Author: Josita Dalli

Ritratt: Maltese Olympic CommitteeL-għawwiema Sasha Gatt ta’ 16-il sena spiċċat fit-tielet post b’16-il minuta u 57 sekonda fil-1500m freestyle.Gatt spiċċat fit-tielet u l-aħħar post fil-heat numru 1 tal-1500 metru freestyle, hekk kif iż-żewġ għawwiema l-oħra, Katrina Bellio tal-Kanada u Arianna Valloni ta’ San Marino spiċċaw l-ewwel b’16 il-minuta u 24 sekonda u t-tieni b’16-il minuta u 54 sekonda rispettivament.Il-heats saru fit-Tokyo Aquatics Centre, b’Gatt bi prestazzjoni konsisteni, iżda li mhux se twassala biex tikkompetti fil-finali tal-1,500 metru li se ssir l-Erbgħa.It-tellieqa tal-għawm tal-1500 metru freestyle żdiedet fl-Olimpijadi għall-ewwel darba din is-sena u rat biss tliet għawwiema jikkompetu fil-heat.Din kienet it-tieni…

Read More

Ritratt: Miguela XuerebRead in English.L-inkjesta pubblika konkluża ftit ilu dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia fl-2017 hi opportunità għall-pajjiż biex jimplimenta bidliet effettivi u fit-tul.Dan qalitu l-Fondazzjoni mwaqqfa b’tifkira tal-ġurnalista.Fi stqarrija li ħarġet illum, il-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia qalet li Malta trid titgħallem lezzjoni min-nuqqas tagħha li tipprevjeni l-assassinju tal-ġurnalista.Aktar kmieni dan ix-xahar, il-Bord tal-inkjesta pubblika, inkarigat li jinvestiga jekk l-Istat għamilx biżżejjed biex jipprevjeni l-qtil tal-ġurnalista qal li kkonkluda xogħolu u li se jkun qed jippreżenta l-konklużjonijiet tiegħu lill-Prim Ministru Robert Abela u lill-Avukat tal-Istat.“Nisperaw li, bħala riżultat tal-inkjesta pubblika, Malta titgħallem lezzjoni min-nuqqas tagħha li tipprevjeni l-qtil ta’…

Read More

Ritratt: Vigili del Fuoco TwitterĦaddiema tat-tifi tan-nar qed jaħdmu biex iwaqqfu nirien kbar li nfirxu fil-Lbiċ ta’ Sardinja.Il-midja internazzjonali qed tirrapporta li nqerdet parti kbira minn foresta u li kellhom ikunu evakwati madwar 1,500 persuna minn djarhom.In-nirien bdew is-Sibt fil-provinċa ta’ Oristano, bl-Unjoni Ewropea bagħtet erba’ ajruplani tat-tifi tan-nar biex jappoġġjaw lil 11-il ajruplan li qed jaħdmu biex jitfu n-nar viċin 13-il belt differenti.L-isforzi qed ikunu mtellfa minħabba riħ qawwi u sħun ħafna.Il-gazzetti f’Sardinja ddeskrivew in-nirien bħala ‘apokalittiku’.Hemm ukoll il-biża li n-nirien se jkomplu jinxterdu, b’aktar minn 7,000 ħaddiema tat-tifi tan-nar u voluntiera jaħdmu biex jitfu n-nirien mill-aktar fis.“In-nirien qed…

Read More

Ritratt: Miguela XuerebRead in English.Tliet kumpaniji li joperaw il-Bolt talbu lil Debono Group, li fetaħ każ kummerċjali kontra l-Bolt, biex jirtira d-dikjarazzjonijiet tiegħu jew inkella se jiffaċċja azzjoni fil-qorti. It-tliet kumpaniji qalu li Debono Group ‘kien jaf sew’ li huma f’pożizzjoni li jħallsu d-dejn tagħhom.BLT Food Malta Ltd, BLT Operations Ltd u BLT Malta Ltd ippreżentaw ittra ġudizzjarja wara rapport li kien jinkludi pretensjonijiet li l-kumpanija hija legalment insolventi.Il-Ħadd, il-MaltaToday irrappurtat li Debono Group kien mar il-Qorti biex jipprova jiġbor il-flus li kien sellef biex jibdew l-operazzjonijiet f’Malta.Il-Grupp qal li sentejn ilu investa ftit aktar minn €2 miljun. Hu mifhum li…

Read More

Ritratt: Forzi Armati ta’ Malta FBIt-taħriġ għall-Korpi Dixxiplinati se jiġi akkreditat f’livell, hekk kif l-Akkademja għall-Korpi Dixxiplinati issa hi akkreditata biex toffri programmi ta’ Livell MQF 4.Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet, it-Tnejn, bil-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Byron Camilleri jispjega kif dan ifisser li it-taħriġ li jingħata lill-istudenti se jkun wieħed akkreditat, ta’ livell għoli u rikonoxxut minn istituzzjonijiet edukattivi barranin. Il-Ministru qal ukoll kif it-taħriġ mogħti lill-membri kollha se jkun wieħed organizzat aħjar kif ukoll kontinwu waqt il-karriera u li dan il-pass se jwassal biex l-istudenti kollha li jattendu l-Akkademja se jgawdu mill-benefiċċju ta’ taħriġ validu biċ-ċertifikati jistgħu jiġu…

Read More

Ritratt: Tal-Ħwawar FBNegozji żgħar u grocers se jkunu jistgħu inaqqsu l-konsum tal-ilma u l-enerġija u l-kontijiet f’inizjattiva ġdida li se twettaq awditjar biex il-ħwienet jifhmu aħjar kif qed jużaw is-sorsi ta’ enerġija u ilma tagħhom u kif jistgħu jagħmlu użu aħjar minnhom.L-inizjattiva, bl-isem MERCA, tħabbret f’konferenza tal-aħbarijiet fil-bini tal-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma, hekk kif se jkunu l-uffiċjali ta’ din l-Aġenzija li se jagħtu l-pariri lis-sidien tal-ħwienet dwar il-konsum tagħhom tal-ilma u l-enerġija.In-negozji eliġibbli għal din l-iskema inizjalment se jkunu dawk li jaqgħu taħt il-lista Ewropea NACE (G), li jiddependu b’mod speċjali fuq tagħmir li jkessaħ bħal fridges u freezers –…

Read More

Ritratt: Facebook – The Malta Police ForceRead in English.Fl-aħħar ġimgħa, inħarġu 162 multa b’rabta mar-regoli tal-Covid-19, 66 multa aktar mill-ġimgħa li għaddiet.Fuq post fuq Facebook, il-Pulizija tat rendikont qasir tal-punti ewelenin li ġraw il-ġimgħa l-oħra.Il-multi ħarġu minn uffiċjali tal-pulizija f’distretti u sezzjonijiet differenti fil-Korp tal-Pulizija.Ixxerja din l-istorjaL-Artiklu ta’ QabelRowen Muscat jingħaqad ma’ tim tal-futbol f’Dubaj See original Article on newsbook.com.mt

Read More

Ritratt: Direttorat għas-Saħħa AmbjentaliId-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed jinforma lill-pubbliku li l-Bio Cracker Sesame and Rosemary tad-ditta Crich u l-Cracker Semintegrali Sesamo e Rosmarino tad-ditta Ecor m’għandhomx jiġu kkunsmati minħabba l-possibbiltà li l-ġulġlien li ntuża fil-prodott huwa kkontaminat bil-pestiċida ethlyene oxide.Fi stqarrija li ħarġet it-Tnejn, id-Direttorat avża li f’dawn l-aħħar xhur instab li l-kimika ethylene oxide setgħet kienet qed tintuża biex tikkontrolla xi mikrobi fil-ġulġlien esportat mill-Indja u li madankollu, l-użu ta’ ethylene oxide mhux approvat.Il-prodotti huma l-Bio Cracker Sesame and Rosemary tad-ditta Crich b’piż ta’ 250g, b’dati tad-durabbilità 30/11/2021, Lott 5920 u 6130 u l-Cracker Semintegrali Sesamo e Rosmarino tad-ditta Ecor, b’piż ta’…

Read More

Partit NazzjonalistaRead in English.It-Tnejn, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li ‘il-gżira tal-Blockchain’ setgħet saret realtà, filwaqt li nnota li l-Gvern minflok biddilha f’diżastru ieħor.Grech ikkritika lill-Gvern fuq il-midja soċjali wara li rapport mit-Times of Malta żvela li l-Malta Community Chest Fund telgħet il-Qorti fi sforz biex tinforza donazzjonijiet ta’ cryptocurrency f’valur minn ftit mijiet għal €7 miljun.Fuq Facebook, Grech sejjaħ il-każ bħala eżempju ieħor ta’ “inkompetenza xokkanti ta’ dan il-gvern immexxi mill-propaganda”, u qal li din id-darba pazjenti bil-kanċer tħallew b’ammont ta’ flus anqas għall-kura tagħhom.It-Times of Malta rrappurtat li l-pledges saru fit-telethon annwali tal-Istrina fl-2018. Il-Blockchain Charity Foundation imwaqqfa…

Read More

Ritratt: Awtorità tal-IppjanarIl-PA qalet fi stqarrija li fl-aħħar ġimgħat tneħħew numru ta’ żviluppi illegali li saru barra miż-żona tal-iżvilupp, l-ODZ f’Malta u f’Għawdex.Is-siti kienu jinkludu, fost oħrajn, maħżen għad-dgħajjes u t-trakkijiet, postijiet biex ikunu skrepjati l-karozzi u siti bi kmamar li nbnew mingħajr permess.F’Malta s-siti fuq ODZ kienu fi:Triq il-Wardija, f’San Pawl il-Baħar;Sqaq taċ-Ċawla, fil-limiti tar-Rabat, Malta;Triq il-Ġarġir, fil-limiti tar-Rabat, Malta;Triq ix-Xgħajra/Triq Agatha Barbara, f’Ħaż-Żabbar. F’Għawdex, sit li jintuża għall-agrikoltura fi Triq Borġ Għarib, f’Għajnsielem kien qed jintuża b’mod illegali biex jipparkjaw vetturi kummerċjali u issa tneħħew kollha, qalet il-PA.Fl-istqarrija, il-PA qalet ukoll li numru ta’ kmamar u strutturi li…

Read More