Author: Jordi Farrugia

It-tennista Brittaniku Andy Murray irtira mill-kompetizzjoni tas-singles fl-Olimpjadi wara li ħass uġiegħ f’koxxtu. Murray iżda qal li se jkun qed jikkompeti fil-kompetizzjoni tad-doubles wara li s-Sibt flimkien ma’ Joe Salisbury għelbu lil Franċiżi, Nicolas Mahut u Pierre-Hugues Hubert.Intant mill-kategorija tan-nisa, is-seed numru wieħed fid-dinja Ashleigh Barty kienet eliminata fl-ewwel rawnd minn Sara Sorribes Tormo hekk kif għelbitha 6-4 6-3. Barty aktar kmieni rebħet it-tieni Grand Slam tagħha f’Wimbledon.Ikkummenta //= $special ?> See original Article on netnews.com.mt

Read More

Il-player tal-golf, Bryson DeChambeau rriżulta pożittiv għall-Covid-19 u b’hekk se jkun qed jitlef il-bqija tal-Olimpjadi. Postu fit-tim tal-Istati Uniti se jkun qed jieħdu Patrick Reed, bil-kompetizzjoni tal-golf tibda nhar il-Ħames.DeChambeau rebaħ il-Masters tal-golf fl-2018 u l-Open tal-Istati Uniti fl-2020. S’issa kien hemm aktar minn 130 każ pożittiv ta’ Covid-19 minkejja li l-Olimpjadi qed isiru taħt restrizzjonijiet stretti.Ikkummenta //= $special ?> See original Article on netnews.com.mt

Read More

Iċ-champion renjanti Jade Jones b’sorpriża sfat eliminata fir-rawnd tal-aħħar 16 fit-taekwondo fil-kategorija tas-57 kg.Jones li hija minn Wales kienet qed tittama li ssir l-ewwel atleta tat-taekwondo li tirbaħ tliet midalji tad-deheb f’dan l-isport hekk kif rebħet f’Rio u f’Londra. Jones kienet eliminata minn Kimia Alizadeh Zonoozi, b’Jones tibqa’ fiċ-ċans li tikseb il-bronż jekk Zonoozi tasal sal-finali.Ikkummenta //= $special ?> See original Article on netnews.com.mt

Read More

Ahmed Hafnaoui b’sorpriża rebaħ id-deheb fl-400m freestyle. Hafnaoui kien l-anqas veloċi fis-sessjoni ta’ kwalifikazzjoni iżda b’mod sorprendenti rnexxielu jirbaħ il-finali f’ħin ta’ 3:43.36.Il-favorit li jirbaħ din il-kompetizzjoni, l-Awstraljan Jack McLoughlin irnexxielu jtemm biss fit-tieni post filwaqt li Kieran Smith tal-Istati Uniti temm fit-tielet post u kiseb il-bronż.Fl-2019 Hafnaoui ma rnexxielux jikkwalifika għal-kampjonat tad-dinja tal-għawm tal-juniors, iżda sentejn wara rnexxielu jikseb id-deheb fl-Olimpjadi.Ikkummenta //= $special ?> See original Article on netnews.com.mt

Read More

It-tiratriċi Maltija Eleanor Bezzina temmet fis-26 post hekk kif ħadet sehem fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tat-10m Air Pistol. Bezzina kisbet punteġġ ta’ 570 punt.Minkejja li għar-rawnd finali kwalifikaw 8 tiraturi biss minn 53, dan xorta jista’ jitiqies bħala riżultat sodisfaċenti għal Malta meta wieħed jikkonsidra qabel liem tiraturi Bezzina rnexxielha ttemm. Eleanor Bezzina rnexxielha ttemm qabel tiraturi aktar kwotati minnha bħal dawn mill-Awstralja, r-Russja u l-Istati Uniti kif ukoll rnexxielha ttemm qabel it-tiratriċi li rebħet il-midalja tad-deheb fil-logħob tal-GSSE fl-2019 Jelena Pantovic. Bezzina tkun fl-azzjoni nhar il-Ħamis meta tikkompeti fit-25m Air Pistol.Ikkummenta //= $special ?> See original Article on netnews.com.mt

Read More

Hekk kif issa ninsabu fit-tieni jum tal-Olimpjadi, jidħlu fl-azzjoni l-ewwel tliet atleti Maltin.L-ewwel impenn se jkun għat-tiratriċi Eleanor Bezzina hekk kif fid-9.00am se tkun qed tikkompeti fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tat-10m Air Pistol. Isegwi fis-12.40 pm, Matthew Abela li se jkun qed jiddebutta f’dawn l-Olimpjadi meta fis-singles tal-badminton se jkun qed jilgħab kontra ċ-Ċiniż Shi Yu Q.L-aħħar impenn għal jum tal-Ħadd għall-atleti Maltin ikun dak ta’ Sasha Gatt hekk kif fid-8.32pm se tkun qed tikkompeti fil-heat tal-400m tal-għawm.Ikkummenta //= $special ?> See original Article on netnews.com.mt

Read More

Wara tournament mill-aqwa, it-tim nazzjonali Malti tal-basketball tan-nisa tilef is-semifinali kontra l-Lussemburgu 89-46.Il-Lussemburgu kienu b’saħħithom wisq għan-nisa Maltin hekk kif rebħu kull taqsima. id-differenza fit-tul dehret evidenti u kien fattur strumentali li ddeċieda l-konforont. Il-Maltin bdew b’Josephin Grima, Sophie Abela, Kristy Galea, Maria Bonett u Stephanie De Martino.Grima kienet l-aktar player effettiva għal Malta hekk kif kienet l-unika waħda li skorjat 12-il punt. Simili għal dak li seħħ fl-aħħar partita kontra l-Irlanda, l-Lussemburgu kienu ferm effettivi mir-rebounds bil-Maltin jidhru maħsuda. It-tim Malti jilgħab il-partita għat-tielet post għada fit-3.00pm kontra l-KosovoIkkummenta //= $special ?> See original Article on netnews.com.mt

Read More

Il-Kosovo rebħu t-tieni midalji Olimpika meta fil-finali tal-48 kg tan-nisa kisbu d-deheb permezz tal-atleta Distria Krasniqi meta għelbet lil Funa Tonaki. Krasniqi rnexxielha tirbaħ id-dwell fl-aħħar 20 sekonda tal-partita.Minkejja li Krasninqi hija s-seed numru wieħed xorta sabitha diffiċli kontra Tonaki li kienet fl-aqwa forma tagħha. Il-midalji tal-bronż nterbħu minn Urantsetseg Munkhbat tal-Mongolja u minn Costa Catarina tal-Portugall.Ikkummenta //= $special ?> See original Article on netnews.com.mt

Read More

Team GB kwalifika għall-kwartifinali fil-futbol tan-nisa meta ksibu rebħa minima ta’ 1-0 fuq il-Ġappun. Il-gowl deċiżiv għall-Brittaniċi wasal fl-74 minuta permezz ta’ Ellen White li skorjat it-tielet gowl f’żewġ partiti.F’partita oħra l-Istati Uniti rkupraw mit-telfa fl-ewwel partita u għelbu lil New Zealand 6-1. F’partita oħra l-Olanda kisbu draw ta’ 3-3 kontra l-Brażil filwaqt li ċ-Ċina u z-Zambia temmew fi draw ta’ 4-4.Riżulati: Ċile v Kanada 1-2, Ġappun v Gran Brittanja 0-1, Ċina v Zambia 4-4, Olanda v Brażil 3-3, Żvezja v Awstralja 4-2, New Zealand v USA 1-6Ikkummenta //= $special ?> See original Article on netnews.com.mt

Read More