Author: Frederick Zammit

Dusty Hill. Ritratt: Facebook – Dusty HillTħabbret il-mewt ta’ Dusty Hill li għal 50 sena kien il-bassist tal-grupp ZZ Top. Hu miet fl-età ta’ 72 sena. Hill miet waqt li kien rieqed fid-dar tiegħu fi Houston.Dan l-aħħar Hillm li ismu proprju kien Joseph Michael Hill, kien ingħaqad ma’ ZZ Top fl-1969. Daqq f’kull kunċert tagħhom għajr dawk li saru dan l-aħħar wara li tneħħew ir-restrizzjonijiet relatati mal-Covid-19. Dan minħabba li Hill kellu kumplikazzjonijeit f’ġenbejh u kellu bżonn operazzjoni.Il-membri tal-grupp ZZ Top, Billy Gibbons u Frank Beard, sellmu l-memorja tal-mużiċist li daqq magħhom matul dawn l-aħħar 50 sena.”We are saddened by…

Read More

Joe u Alice Grech. Ritratt: muntaġġ. Ritratti tat-tieġ provduti minn Joe S Grech; Ritratt ta’ Joe u Alice – FacebookĠurnata speċjali għal Joe S. Grech, il-kitarrista u kompożitur tal-grupp New Cuorey li llum qws jiċċelebra 47 sena miżżewweġ ma’ Alice (Elizabeth Grech). Huma żżewġu fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa fit-28 ta’ Lulju tal-1974. Kien għad kellhom 44 sena.Joe u Alice kienu ltaqgħu għall-ewwel darba ħdejn il-baħar fl-1966. Hu kellu 15-il sena filwaqt li Alice kellha 14 u nofs. Aktar tard kien reġa’ ra lil Alice, din id-darba fil-Mellieħa Song Contest fejn Alice kienet ħadet sehem bil-kanzunetta Somewhere My Love mill-film Dr Zivago.Joe…

Read More

Il-Ministru Silvio Schembri ma’ martu Deandra. Ritratt: muntaġġ / FacebookĠurnata speċjali għall-Ministru Silvio Schembri u l-mara tiegħu, l-avukat Deandra Schembri hekk kif illum qed jiċċelebraw id-disa’ anniversarju mindu wegħdu mħabbithom lil xulxin.Silvio u Deandra kienu ltaqgħu f’Ħal Qormi fejn iżżewġu wkoll bħal-lum it-28 ta’ Lulju tal-2012. Huma għandhom żewġt ulied, Zak u Faith.“Nirringrazzja lil Deandra tal-paċenzja kbira li minkejja x-xogħol tagħha ttini ħafna support sabiex inkun nista’ nkompli l-ħidma politika tiegħi, anke b’ħafna sagrifiċji personali,” ikkummenta il-Ministru Silvio Schembri ma’ newsbook.com.mt.“Apparti minn hekk inħossni ixxurtjat li għandi lil Deandra bħala omm it-tfal tagħna. Deandra hija omm tal-familja u eżemplari,” temm…

Read More

Ritratt: Ahmad Ardity / PiixabayHuwa fatt li tul l-aħħar jiem seħħew għadd ġmielu t’aċċidenti ta’ kull xorta li xi ftit jew wisq affettwaw ir-riserva tal-Bank tad-Demm tal-Isptar Mater Dei. F’sitwazzjoni fejn il-mijiet ta’ nies li ta’ kull ġimgħa qed jersqu biex jagħtu d-demm bilkemm qed ikun pari mad-domanda. Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jappella mhux biss għal iktar donazzjonijiet tad-demm, iżda iktar minn hekk għal iktar prudenza fuq il-lantijiet tax-xogħol, fit-toroq kif ukoll fil-baħar. Fuq kollox, il-prevenzjoni hi aħjar mill-kura, u b’inqas aċċidenti jonqos il-piż minn fuq il-Banek tad-Demm u S-servizz tas-Saħħa f’Malta, u f’Għawdex ukoll.Minkejja dan kollu l-bżonn tad-demm għall-operati…

Read More

Joseph Chetcuti ma’ oħtu t-tewmija Annmarie. Ritratt: FacebookDan tar-ritratt mhu ħadd ħlief il-preżentatur Joseph Chetcuti li llum, flimkien ma’ oħtu t-tewmija Ann-Marie, jagħlaq 48 sena. Joseph u Ann-Marie twieldu bħal-lum it-28 ta’ Lulju tal-1973.Qabel is-suċċess ta’ programmi bħal Nies Ta’ Veru u Araniissa, hu kien ukoll magħruf bħala “Joseph tal-Vjolin”. Konna narawh idoqq dan l-instrument fil-programm Xarabank, kif ukoll mal-grupp Baklava li kienu daħlu għall-Malta Euro Song bil-kanzunetta Kamikaze Lover fl-2009, u sentejn wara bil-kanzunetta Moon Dance.Ritratt: The FotoGrafer, Fgura / Facebook: Joseph ChetcutiFil-Eurovision hu kien akkumpanja lil Olivia Lewis fuq il-palk f’Ħelsinki fil-Finlandja meta fl-2007 kkompetiet bil-kanzunetta Vertigo.joseph kien…

Read More

JOSIE Coppini. Ritratt: muntaġġ / ArkivjiBħal-lum it-28 ta’ Lulju tal-1998 kien miet l-attur ferm maħbub Josie Coppini. Huwa kellu 64 sena.Josie Coppini kien twieled il-Belt Valletta fil-21 ta’ Diċembru, 1933. Huwa kiseb l-edukazzjoni fil-Kulleġġ Stella Maris, Gżira.L-imħabba lejn il-palk nibtet permezz tal-mużika. Huwa kien imħarreġ bħala baritonu minn zijuh, Joseph Satariano. Ħa sehem f’diversi produzzjonijiet bħal Ġensna, Iskra u fil-La Traviata ta’ Verdi fit-Teatru Manoel.Ħa sehem ukoll f’bosta films internazzjonali maħduma f’Malta bħal The Trenchcoat (1983), Final Justice (1985) u Black Eagle (1988).Fuq it-televiżjoni Maltija ħadem f’numru kbar ta’ produzzjonijiet bħal F’Baħar Wieħed (1977), In-Neputija tal-Kappillan, Issa naraw, Ir-Ronnie u Triq Waħda.Id-difna…

Read More

Gabriella Parsons. Ritratt provdut minn Gabriella Parsons.Din tar-ritratt mhi ħadd ħlief l-attriċi Gabriella Parsons (nee Borg) li bla dubju ħafna jassoċjawha mal-karattru ta’ Liberat fis-sensiela L-Għarusa. Gabriella llum tagħlaq 38 sena. Twieldet fit-28 ta’ Lulju tal-1983.Gabriella Parsons bħala Liberat fis-sensiela L-Għarusa. Ritratt: Facebook – Gabriella ParsonsLil Gabriella rajnieha wkoll f’bosta sensiliet oħra bħal Santa Monika, St. Mary’s, Simpatiċi, Becky, It-Tmien Nota, Is-Siġill tal-Qrar, Tracesland, KC, Missjoni, F’Salib it-Toroq, Dellijiet, Deċeduti, Emilja, Déjà Vu, D.R.E.A.M.S, Prima Facie, Ma Tinbidel Qatt, Il-Klikka, Katrina, Rajt ma Rajtx, Grammi, u Tereża.Mick Cordina u Gabriella Parsons f’xena minn Santa MonikaRajnieha wkoll tippreżenta fuq TVM programmi…

Read More

Ritratt: Facebook – Gianni NazzaroTħabbret il-mewt tal-kantant Taljan Gianni Nazzaro. Hu miet fl-isptar Gemelli ta’ Ruma fl-età ta’ 72 sena.Fost is-suċċessi ta’ Gianni Nazzaro niftakru kanzunetti bħal “L’amore è una colomba” (1970), “Bianchi cristalli sereni” (1971), “Non voglio innamorarmi mai” (1972), u “A modo mio” (1974, miktuba minn Claudio Baglioni u Antonio Coggio). Dawn il-kanzunetti kollha ppreżentahom fil-festival ta’ Sanrmeo. Kien popolari wkoll għall-kanzunetta “In fondo all’anima”. Gianni Nazzaro miet minn kumplikazzjonijiet tal-kanċer fil-pulmun.Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn. Ixxerja din l-istorjaL-Artiklu ta’ QabelSajjieda dilettanti se jingħataw rimjiet u ċimi tal-lampuki…

Read More

Nunzio Galdes. Ritratt: muntaġġ Facebook – Nunzio GaldesTħabbret il-mewt tal-kantant Nunzio Galdes fl-eta ta’ 86 sena. Galdes kien popolari fis-Snin 50 u 60 u kien magħruf l-aktar għall-kanzunetti li kien jinterpreta bit-Taljan u Naplitan.Nunzio Galdes kien ukoll ikklassifika fit-tieni post f’festival li kien ġie organizzat fil-Ġonna tal-Argotti u kien rebaħ ukoll il-festival Canzoni d’Oggi. Matul is-snin Nunzio Galdes kien kanta f’diversi pajjiżi fosthom l-Olanda, l-Italja, il-Greċja, ir-Renju Unit, il-Ġermanja kif ukoll fil-Kanada.Il-funeral ta’ Nunzio Galdes se jsir fil-knisja parrokkjali tal-Balluta għada l-Erbgħa fl-10.30am.Nunzio Galdes. Ritratt: Facebook – Raissa BonelloNunzio, strieħ fis-sliem!Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn…

Read More

Read in English.Baby, iż-żiemel ta’ 10 xhur li ftit tal-ġimgħat ilu ġie salvat minn kundizzjonijiet xejn sbieħ qiegħed jagħmel bosta ħbieb ġodda u kif jindika l-filmat li tistgħu taraw f’din il-paġna mhu qed jiddejjaq xejn bil-kumpanija tal-klieb li jidħlu ħdejh fl-istalla.Mhux biss, iżda RMJ’s Horse Rescue fetaħ l-aptit ukoll u qiegħed ukoll jiekol sew, bħaż-żwiemel l-oħra.Meta kien instab Baby kien għadma u ġilda u bilkemm kien iżomm fuq saqajh. Issa qed jidra sew fl-ambjent li jinsab fih tant li jkun qed jistenna wkoll bil-ħerqa l-ħin tal-ikel.Aqra wkoll:Baby jisraq il-qlub tat-tfajlietMeta wasal għand l-RMJ’s Horse Rescue, Baby kien mimli feriti fondi…

Read More