Author: Gavin Muscat

Ritratt tax-xellug: Facebook/ Ritratt tal-lemin: Facebook/ Ritratt fl-isfond: FacebookIl-kumpanija WE Media li kienet tipproduċi l-programm l-Erbgħa Fost il-Ġimgħa fuq TVM, qalet li l-programm ma ġiex imwaqqaf mill-PBS, imma bi qbil bejnha u l-istazzjon nazzjonali.WE Media kienet qed tirreaġixxi għal dak li ħabbar il-ġurnalist u preżentatur Mark Laurence Zammit ilbieraħ, li ddeċieda li mhux se jibqa’ jmexxi u jippreżenta l-programm. F’post fuq Facebook, Zammit qal li fix-xhur li għaddew kellu ħafna ndħil mill-PBS, bil-konsegwenza li ma kienx qed iħalliħ fil-libertà jaħdem skont il-prinċipji ġurnalistiċi tiegħu.Il-Ħadd l-1 ta’ Awwissu:“Il-PBS ma kienx iħallini naħdem skont prinċipji ġurnalistiċi”“Zammit qatt ma kien offrut li jerġa’…

Read More

Ritratt: Miguela XuerebIl-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li nstabu 64 każ ġdid ta’ COVID-19 minn 2,762 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa.Tħabbar ukoll li fiequ 168 persuna oħra, u n-numru ta’ każijiet attivi fil-komunità niżel għal 1,609.Ma miet ħadd fl-aħħar 24 siegħa u n-numru ta’ vittmi baqa’ ta’ 423.S’issa ngħataw 760,417 tilqima, u 382,825 persuna huma mlaqqmin kompletament.OFFICIAL COVID-19 figures for 02•08•2021Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention DirectoratePosted by saħħa on Monday, August 2, 2021Minn 37 każ ta’ COVID-19 li hemm fl-Isptar Mater Dei bħalissa, 5 minnhom qiegħed fl-ITU.Ixxerja din l-istorjaL-Artiklu ta’ QabelFlus kontanti u kannabis jinqabdu mid-Dwana…

Read More

Ritratt: DwanaFl-aħħar ġimgħa ta’ Lujlu l-Uffiċjali tad-Dwana qabdu bi €11,500 fi flus kontanti, pakketti li nstabu bi traċċi tal-kannabis, flimkien ma’ aktar prodotti tal-kuntrabandu. Dawn il-qabdiet saru bl-għajnuna tal-klieb tad-Dwana li huma imħarrġa apposta.Il-Ġimgħa, uffiċjali tad-Dwana mit-Taqsima ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus interċettaw €11,500 fi flus kontanti fis-sala tat-tluq tal-ajruport.Il-flus, linstabu fuq passiġġiera Bulgara li kienet fi triqitha lejn il-kapitali Bulgara Sofia. Hija ma ddikjaratx dawn il-flus lid-Dwana. Għaldaqstant, hija kellha tħallas multa kif inhu stipulat mil-liġi.Skont ir-regoli maħruġa mid-Dwana, kull ammont ta’ flus (li jinkludi anke ċekkijiet u deheb) li jammonta għal €10,000 jew aktar għandu jkun iddikjarat lid-Dwana. Dan…

Read More

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi u l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali Josè Herrera s-Sibt waranofsinhar ippresedew għall-iffirmar tat-twaqqif tal-Fondazzjoni tal-Knisja tal-Ġiżwiti. It-twaqqif tal-Fondazzjoni, li jiġi proprju fil-festa ta’ San Injazju ta’ Loyola, se jsaħħaħ il-ħidma bejn il-Knisja u l-Istat biex jiġi protett il-patrimonju nazzjonali.L-Isqof Awżiljarju stqarr li Malta, għalkemm żgħira, għandha patrimonju kbir u imprezzabbli, li ħafna minnu hu marbut mal-fidi Kattolika. Saħaq li hu għalhekk li “l-Knisja f’Malta għandha l-impenn li tħares il-patrimonju kulturali Kattoliku f’pajjiżna”. Irrimarka li “rridu nagħtu kas dak li hu sabiħ u ta’ integrità biex insaħħu l-pedament tal-pajjiż”.L-Isqof awgura li din il-kollaborazzjoni tkompli dejjem tissaħħaħ u li tagħti…

Read More

Illum infetħu n-nominazzjonijiet għad-disa’ kategoriji fl-edizzjoni tal-Premji Nazzjonali tal-Ħaddiema tas-Sena 2021Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela ħabbar dan fil-fabbrika Baxter fil-Marsa. Is-sena l-oħra, Baxter rebħet il-Premju għall-Organizzazzjoni li Tħaddem u Li Tippromwovi Miżuri Favur Il-Familja.Is-sena l-oħra…Appell mill-President għal sforz komuni biex min tilef xogħlu jsib impjiegIl-Ministru Abela qal li l-pandemija wriet kemm huma bżonnjużi l-ħaddiema għall-ekonomija u għas-saħħa tal-pajjiż.“Bħalma kellna l-frontliners jaħdmu kuljum fl-isptarijiet, kien hemm fabbriki bħal Baxter li pprovdew servizzi u provvisti”, qal Abela.Id-disa’ premji huma:Il-Ħaddiem/a tas-Sena.It-Tim tas-Sena.Il-Maniġer/Kap tas-sena.L-Organizzazzjoni li Tippromwovi s-Sostenibbiltà u r-Responsabbiltà Soċjali.L-Organizzazzjoni li Tħaddem u Li Tippromwovi Miżuri Favur Il-Familja.L-Aħjar Impenditriċi.L-Aħjar Imprenditur.L-Aħjar Mexxejja ŻgħażagħL-iktar Kumpanija…

Read More

DOI – Clodagh O’ NeillAktar minn 30 bugħaddas, voluntiera bil-kayaks u snorkelers ġabru aktar minn 2.5 tunnellata ta’ skart minn qiegħ il-baħar fix-Xatt tal-Isla.It-tindifa kienet organizzata mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma (EWA) bħala parti mill-kampanja ta’ tindif li qed issir ma’ Parks Malta. Permezz ta’ din il-kampanja inġabru 275 tunnellata skart b’tindif li sar f’ Wied Qirda, Wied iċ-Ċawsli, il-Park tal-Majjistral u l-Park tal-Inwadar.Ix-Xatt tal-Isla ntagħżel minħabba l-ammont kbir ta’ skart li ntrema f’qiegħ il-baħar. Fost l-affarijiet li ttellgħu kien hemm injam, ħadid siġġijiet, roti,  u saħansitra, biċċiet minn karozzi.Se jinżergħu 550 siġra fil-widienIl-Ministru tal-Enerġija Miriam Dalli qalet li hemm bżonn…

Read More

Ritratt: Steven Cornfield fuq UnsplashRead in English.Il-Fakultà tal-Mediċina u Kirurġija tal-Università ta’ Malta tenniet il-pożizzjoni tagħha favur il-vaċċin tal-COVID-19, wara li numru ta’ studenti tal-Mediċina esprimew opinjoni differenti.Fi stqarrija ffirmata mid-Dekan Prof. Godfrey Laferla, il-Fakultà tgħid li avolja l-istudenti kellhom id-dritt tal-libertà tal-espressjoni, xorta kien hemm bżonn li tiddiżassoċja ruħha minn opinjonijiet personali li jmorru kontra l-qbil xjentifiku.“Skont studji xjentifiċi u mediċina bbażata fuq evidenza, il-Fakultà tal-Mediċina u Kirurġija tinkoraġġixxi lill-pubbliku biex jieħu l-vaċċin. Dan hu l-iktar mod effettiv biex tiġi kkontrollata l-firxa u l-periklu tal-COVID-19”, qal Prof. Laferla.Il-Fakultà rringrazzjat lill-ħaddiema u lill-istudenti li kkontribwew għall-isforz nazzjonali kontra l-pandemija.L-istqarrija ħarġet…

Read More

Ritratt meħud mill-filmat tal-MOCFid-debutt Olimpiku tagħha, f’Tokyo 2020, Yazmin Zammit Stevens saret l-ewwel weightlifter femminili Maltija li kkompetiet fl-Olimpjadi.Fil-Forum Internazzjonali ta’ Tokyo, Zammit Stevens refgħet 84kg fis-snatch u 105kg fil-clean and jerk, biex b’hekk kisret rekord nazzjonali.Ir-rebbieħa tal-grupp kienet Kiana Elliot mill-Awstralja li, bħal Zammit Stevens, kienet qed tagħmel id-debutt tagħha fl-Olimpjadi.Iktar tard matul il-jum wasal Andrew Chetcuti kkompeta fil-heats tal-100m, it-tielet dehra Olimpika tiegħu f’Tokyo 2020Huwa tellaq fit-tielet heat tal-avveniment u spiċċa t-tellieqa b’ħin ta’ 51.47 sekondi, ftit iktar minn nofs sekonda ’il bogħod mir-rekord nazzjonali li huwa stess stabbilixxa fl-2017.L-impenji ta’ Team Malta jkomplu għada f’nofsinhar meta t-tiratur…

Read More

Miguela XuerebRead in English.L-Unjin tal-Għalliema Maltin (MUT) qed tħeġġeġ lill-istaff akkademiku biex jinjoraw l-istruzzjonijiet tal-Università ta’ Malta, li qed titlobhom jipprovdu dettalji dwar pjanijiet ta’ safar, jgħidu humiex imlaqqma kontra l-Covid-19 u biex jissottomettu r-riżultat tal-PCR test qabel jirritornaw għax-xogħol.Fi stqarrija, l-MUT qalet li t-talba mhix “konformi mal-liġi” u tat ċans ta’ 24 siegħa lill-Università biex tirtira d-direzzjoni li tat. Fissret li ż-żmien stipulat għadda u għaldaqstant ħarġet direttivi biex l-impjegati akkademiċi tal-Università jinjoraw il-komunikazzjoni u ma jgħaddu l-ebda dettalji. Permezz ta’ email, l-istaff akkademiku ġie mitlub biex minbarra test negattiv tal-PCR jgħidu wkoll fejn siefru u kemm damu f’dawn…

Read More

Ritratt: NewsbookRead in English.Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Gvern ammetta li r-rapport tal-Awditur Ġenerali , li minnu joħroġ li l-konsumaturi ħallsu €6.5 miljun żejda fuq il-kontijiet tad-dawl u ilma, huwa wieħed validu. Dan wara li ġie rrapurtat li l-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli stqarret li dan ir-rapport qed ikun studjat mill-Ministeru tagħha.Meta f’Mejju li għadda r-rapport kien żvelat fil-media, il-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech kien qal li “l-poplu Malti ilu snin jinsteraq mill-kontijiet tad-dawl” u wiegħed li Gvern Nazzjonalista jirritorna l-flus imħallsa żejda.Bdanakollu, il-Partit Laburista kien qal li kliem Grech kien ibbażat fuq rapport li ma kienx għadu ppubblikat u li, għaldaqstant, ma…

Read More