Author: Joe Mikallef

Bħal-lum 90 sena twieled fil-Belt Valletta l-Professur Guido de Marco, Eks President ta’ Malta, Eks Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista u Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern u, aktar tard Ministru għall-Affarijiet Barranin, u Eks President tal-Assemblea tan-Nazzjonijiet Uniti.Guido de Marco twieled fit-22 ta’ Lulju 1931, ħa t-trobbija tiegħu għall-kenn tas-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta. Kien nisrani devot u mhux l-ewwel darba li kkombina r-reliġjon ma’ dati importanti f’ħajtu, bħalma għamel meta għażel propju l-festa tal-Madonna tal-Karmnu, is-16 ta’ Lulju 1990, biex ippreżenta l-applikazzjoni ta’ Malta biex issir membru tal-Unjoni Ewropea.Fit-Tieni Gwerra Dinjija kienu marru bħala refuġjati l-ewwel Ħal Balzan u wara Ħal…

Read More

Mis-7 ta’ Ġunju tal-2019 ‘l hawn, il-vapur MV Nikolaos ġie jiswa lill-poplu Malti u Għawdxi xejn inqas minn €10 miljun f’kirjiet.Din l-informazzjoni ħarġet minn il-mument hekk kif dan il-vapur, antik u li mhux aċċessibbli għal kulħadd, hu r-raba’ vapur fl-iskeda tal-Gozo Channel u fil-verità għamel differenza pożittiva għat-traġitti bejn iż-żewġ gżejjer.Iżda l-arranġamenti li saru għall-kirja ta’ dan il-vapur jixegħlu diversi bozoz u jqajmu għadd ta’ mistoqsijiet għaliex bil-flus li l-poplu Malti u Għawdxi qed ikun imġiegħel joħroġ ta’ kuljum fil-kirja tiegħu, il-Gvern faċilment kien jaqbillu li jikkummissjona l-bini tar-raba’ vapur li jkun wieħed modern jew inkella li jdur dawra mas-swieq…

Read More

Kif il-gazzetta Il-Mument kienet żvelat fis-17 ta’ Jannar li għadda – li l-Prim Ministru Robert Abela ried akkost ta’ kollox li jdaħħal fil-Grupp Parlamentari tiegħu lill-Kirurgu Jo-Etienne Abela – issa jidher li nħolqot l-okkażjoni ideali biex dan il-pjan jiddaħħal fis-seħħ.U propju fis-17 ta’ Jannar li għadda Il-Mument żvelat saħansitra l-isem ukoll tad-Deputat Laburista li kien fuq żaqq Robert Abela u li allura l-istess Robert Abela ried li jsib l-okkażjoni ideali biex itajru mill-Grupp Parlamentari tiegħu. Dakinhar Il-Mument żvelat l-isem tal-Eks Ministru Manuel Mallia li lejn tmiem is-sena 2014 kien ittajjar minn Ministru b’rabta ma’ sparaturi ta’ arma tan-nar fil-Gżira.Illum Il-Mument…

Read More

L-Avukati qed jingħaqdu wara l-Kamra tal-Avukati li tirrappreżentahom bl-iskop li jieqfu lill-Gvern milli jżeblaħ il-professjoni hekk kif irid li dawk l-Avukati li jservu fil-Qrati tal-Ġustizzja jkollhom warrant, iżda dawk li ma jservux fil-Qrati ma jkollhomx warrant.Abbozz ta’ Liġi ppreżentat mill-Gvern quddiem il-Parlament jaħseb biex dawk li jiggradwaw bħala Avukat u jservu fil-Qorti, allura jinħarġilhom warrant biex ikunu jistgħu jagħmlu dan. Iżda fl-istess ħin dawk li jiggradwaw bħala Avukati u ma jkunux se jservu fil-Qrati għaliex ikunu se jaħdmu lil hinn mill-Qrati tal-Ġustizzja, allura lil dawn ma jinħarġilhom l-ebda warrant u jkunu jissejħu biss bħala persuni li qed jipprovdu servizzi legali…

Read More

“Mhux se jkun faċli nattiraw investimenti ġodda u investimenti attwali jistgħu jħossuhom skomdi jiffunzjonaw minn hawnhekk” – L-ekonomista Jean Paul Fabri“Ma hux riżultat ta’ eżami sabiħ dak li akkwistat Malta nhar l-Erbgħa li għadda meta dik li hi magħrufa bħala Financial Action Task Force (FATF) poġġiet lil pajjiżna f’lista griża kaġun tan-nuqqasijiet ta’ pajjiżna fil-ġlieda kontra l-ħasil ta’ flus.“Imma issa li rridu nagħmlu bħala pajjiż hu li l-Gvern flimkien mal-imsieħba soċjali kollha jaħdmu bis-serjetà fuq strateġija li l-iskop tagħha tkun li tpoġġi mill-ġdid lil pajjiżna fit-triq it-tajba u fit-triq li permezz tagħha pajjiżna jikseb mill-ġdid l-istima tal-pajjiżi barranin.“Ma rridux ninsew…

Read More

Il-Gvern bħal donnnu abbanduna l-proġett ta’ żvilupp ta’ dik li kellha tkun l-ewwel dar kbira għall-anzjani f’GħawdexSorsi infurmati fis-settur tal-kura tal-anzjani matul dawn il-jiem tkellmu ma’ netnews u staqsew x’inhi r-raġuni li l-Gvern bħal donnu li abbanduna għal kollox ix-xogħlijiet fuq il-proġett ta’ bini ta’ dar għall-anzjani f’Għajnsielem, Għawdex.Sa issa l-Gvern nefaq eluf kbar ta’ flus fuq sit bil-wiegħda li jiżviluppa dar għall-anzjani f’Għajnsielem u sa kien ukoll taha isem… ‘Dar San Ġużepp’. Iżda sal-lum u minkejja l-ħafna wegħdiet u kliem fieragħ tal-Gvern, din id-dar għadha fi stat ta’ ġebel u saqaf u ma laqgħet fiha lill-ebda anzjan Għawdxi.Is-sorsi li…

Read More

Mijiet ta’ Maltin, fil-bidu tas-Snin Tmenin, spiċċaw bi propjetajiet tagħhom rekwiżizzjonati u għadhom sal-lum ma tħallsu xejnIl-Gvern Laburista ma għamel xejn tul it-tmien snin li ilu fil-poter biex jindirizza l-problema ta’ mijiet ta’ Maltin li fil-bidu tas-Snin Tmenin spiċċaw bil-propjetà tagħhom rekwiżizzjonata. Mhux biss, iżda l-istess Gvern Laburista ma għamel xejn biex dawk li daħlu fil-Home Ownership Scheme jkollhom il-propjetà fejn qed joqogħdu mdawra fuq isimhom permezz ta’ kuntratt.Fi ftit kliem il-Gvern Laburista, l-ewwel ta’ Joseph Muscat u mbagħad ta’ Robert Abela, taw bis-sieq lil dawk kollha involuti f’din is-saga… imbasta ta’ kull sena jonfoq u jagħti mal-€40 f’korruzzjoni lis-SOCAR.…

Read More