija, il-kumpanija tal-farmaċewtika Baxter Malta ħa tkun qed tkabbar l-operat tagħha bi tletin fil-mija.Dan wara li mhux biss irnexxielha tlesti investiment ta’ espansjoni ta’ għoxrin fil-mija tal-produzzjoni tagħha, imma permezz ta’ investiment mill-Malta Enterprise, l-operat tal-kumpanija se jkompli jikber b’għaxra fil-mija, li jfisser żieda ta’ madwar ħamsin impjieg ieħor.Il-Kumpanija Baxter, li ilha taħdem f’pajjiżna għal dawn l-aħħar tletin sena, tħaddem ma’ sitt mitt ħaddiem kemm fil-manifattura kif ukoll fir-riċerka u l-iżvilupp.Id-Direttur maniġerjali ta’ Baxter, Brian Tabone spjega li l-għajnuna mill-Gvern kienet importanti ħafna sabiex l-effiċjenza tal-operat ta’ din il-kumpanija ikompli jitjieb.Hu qal, “L-għajnuna hija dejjem importanti. Kemm biex…

Read More

Sudaniż ta’ 19-il sena tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal sentejn wara li ammetta li għamel ħsara fuq ambulanza waqt li kien fis-sakra.L-inċident seħħ it-Tlieta filgħaxija meta Abdalla Yahya li joqgħod Ħal Far, xorob iżejjed iżda meta tim mediku b’ambulanza wasal għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija, iż-żagħżugħ irreaġixxa b’mod aggressiv u hedded l-infermier.Huwa kkawża aktar minn ħames mitt ewro fi ħsarat fuq l-ambulanza u ġie ordnat iħallas l-ispejjeż.Ta’ QabelIl-PM jinawgura lukanda ġdida f’San Pawl il-Baħar b’investiment ta’ €24 miljun See original Article on www.one.com.mt

Read More

Matul l-elfejn u għoxrin il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’ Diżabilità ħarġet aktar minn elfejn blue badge, dokument legali tal-Kummissarju tal-Pulizija li jinħareġ fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità lil persuni li għandhom mobilità severa, permanenti jew temporanja. Dawn ikunu intitolati wkoll għal dokument rikonoxxut mill-Unjoni Ewropea.B’kollox, fl-elfejn u għoxrin inħarġu elfejn, mija u disa’ u ħamsin Blue Badge, u ġew imġedda elf dokument.Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’ Diżabilità, Samantha Pace Gasan spjegat li meta din tiskadi, it-tim tas-Servizzi jipproċessa l-applikazzjoni biex din tiġġedded. Id-dokumenti skaduti jintbagħtu lura lill-Kummissjoni.Hija spjegatilna: “Bħalissa hawn madwar ħdax-il elf u tmien mitt badge hemm barra. Ovvjament…

Read More

Din il-ġimgħa, sebat elef tifel u tifla bdew jattendu l-programm sajfi u vast ta’ Summer on the Move.Din hija t-tmien edizzjoni ta’ dan il-programm, li qed jikber mhux biss fost it-tfal imma anki l-adulti.Il-Kap tal-Programmi Sportivi fi ħdan SportMalta, Robert Portelli, qal li dawk li applikaw għal dan il-programm se jkollhom l-opportunità li jipprattikaw ħamsa u tletin dixxiplina sportiva differenti.Huwa qal, “Fiċ-ċentri noffru sport differenti, fejn għandek pereżempju, il-Kumpless Qroqq u Kirkop, għandek il-pixxina u dan ovvjament huwa importanti ħafna fis-sajf. Imma għandek tim sports bħall-basketball u l-futbol. Għandek individual sport inkluż l-atletika, il-ġinnastika jippruvaw sport differenti u jitħajru jkomplu…

Read More

Tlesta it-tisbiħ u l-manutenzjoni tax-xatt kollu ta’ San Pawl il-Baħar, Qawra u Buġibba. Tul il-proġett Inseħħbu Pajjiżna diversi ħaddiema tas-servizz pubbliku naddfu u żebgħu mill-ġdid sitt mija u tlettax-il pedestrian railing mill-ġdid u aktar minn ħamsa u sittin bank. Tbiddlu wkoll wieħed u tlettin tabella u erbgħin bozza, biex b’hekk ingħata nifs ġdid lil din iż-żona.Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Indafa Pubblika, Ramon Deguara spjega li hekk kif ġiet fi tmiemha t-tieni inizjattiva ta’ “Insebbħu Pajjiżna”, mit-toroq kollha ta’ San Pawl il-Baħar, il-Qawra, u x-Xemxija kif ukoll Marsaxlokk inġabru 27 tunnellata ta’ skart u materjal.Huwa fisser: “Ħaddiema minn diversi entitajiet differenti ngħaqdu…

Read More

Hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra l-aħwa Robert u Adrian Agius, magħrufin aħjar bħala tal-Maksar, Jamie Vella u George Degorgio magħruf bħala ċ-Ċiniż, akkużati bil-qtil tal-Avukat Carmel Chircop fl-elfejn u ħmistax u ta’ Daphne Caruana Galizia fl-elfejn u sbatax, l-aħwa Robert u Adrian Agius għamlu talba għal ħelsien mill-arrest.L-Avukat Difensur tal-aħwa tal-Maksar insista li l-Prosekuzzjoni ma kellhiex iktar xhieda x’tippreżenta u ma kienx ġust li l-akkużati jinżammu taħt arrest preventiv.Fuq il-pedana ta’ xhieda telgħet tixhed mara, li isimha ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, fejn xehdet li hija lesta taġixxi bħala garanti għal Adrian Agius.Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest, waqt li…

Read More

Il-Gvern ħabbar finanzjament ta’ sittin elf ewro f’kors għal erbgħa u għoxrin tifel u tifla b’diżabilità, fosthom bil-kundizzjoni tal-awtiżmu.F’konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat li dawn it-tfal se jingħataw l-attenzjoni meħtieġa biex itejbu l-ħiliet tagħhom matul il-ġimgħat li ġejjin, filwaqt li jippreparaw ruħhom għas-sena skolastika li jmiss. Dan se jkun organizzat mill-għaqdiet Voice for Inclusion Gozo u Hand in Hand, u se jara li dawn it-tfal jimxu ‘l quddiem f’ħajjithom billi jintegraw, jipproggressaw u jħossuhom aktar inkluż fis-soċjetà.Id-Direttur ta’ waħda mill-għaqdiet, Chris Vassallo spjega li permezz ta’ dan il-kors se tkun qed tingħata l-istess opportunità lill kull familja u lil uliehom.Huwa qal,…

Read More

Fl-ewwel nofs ta’ din is-sena, l-aġenzija tal-Gvern Infrastruttura Malta diġà wettqet xogħol fuq mija u erbgħa u tletin triq rurali u residenzjali.Dan bħala parti mill-proġett li jsiru t-toroq kollha ta’ pajjiżna b’investiment ta’ seba’ mitt miljun ewro.B’kollox mill-2019 sa nofs din is-sena, inbnew jew sar titjib f’aktar minn sitt mitt triq residenzjali u rurali f’pajjiżna.Id-Direttur Eżekuttiv ta’ Infrasstrutura Malta, il-Perit Raphael Abdilla, spjega li l-ħidma f’dawn it-toroq qed twassal biex eluf ta’ familji jgawdu minn toroq ta’ kwalità ogħla u ambjent aħjar fejn jgħixu.Fost dawk li esperjenzaw dan it-titjib fl-aħħar xhur hemm ir-residenti li jgħixu fil-Qasam tad-Djar ta’ San Patrizju,…

Read More

Ġew imnedija l-Malta Climate Action Awards biex ikun hemm newtralità tal-karbonju f’pajjiżna.Bl-isem ta’ Climate Action Crusade, dawn il-premji jinkludu ħames kategoriji u oqsma tematiċi, fosthom għas-settur privat, is-settur pubbliku, dak akkademiku u anke s-settur li fil-futur se jkompli jqajjem kuxjenza dwar it-tibdil fil-klima.B’kollox se jkun hemm ħames rebbieħa, wieħed minn kull kategorija, u se jintagħżel ukoll rebbieħ ġenerali li se jingħata t-titlu ta’ ‘Climate Action Crusader’.Kull rebbieħ se jingħata trofew u premju finanzjarju.Il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia spjega li huwa kruċjali li tingħata s-setgħa kemm lin-negozji kif ukoll lill-pubbliku biex jieħdu azzjonijiet u jindirizzaw l-isifidi tat-tibdil fil-klima.Il-Ministru Farrugia stqarr, “Permezz tagħhom se…

Read More