Author: Jurgen Xerri

Is-sitwazzjoni fil-ħabs tibqa’ waħda li għadha qed tqanqal ħafna mistoqsjijet.L-aktar mewta riċenti ta’ priġuniera… dik ta’ mara żagħżugħa ta’ 29 sena li kellha l-vizzju tad-droga… reġgħet qanqlet diskussjoni dwar il-mod kif qed titmexxa din il-faċilità… u dwar it-trattament tal-ħabsin.. l-aktar dawk bi problemi ta’ droga.Il-preżentatur u opinjonista Peppi Azzopardi waqt il-programm Net Live irrefera għal din l-aħħar mewta.“META TRESQET IL-QORTI IL–MAĠISTRAT ĦARES LEJN DIN IT-TFAJLA U QAL DIN IRRID INSALVAHA… IL-QORTI STQARRET LI DIN IT-TFAJLA GĦANDHA JKOLLHA KULL GĦAJNUNA BIEX TNAQQAS ID-DIPENDENZA TAGĦHA FUQ ID-DROGA U RRAKKOMANDAT LID-DIRETTUR TAL-ĦABS SABIEX IQIS SEWWA KULL TALBA GĦALL-GĦAJNUNA LI SSIRLU F’DAN IR-RIGWARD. QED…

Read More

Jekk tul ix-xahar ta’ Ġunju ħassejt sħana aktar minn normal… kun af li din mhux perċezzjoni.Filfatt l-aħħar jum ta’ Ġunju ra l-merkurju jimmarka sa 41.5 gradi celsius…. l-ogħla jum ta’ Ġunju sa milll-1923.Informazzjoni li ħarġet mill-Uffiċju Meteroloġiku tgħid li Ġunju ta’ din is-sena kellu inqas xemx mill-medja… b’total ta’ 294 siegħa ta’ xemx tiġi rreġistrat tul it-30 jum.It-temperaturi għolew sew lejn l-aħħar għaxart ijiem tax-xahara meta arja sħuna minn fuq id-deżert Sahara inqabdet b’sistema ta’ pressjoni għolja fuq iċ-ċentru tal-Mediterran. Dan wassal biex it-temperaturi sparaw il fuq u għal xi jiem pajjiżna esperjenza mewġa ta’ sħana qawwija.Sabiex itaffu xi ftit…

Read More

“Xogħol il-poplu Malti hu u li jkun magħkom u jgħinkom”. Dan kien il-qofol tal-messġġ li wassal l-Arċisqof Charles Scicluna, waqt quddies li kienet iċċelebrata fil-jum iddedikat lill-pulizija.L-Arċisqof tkellem dwar l-importanza li kull min iservi jew jinforza l-liġi, m’għandux, fil-proċess jitlef l-umanita tiegħu.Charles Scicluna kompla jgħid li l-pulizija huma l-ewwel tarka għal liġi ta’ pajjiżna, u jħossu ferm iddispjeċut meta jisma li l-pulizija mhumiex qiegħdin jiġu trattati sew mill-publiku fejn ta’ sikeiry jisfaw fil-mira ta’ attakki fil-proċess li jinfurzaw il-liġi.L-Arċisqof stqarr li filwaqt li x-xogħol tal-pulizija huwa wieħed perikoluż, huwa ferm importanti li l-pulizija “mingħajr ma jħarsu lejn l-uċuħ, jiżguraw is-saltna…

Read More

It-traduzzjoni eċċellenti u b’tant rikkezza tad-Divina Commedia tkompli tagħmel unur għal-lingwa Maltija bil-kapaċita eċċellenti tal-kittieba Maltin.Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta t-Tnejn filgħodu ġie ppreżentat b’kopja tad-Divina Commedia bil-Malti li kienet tradotta minn Alfred Palma.L-awtur qal li jispera li bis-saħħa ta’ dan il-ktieb tkompli titjieb il-kultura Maltija. Huwa żied jgħid li l-ħidma fuq dan il-ktieb damet għaddejja għal madwar 20 sena, u hija l-ewwel edizzjoni Maltija li fil-kontenut tagħha għanda d-Divina Commedia ta’ Dante Alighieri kompluta.Preżenti għal din il-preżentazzjoni kien hemm Louis Galea, Richard Muscat u Joe Mizzi.Ikkummenta //= $special ?> See original Article on netnews.com.mt

Read More

Sitt persuni weġġgħu u diversi binijiet ġew evakwati wara li nar ħakem in-nofsinhar ta’ Londra. Madwar 100 pumpier ġew imsejħa fuq il-post biex jikkontrollaw in-nar, li seħħ għall-ħabta tas-1:45pm ħdejn l-istazzjonijiet tal-ferrovija Castle u Elephant.Waqt l-inċident b’kollox ġew itrattati madwar sitt persuni li kellhom ġrieħi ħfief. Sakemm ġie ikkontrollat in-nar dan laħaq ikkaġuna diversi ħsarat, speċjalment fuq madwar sitt karozzi u telephone box li kienu fl-akwati.Investigazzjonijiet preliminari qegħdin jindikaw li n-nar beda f’garaxxijiet li kienu viċin l-istazzjonijiet tal-ferrovija. Il-pulizija Brittaniċi għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom.Ikkummenta //= $special ?> See original Article on netnews.com.mt

Read More

Sitt persuni weġġgħu u diversi binijiet ġew evakwati wara li nar ħakem in-nofsinhar ta’ Londra. Madwar 100 pumpier ġew imsejħa fuq il-post biex jikkontrollaw in-nar, li seħħ għall-ħabta tas-1:45pm ħdejn l-istazzjonijiet tal-ferrovija Castle u Elephant.Waqt l-inċident b’kollox ġew itrattati madwar sitt persuni li kellhom ġrieħi ħfief. Sakemm ġie ikkontrollat in-nar dan laħaq ikkaġuna diversi ħsarat, speċjalment fuq madwar sitt karozzi u telephone box li kienu fl-akwati.Investigazzjonijiet preliminari qegħdin jindikaw li n-nar beda f’garaxxijiet li kienu viċin l-istazzjonijiet tal-ferrovija. Il-pulizija Brittaniċi għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom.Ikkummenta //= $special ?> See original Article on netnews.com.mt

Read More

Diversi turisti Brittaniċi se jkollhom jistennew biex jieħdu vaganza fil-Belġju, hekk kif il-Gvern Belġjan iddeċieda li jpoġġi lir-Renju Unit fuq il-lista bit-titlu ‘inkwetanti ħafna’. Dan seħħ wara li diversi rapporti mir-Renju Unit qegħdin jimmarkaw li l-varjant Indjan imsejjaħ Delta qed jinfirex bla kontroll madwar ir-Renju Unit.Dan ifisser li t-turisti u ċittadini Belġjani li ġejjin lura mir-Renju Unit se jkollom joqgħodu ġimagħtejn kwarantina, filwaqt li dawk li m’għandhomx ċittadinanza Belġjana mhux se jitħallew jidħlu fil-Belġju mir-Renju Unit.Il-Ministru Belġjan tas-Saħħa Frank Vandenbroucke iddikjara “li din ma kinitx deċiżjoni faċli”, madankollu hu qal li hi r-responsabilità tagħhom li jipproteġu lill-poplu Belġjan mill-varjant li…

Read More