Author: Franica Pulis

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi Qegħdin nagħmlu llum it-tifkira ta’ nannu u nanna speċjali għax huma n-nanniet ta’ Ġesù – Sant’Anna u San Ġwakkin. Kien proprju minħabba fihom li l-Papa Franġisku ried li minn din is-sena jkun hemm jum dedikat għan-nanniet, u għażel il-Ħadd l-aktar qrib il-festa tal-lum, għalhekk iċċelebrajna lbieraħ dan il-jum iddedikat għan-nanniet. Hi okkażjoni speċjali meta niċċelebraw lil Sant’Anna u San Ġwakkin għax niftakru f’binthom Marija, u f’Ġesù bin Marija. Proprju għalihom toqgħod ħafna dik il-kelma li kien qal Ġesù: “Mill-frott tagħhom tagħrfuhom”. Ma għandniex dettalji tal-ħajja tagħhom, imma jekk inħarsu lejn Marija u naraw kif Marija kienet…

Read More

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi Li kieku dan il-miraklu Ġesù għamlu llum, bil-mezzi ta’ komunikazzjoni li għandna, kien ikun wieħed mill-iktar li jissemma ma’ kulħadd u kullimkien – kif jista’ jkun li b’ħames ħobżiet u żewġ ħutiet titma’ ħamest elef ruħ? Kien jiġri, bħalma kultant ġara fi żmien Ġesù, li ħafna jieqfu fuq dak li jistagħġbu bih – miraklu, xi ħaġa kbira – imma mbagħad jitilfu dak li hu l-iktar importanti u essenzjali. Dan kien il-periklu wkoll fi żmien Ġesù; għalhekk rajna fl-aħħar ta’ dan ir-rakkont li n-nies riedu jeħduh biex jagħmluh sultan għax raw il-miraklu, u Ġesù warrab fil-kwiet u…

Read More

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi “Jiena magħkom dejjem sal-aħħar taż-żmien” (Mt 28:20). Hu dan il-kliem ta’ Ġesù li l-Papa Franġisku għażel bħala tema għall-messaġġ tiegħu fl-okkażjoni tal-ewwel Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani li se jiġi ċċelebrat għada b’rabta mal-festa ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin li ssir kull sena fis-26 ta’ Lulju. Din hi l-wegħda li Ġesù għamel lid-dixxipli tiegħu qabel tela’ s-sema. Il-Papa ried li jerġa’ jtenni din il-wegħda lin-nanniet u l-anzjani kollha. Nistħajjel li dan kien il-messaġġ li Marija semgħet mingħand Anna u Ġwakkin huma u jħarrġuha fil-fidi f’Alla: li Alla hu magħna dejjem sal-aħħar taż-żmien. Esperjenzi tqal Dan il-kliem…

Read More

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi Kien l-Isqof Vincenzo Labini li 235 sena ilu bħal-lum ikkonsagra din il-kappella – li hi magħrufa bħala ta’ San Kalċedonju, għax hawnhekk hawn ir-relikwi tiegħu, u għada l-festa tiegħu, imma fil-fatt it-titlu tagħha hi ta’ Sidtna Marija ta’ Manresa. Din il-kappella tul is-snin laqgħet fiha tant nies biex jistgħu jitolbu flimkien, fosthom seminaristi meta hawn kien is-Seminarju tal-Arċisqof. Illum qegħdin nagħmlu l-festa solenni tal-konsagrazzjoni ta’ din il-kappella. Xi jfisser meta ngħidu li din il-kappella ġiet ikkonsagrata lil Alla? Ifisser li dan hu post qaddis, dan hu post għażiż, kif smajna fis-salm: “Kemm hi għażiża d-dar tiegħek,…

Read More

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi Ix-xbieha ta’ Kristu Ragħaj kienet xbieha għażiża ħafna għall-ewwel Insara. Kellha l-għeruq tagħha ħafna snin qabel meta, kif naraw fit-Testment il-Qadim, il-Mulej hu mfisser bħala ragħaj li jieħu ħsieb il-poplu tiegħu. Għedna llum fis-Salm 23, li tant nafuh: “Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni”. U l-ewwel Insara kienu jiftakru speċjalment f’dan meta jaraw din ix-xbieha ta’ Kristu ragħaj li qed jieħu ħsieb il-merħla tiegħu. Nifhmu tassew x’jiġifieri għalina llum Kristu ragħaj meta aħna naħsbu ftit fuq dak li għandna bżonn tassew f’ħajjitna. Ħa nsemmi tliet bżonnijiet importanti ħafna. Jagħraf il-bżonnijiet tal-ħajja L-ewwel nett għandna bżonn…

Read More

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna Ejjew nimmaġinaw ftit lill-Madonna, lil Marija ta’ Nazaret tisma’ dan il-kliem ta’ Ġesù. Jekk ma semagħtux direttament għax baqgħet barra d-dar fejn kien Ġesù, żgur wassluhulha. Ikun hemm min iwassalulha b’iżjed aċċent.      “Min hi ommi? Min huma ħuti?” (Mt 12:48). Hu kliem li mad-daqqa t’għajn jinstema’ iebes fil-konfront ta’ Marija ta’ Nazaret, il-mamà tiegħu u anke tal-qraba tiegħu li l-Evanġelju jirreferi għalihom dejjem bħala l-aħwa ta’ Ġesù, ħutu. Aħna wkoll fil-Malti m’għandniex kelma għall-kuġini, kuġini ġejja mit-Taljan ‘cugino’. Is-Semitiku juża l-kelma ħija, oħti għall-qraba. U l-Aramajk li kien jitkellem Ġesù hu ħafna qrib il-lingwa tagħna…

Read More

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna Mitt sena ilu, intom in-nies tal-Bidnija, missirijietkom, inawguraw din il-knisja li kienu bnew b’idejhom stess. Ħallsuha minn buthom, u għal żmien kienet magħrufa ‘l-Knisja tal-Mitt Lira’. Imma din il-knisja ħelwa tiġbor fiha, dedikata lill-Familja Mqaddsa, il-fidi tagħkom, u t-talba li tagħmlu llum lill-Mulej. Tiġbor il-fidi tagħkom għaliex komunità, li tagħti ħajjitha biex tibni knisja; mhux qed tibni dar, fejn dak li jkun joqgħod u jgħammar mal-familja tiegħu. Imma tifhem u tixtieq li tibni dar fejn jgħammar Alla. Alla jgħammar kullimkien, m’għandux bżonn il-knejjes li nibnu aħna; għax Alla hu kullimkien, jimla kull art u kull…

Read More

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi “Nisel ħażin u infidil”. Dan hu l-kliem iebes li jgħid Ġesù lill-kittieba u lill-Fariżej, li riedu mingħandu sinjal. Qalulu: “Mgħallem, xtaqna kieku naraw sinjal mingħandek”. Imma Ġesù kellu din ir-reazzjoni qawwija u iebsa li jsejħilhom “nisel ħażin u infidil”, u jgħidilhom li se jkollhom kundanna kbira. Għaliex din ir-reazzjoni ta’ Ġesù? Hawnhekk Ġesù qed isejħilhom hekk, u fil-fatt aktar qabel kien ukoll sejħilhom bi kliem ieħor, bħal “nisel il-lifgħat”. Għaliex Ġesù qisu negattiv? X’inhi r-raġuni ta’ din li tidher negattività li qed narawha hawnhekk? Ir-raġuni għal dan il-kliem iebes ta’ Ġesù hi li Ġesù jara l-qalb.…

Read More

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi Il-kliem ta’ Ġesù li smajna fl-Evanġelju llum jista’ għal mument jinħass insensittiv, speċjalment lejn ommu. Hawnhekk naraw li Ġesù kien qed ikellem lin-nies, imbagħad xi ħadd jiġi jgħidlu: Hawn ommok u ħutek – kif nafu fl-Evanġelju “ħutek” huma “qrabatek” – qegħdin ifittxu li jkellmuk. Ma tiġrix spiss fl-Evanġelju li jgħidulu: hawn ommok u l-qraba tiegħek qegħdin ifittxu li jkellmuk; għalhekk timmaġina li Ġesù kellu jieqaf, jgħid lin-nies “skużawni ftit, għax hawn ommi barra ħa nara xi trid, ħa nkellimha naqra”. Ma għamilx hekk Ġesù. Ma ħariġx ikellem lil ommu u lill-qraba tiegħu. Imma għamel xi ħaġa…

Read More

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna Hi silta qasira ħafna din, minn kapitlu 11 ta’ San Mattew. Hi waħda mis-siltiet tal-ikbar faraġ li nsibu fl-Evanġelji. L-ewwel nett Ġesù ma jbiegħed lil ħadd. Kultant aħna naħsbu li rrabjat magħna, li għandu l-geddum magħna. “Ejjew għandi” (Mt 12:28). Ta’ min nieqfu fuq din l-istedina ta’ Ġesù. M’hemmx għalfejn tistaħbew meta nkun għaddej jien: Ejjew għandi. Lil min qed jistieden? “Intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin” (Mt 12:28). F’dawn il-mumenti meta nħossuna mħabbtin; u tkun xi tkun iċ-ċirkustanza, il-kawża tat-taħbit, tat-toqol: imtaqqlin jgħid: “Ejjew għandi; Jiena nserraħkom” (Mt 12:28). Aħna ngħidu: kif se…

Read More