Author: John Paul Cordina

Il-gvern għandu jsaħħaħ ir-rwol tiegħu bħala regolatur biex jitrażżan il-prezz ta’ proprjetà f’Malta fl-interess tal-ġustizzja soċjali, skont is-soċjologa u chairperson tal-Bord għall-Akkomodazzjoni Affordabbli Mary Grace Vella.Vella kienet waħda mill-mistidnin fuq l-aħħar edizzjoni tal-programm ta’ Andrew Azzopardi fuq 103 Malta’s Heart. Għalkemm is-suġġett kien l-akkomodazzjoni socjali, ir-realtà usa’ ta’ suq tal-proprjetà fejn il-prezzijiet telgħu bla rażan ma setgħetx tiġi njorata.  Innutat li matul is-snin, id-dħul tan-nies ma’ laħħaqx maż-żieda fil-prezzijiet tal-proprjetà, kemm għal min jixtieq jixtri kif ukoll għal min jikri.Fakkret li kien dritt fondamentali ta’ kull persuna li jkollha fejn tgħix, anke jekk bħala dritt ta’ natura ekonomika – b’kuntrast…

Read More