Author: Francesco Catania

BOV

Il-greylisting jista’ jżid l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet u jkollu impatt fuq il-flussi tat-tranżazzjonijiet. Dan ingħad fi stqarrija maħruġa mill-Bank of Valletta meta ħabbru r-riżultati tal-ewwel sitt xhur tas-sena.Ġie spjegat ukoll li mistennija żieda fil-monitoraġġ minn banek barranin, u insistew li jekk ir-riskju li nibqgħu fil-lista l-griża tal-Financial Action Task Force jsir realtà…jista’ jwassal għal konsegwenzi li jkomplu jtappnu r-relazzjonijiet internazzjonali.Kelliema għall-Bank spjegaw li fl-aħħar xhur saħħew kontrolli fil-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja u tejbu s-sistemi għal monitoraġġ tal-klijenti.Dan kien ikkonfermat ukoll miċ-Chariman tal-Bank Gordon Cordina fejn spjega li momentarjament il-greylisting mhux qed toħloq tħassib fl-immedjat għax il-Bank laqa’ għas-sitwazzjoni minn qabel…. madanakollu jekk…

Read More

Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela għażel li jfarfar mir-responsabbiltà tiegħu bħala membru tal-Kabinett tal-Ministri u Deputat Parlamentari hekk kif mistoqsi minn Net News jekk hux se jilqa’ r-rakkomandazzjonijiet maħruġa fir-rapport tal-Inkjesta Pubblika…b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Minflok, huwa farfar u rabat id-deċiżjoni tiegħu ma dik tal-Prim Ministru Robert Abela.Sagħtejn wara…pajjiżna qara l-ewwel dikjarazzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela, malli ġie ppublikat ir-rapport tal-Bord tal-Inkjesta … fejn saħaq li l-Istat għandu jġorr ir-responsabbiltà dwar l-assassinju tal-ġurnalista, u insista fuq il-midja soċjali li din għandha sservi ta’ lezzjoni – bin-nies fuq il-media socjali jghidulu li dan mhux żmien il-lezzjonijiet iżda żmien…

Read More

Ir-restrizzjonijiet tal-Covid-19 imposti mill-Gvern Malti matul ix-xahar ta’ Lulju, ħallew impatt negattiv immedjat fuq l-ivjaġġar lejn pajjiżna.  Sostna dan il-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta Alan Borg waqt il-preżentazzjoni taċ-ċifri tal-ajruport ghall-ewwel sitt xhur tas-sena.Wara li ttieħdet id-deċiżjoni li kull min jidħol f’Malta jrid ikun imlaqqam bi sħiħ, awtomatikament kien hemm daqqa ghas-suq tat-turiżmu …fosthom qalb iż-żagħżagħ kif ukoll ta’ familji li uliedhom għandhom ‘il fuq minn 12-il sena u mhux imlaqqma.Mistoqsi minn Net News, Alan Borg saħaq li ftit qabel is-Sajf, pajjiżna beda jara żieda fis-suq – iżda inevitabbilment f’Awwissu huwa mbassar li s-suq se jkompli jonqos…minkejja r-riżultati pożittivi…

Read More

Attakk fuq l-Inkjesta Pubblika. Hekk ġiet deskritta l-ewwel reazzjoni li kellu l-eks Prim Ministru u eks Mexxej Laburista Joseph Muscat li t-tmexxija tiegħu ġiet ikkundannata mir-rapport tal-Bord ta’ Inkjesta Pubblika b’rabta mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.Joseph Muscat insista li filwaqt li l-Inkjesta wriet d-diżaprovazzjoni dwar il-ġudizzju politiku tiegħu wara l-Panama Papers, huwa għamel l-arja bl-elettorat u kważi kważi farfarha fuq il-poplu hekk kif sostna li fl-aħħar mill-aħħar kien huwa li ġġudikah.Huwa ma rrikonoxxiex li taħt it-tmexxija tiegħu nħoloq stat ta’ impunità bħal ma qalet l-inkjesta, u żamm ir-riżervi tiegħu. Iżda filwaqt li qal dan kollu Muscat saħaq li jaċċetta l-konklużjonijiet…

Read More

“Is-sitwazzjoni diġà diffiċli kif inhi, ieqfu għamluha itqal.”Dan kien l-appell tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Industrija tad-Divertiment u l-Arti fejn saħqu li minkejja l-laqgħat varji li kellhom mal-Awtoritajiet rigward diversi skemi u linji gwida…s’issa għad m’għandhom l-ebda idea dwar x’se jiġri wara s-16 ta’ Awwissu…bis-sitwazzjoni tagħmilha impossibli biex wieħed jippjana wara din id-data.L-MEIA spjegat li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ma tistax tawtorizza risk assessments, l-produtturi ma jistgħux jikkommettu l-impenji tagħhom jew jiftehmu mal-artisti biex jilħqu jippjanaw avvenimenti…pjanar li jirrekkjedi tul ta’ żmien f’industrija li l-organizzazzjoni ma sseħx mil-lum għal għada.L-Assoċjazzjoni saħqet li b’pajjiżna issa kważi qed joqrob il-85% tal-herd immunity grazzi għar-roll out tal-vaċċin…

Read More

Raġel minn Nepal spiċċa jissielet għal ħajtu wara li waqa’ minn gallarija tard l-Erbgħa filgħaxija.Il-każ seħħ għall-ħabta tal-23:30 f’Telgħet Gwardamanġa, f’Tal-Pietà meta għal xi raġuni l-vittma ta’ 34 sena waqa’ madwar sular.Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-barrani l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji.Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras li ħatret inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa.Ikkummenta //= $special ?> See original Article on netnews.com.mt

Read More

Aktar u aktar nies, jum wara l-ieħor, aktar persuni qed iħossu li għandhom obbligu lejn il-pajjiż u ġurnata wara l-oħra qed jersqu lejn il-Partit Nazzjonalista biex il-Partit ikun jista’ jissaħħaħ u jerġa’ jagħti kredibbiltà u futur lil pajjiżna.Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt laqgħa ta’ informazzjoni għad-Deputati u l-Kandidati kollha tal-Partit, bit-tema “Nirbħu l-qlub u nikkonvinċu l-imħuħ”.F’kelmtejn qabel il-ftuħ ta’ dan is-seminar, organizzat mill-Partit Nazzjonalista bil-kollaborazzjoni tal-Membru Parlamentari Ewropew David Casa, Bernard Grech saħaq li bħala familja waħda, il-Kandidati għandhom jisimgħu l-qalb tħabbat tan-nies u dan jista’ jseħħ bħala Partit magħqud.Hu ħeġġeġ l-inizjattiva biex jixxammru l-kmiem u bħala…

Tersqux lejn dan l-istabbiliment f’Paceville la darba ma titteħidx azzjoni li tigarrantixxi s-sigurtà meħtieġa.Dan kien l-appell lill-komunita LGBTIQ f’pajjiżna tal-Malta Gay Rights Movement wara li ġie allegat abbuż omofobiku fuq koppja gay.Aktar kmieni fuq il-midja soċjali, fuq grupp partikolari, Celine Balzan Gera spjegat kif flimkien mat-tfajla tagħha spiċċaw abbużati u saħansitra msawta minn bouncer li xeħithom ‘il barra bil-forza wara li qasmu bewsa bejniethom fl-istabbiliment.Dan filwaqt li spjegat li rnexxielha tieħu ritratt tal-allegat aggressur.Hija saħqet li qatt f’ħajjitha ma esperjenzat attakk omofobiku u appellat lill-awtoritajiet sabiex jieħdu l-azzjoni meħtieġa.Dan filwaqt li l-MGRM saħqet li f’każ li persuna tirċievi dan it-tip…

Read More