Author: Josianne Vella

Miguela XuerebRaġel ta’ 46 sena li seraq statwa ta’ Johnnie Walker mill-Belt, wassal biex jiġi identifikat li kien l-istess persuna li baqa’ dieħel ġo żewġ karozzi pparkjati u seraq xi oġġetti tal-elettronika u għodda tal-kostruzzjoni.Fil-Qorti ħareġ li r-raġel li huwa mill-Belt kien għadu kemm ħareġ mill-ħabs u seraq l-istatwa ta’ Johnnie Walker minn ħanut fi Triq San Pawl il-Belt Valletta. Ġie spjegat li mill-filmati tas-CCTV l-pulizija identifikat lir-raġel u nstab li huwa kien il-persuna li wettaq żewġ serqiet oħra fl-istess ġurnata.Miż-żewġ karozzi r-raġel seraq laptop u xi oġġetti elettroniċi oħra u sander industrijali.Meta ġie arrestat ir-raġel ammetta mal-pulizija u rritorna…

Read More

ArkivjiIl-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li huwa se jkun qiegħed jikkunsidra l-għażliet kollha, inkluża azzjoni legali, biex jipprevjeni li l-PBS jkun maħtuf iżjed mill-Gvern Laburista.Il-PN qal dan b’reazzjoni għad-deċiżjoni li l-PBS ineħħi l-aħbarijiet u l-programmi t’affarijiet kurrenti minn fuq l-istazzjoni prinċipali, TVM. Ġie spjegat li l-aħbarijiet u programmi t’affarijiet kurrenti se jibdew jixxandru fuq TVM2, li se jkun msemmi TVM News.Il-Partit Nazzjonalista saħaq li huwa li qatt ma kien ikkonsultat fuq din il-kwistjoni u jinsab imħasseb dwar dan minħabba li huwa m’għandux fiduċja li t-tmexxija tal-PBS qiegħda taġixxi b’mod ġust u awtonomu.L-istqarrija kompliet li TVM instab ripetutament ħati talli naqas…

Read More

Ritratt: MSPCAL-MSPCA qed tipproponi li l-kuċċiera tal-karozzini taż-żwiemel jingħataw ‘golden handshake’ biex jirrinunzjaw il-liċenzja tagħhom. Althea Galea, Manager għad-Drittijiet tal-Annimali tal-MSPCA spjegat li l-golden handshake hija li l-gvern jintroduċi miżura finanzjarja li tipprovdi lin-nofs is-sewwieqa bl-opportunità li jirrinunzjaw il-liċenzja tagħhom u jibdew xogħol jew negozju ġdid. Ġie spjegat li ma’ Transport Malta bħalissa hemm 110 sewwieqa tal-karrozzini reġistrati u permezz ta’ din il-miżura jibqa’ biss 55.Din il-proposta saret fid-dawl tal-effetti li ħalliet il-pandemija fuq il-kuċċiera taż-żwiemel minħabba n-nuqqas ta’ turiżmu. In-nuqqas totali ta’ turiżmu rriżulta f’waqfa sħiħa għal dan in-negozju. Minkejja li s-settur tat-turiżmu reġa’ nfetaħ madankollu ġie osservat nuqqas…

Read More

Miguela XuerebRead in English.Il-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija fl-Università ta’ Malta u l-Għaqda tal-Istudenti tal-Mediċina ta’ Malta ħarġu stqarrija biex itennu l-pożizzjoni tagħhom li huma favur it-tilqima tal-Covid-19.Huma ddiżassoċċjaw ruħhom mill-opinjoni ta’ xi studenti tal-mediċina li esprimew l-opinjoni taħghom li huma kontra t-tilqima tal-Covid-19. Il-fakultà u l-għaqda insistew li t-tilqim kontra l-Covid-19 huma siguri u huma kruċjali għal ġlieda kontra din il-pandemija.Dan seħħ wara li mijiet ta’ nies, li huma xettiċi jew kontra t-tilqima, is-Sibt li għadda nġabru fil-Belt Valletta biex jipprotestaw kontra r-restrizzjonijiet ta’ Covid-19. Dawk li kienu qed jipprotestaw ħafna minnhom ma libsux il-maskri u talbu t-tmiem tar-regoli marbutin…

Read More

Ritratt: Miguela XuerebIl-UĦM Voice of the Workers appellat biex kull post tax-xogħol iżomm mal-linji gwida tal-Awtorità tas-Saħħa Pubblika u mhux kulħadd jagħmel ir-regoli tiegħu għax dan qed joħloq konfużjoni.Il-UĦM Voice of the Workers fi stqarrija spjegat li qiegħda tirċievi diversi ilmenti minn ħaddiema minħabba proċeduri rigward miżuri tal-Covid-19 fejn kull post tax-xogħol qed jieħu l-inizjattiva li joħroġ ir-regoli tiegħu.Huma spjegaw li dan qiegħed iġib konfuzjoni sħiħa fil-postijiet tax-xogħol l-pajjiż minflok qed jadotta strateġija waħda, ’qed iġib ruħu daqslikieku huma xi Mini-Awtorità tas-Saħħa Pubblika’.Il-Union kompliet li huma dejjem ħeġġew lill-ħaddiema biex ikunu konformi mal-policies u proċeduri li joħorġu mill-Awtoritajiet ta’ Saħħa…

Read More

FacebookTħabbret il-mewt ta’ Fr Nicholas Cachia fl-età ta’ 59 sena. Huwa kien ilu jgħix fi Florida, l-Amerka għal dawn l-aħħar 6 snin.Fr Nicholas twieled fit-22 ta’ Novembru 1961, fis-Siġġiewi.B’reazzjoni għal din l-aħbar l-Arċisqof ta’ Malta, Charles Scicluna ddeskriva lil Fr Nicholas bħala persuna ddedikata u qassis ġeneruż.Fl-1980, Fr Nicholas beda l-istudji tiegħu biex isir qassis fis-Seminarju tal-Virtù fejn dam sal-1988 meta mbgħad f’Ruma, beda l-Liċenzjat fit-Teoloġija Bibblika u d-Dottorat fit-Teoloġija Spiritwali u gradwa fl-1995.Bejn l-1994 u s-sena 2000 huwa kien id-direttur spiritwali tas-Seminarju Maġġuri f’Malta. Kien ukoll il-president tal-Kummissjoni Formazzjoni Spritiwali fi ħdan is-Segretarjat għall-Kleru fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta.Fr…

Read More

Ritratt: DOI – Pierre SammutFl-Imqabba ġew installati tliet magni tal-gym li se jibbenefikaw minnhom b’mod partikolari t-tfal u l-ġenituri tagħhom.Dawn il-magni jinsabu f’parti mill-Ġnien Tfal ir-Raħal u saru b’investiment ta’ €25,000 mill-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji, bis-sehem ta’ SportMalta u tal-Kunsill Lokali tal-Imqabba. Apparti dawn il-magni sar ukoll xogħlijiet ta’ tisbieħ madwar il-ġnien kollu.Il-Ministru Julia Farrugia Portelli u s-Segretarju Parlamentari Clifton Grima żaru din il-faċilità u esprimew sodisfazzjon għall-mod kif SportMalta qed tidentifika spazji miftuħin f’diversi lokalitajiet li jkunu jistgħu jinbidlu f’faċilitajiet fil-miftuħ għall-eżerċizzju fiżiku.Il-Ministru Farrugia Portelli qalet li permezz ta’ dan…

Read More

Ritratt: Ryutaro Tsukata – PexelsRead in English.Il-Malta Women’s Lobby stiednet lill-Gvern biex jibda diskussjonijiet kemm jista’ jkun malajr dwar id-direttiva għall-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja, bl-involviment tal-NGOs ikkonċernati.Din id-direttiva se tiggarantixxi 10 ijiem leave tal-paternità mħallas, tiżgura li tnejn minn erba’ xhur leave tal-ġenituri ma jkunux trasferibbli bejn il-ġenituri, tintroduċi 5 ijiem ta’ leave għall-persuni li jipprovdu appoġġ jew kura lill-omm u t-tarbija, kif ukoll testendi d-dritt li titlob arranġamenti aktar flessibbli fuq ix-xogħol.Fi stqarrija, l-Malta Women’s Lobby spjegat li ġie approvat ukoll proġett pilota fir-rigward tal-estensjoni tal-ħinijiet tal-kura tat-tfal kif ukoll il-policy ta’ remote working għas-servizz pubbliku. Il-Lobby kompla…

Read More

Ritratt: Miguela XuerebRead in English.Raġel ta’ 49 sena minn Birżebbuġa ngħata t-tieni ċans wara li huwa għeleb il-vizzju tad-droga.Ir-raġel, li kien akkużat b’serq, li kien qed iġorr arma tan-nar mingħajr liċenzja u li kien reċediv, fost akkużi oħra, ma ngħatax sentenza ta’ ħabs wara li l-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ikkonvertiet din il-piena fi probation.Fil-Qorti ħareġ li r-raġel daħal fi grocer f’Santa Venera u għażel xi oġġetti li kienu jiswew madwar €6. Attard kien qal lil tal-ħanut li ma kellux biżżejjed flus u offra lil sid il-ħanut sess mal-mara li qal li kienet il-martu. Sid il-ħanut irrifjuta u qalilhom biex jitilqu…

Read More

Raġel ta’ nazzjonalità Indjana ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li xerred filmat ta’ natura sesswali tal-eks sieħba tiegħu.Fil-Qorti, ħareġ li r-raġel għamel diversi tentattivi biex ikellem lit-tfajla fosthom permezz tal-mowbajl u emails. Min-naħa tagħha l-mara blokkat in-numru tiegħu u ma rrisponditx l-emails.Ġie spjegat li l-mara bidlet l-indirizz iżda r-raġel segwiha u sar jaf fejn toqgħod. Il-mara qalet li x-xahar li għadda ġew wiċċ imb’wiċċ u sofriet xi ġrieħi ħfief.Il-prosekuzzjoni spjegat li wara dak l-inċident ir-raġel baqa’ jagħti fastidju lill-mara permezz tal-emails. Huwa heddida li kien se jxerred filmat sesswali tagħha li dak iż-żmien ittieħed bil-kunsens tagħha iżda…

Read More