Author: Keane Cutajar

F’Jannar tal-2020 kienu ġew żvelati stejjer ta’ ħbiberija mill-qrib bejn d-Deputat Kummissarju tal-Pulizija, Silvio Valletta u l-allegat kompliċi fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech. Kien hawnhekk fejn il-mara ta’ Silvio Valletta, il-Ministru Justyne Caruana, irriżenjat mill-kariga tagħha fil-Kabinett ta’ Robert Abela.Caruana għamlet dan anke jekk din il-kwistjoni ta’ ħbiberija kienet bejn ir-raġel tagħha u Yorgen Fenech, ħbiberija li hija ma kinetx direttament involuta fiha, iżda xorta irriżenjat.Madanakollu, meta qed joħorġu aħbarijiet u chats bejn il-Ministru Edward Zammit Lewis u s-sid ta’ 17 Black Yorgen Fenech, Zammit Lewis qed jagħżel li jibqa’ fil-kariga. Bil-Prim Ministru jibqa’ jkaxxkar saqajh u ma…

Read More

Reazzjonijiet pożittivi għall-proposti tal-Partit Nazzjonalista għal Għawdex –  viżjoni b’għan ċar; dak li l-aċċess bejn Malta u Għawdex ma jibqax sfida ta’ kuljum għall-ħajja tal-Għawdxin.Dwar dawn il-proposti kellimna ma’ Joe Muscat il-Kap Eżekuttiv tal-Assocjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu li spjega liem kienu dawk il-proposti li l-iktar laqtuh filwaqt li saħaq li bħala assoċjazzjoni ilhom jipprovaw biex dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ. Tkellimna wkoll ma’ Daniel Borg, Kap Eżekuttiv tal-Gozo Business Chamber li wkoll spjega x’jaħsen dwar il-proposti tal-Partit Nazzjonalista.F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Kelliem għal Għawdex Chris Said, mid-Deputat Joe Ellis u mill-kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali Alex Borg, it-Tnejn il-PN nieda aktar proposti frott id-diskussjoni fil-Cluster…

Read More

Affaċjat bid-domandi ta’ Net News, dalgħodu barra l-Ministeru tal-Ġustizzja, il-Ministru Edward Zammit Lewis ikkonferma li l-Prim Ministru Robert Abela ma talbux biex jirriżenja.Zammit Lewis ikkonferma li jitkellem b’mod regolari ma’ Robert Abela u għandhom relazzjoni tajba. Dan filwaqt li kkonferma wkoll ir-relazzjoni tiegħu mal-allegat kompliċi fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.Il-Ministru tal-Ġustizzja saħaq li hu dejjem wettaq xogħlu b’integrità u li hekk se jkompli jagħmel.Il-mistoqsijiet tagħna lill-Ministru waslu wara li l-ġurnal The Sunday Times żvelat li Edward Zammit Lewis kien qed jikkonfoffa ma’ Yorgen Fenech waqt li kien qed jagħmel kampanja kontra l-ġustizzja.Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kiteb lill-Ispeaker sabiex ilaqqa’ l-Parlament…

Read More

8 snin ta’ Gvern Laburista – 8 snin ta’ skandlu wara l-ieħor – wieħed minnhom, l-iskandlu tal-Electrogas, li ma għen xejn ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna. Fil-qalbha ta’ dan il-proġett, l-allegat kompliċi fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech, flimkien ma’ persuni oħra tan-negozju, kif ukoll il-Gvern Laburista. Dan l-iskandlu jissemma’ wkoll fir-rapport konklussiv tal-Inkjesta Pubblika fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.Il-Bord tal-Inkjesta saħaq li “hemm livell ieħor ta’ kriminalità organizzata li jinvolvi persuni li mhumiex professjonalment kriminali.. fin-negozju, fl-amministrazzjoni pubblika u fil-politika.. li jiddeċiedu li jaġixxu flimkien biex jakkwistaw gwadann b’mod illeċitu jew illegali. Hekk jistgħu jikkwalifikaw jekk provati, l-allegazzjonijiet li saru…

Read More

“Responsabbilita’ tal-Entitajiet tal-iStat” – hekk tgħid il-konklużjoni tal-Inkjesta Pubblika fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Iżda, f’intervista fuq l-istazzjon tar-radju Laburista, Robert Abela deher biċ-ċar li injora din il-parti konklussiva tar-rapport għaliex qal “ir-rapport tal-inkjesta jsemmi b’mod tajjeb il-ħidma tal-istituzzjonijiet”Robert Abela uża l-intervista tal-Ħadd biex jipprova jqarraq jew inessi dak li verament ħareġ mill-Inkjesta. Filfatt, il-konklużjoni tgħid li “l-iStat għandu jerfa’ r-responsabbilita’ għall-assassinju billi kkrea atmosfera ta’ impunita’, ġenerata mill-għola livelli fil-qalba tal-amministrazzjoni f’Kastilja u bħal qarnita infirxet għal entitajiet oħra bħal istituzzjonijiet regolatorji u l-Pulizija li wassal għall-kollass tas-saltna tad-dritt.” Totalment il-kontra ta’ dak li qal il-Prim Ministru fuq One…

Read More

Whitney Bartolo u Jehan Nicolosi li għandhom 10 snin rebħu l-ewwel edizzjoni tal-konkors ‘Miss Fashionista’ li sar fi Sqallija. Il-mudelli ta’ ‘Vipaj Academy’ f’Malta, kisbu dan l-unur minn fost 35 tifel u tifla li kkontestaw matul is-serata finali.Suċċess ukoll għal Miriana Tonna li għandha 14-il sena hekk kif rebħet ‘Miss Principessa D’europa Finalist a Nazionale’. Dan ir-riżultat ifisser li ż-żagħżugħa kisbet post fil-finali internazzionali li se ssir f’Riccione f’Settembru li ġej fejn ser tkun qed tikkompeti ma’ 50 mudella minn madwar l-Ewropa.Fatt interessanti hu li waqt dan il-konkors, f’mument minnhom, il-ġurija qalu li l-mudelli Taljani għandhom jiġu Malta biex jitgħallmu…

Read More

“Jekk nemmnu f’xulxin nistgħu nibdlu lil pajjiżna” – Kien dan il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tan-nies f’Tas-Sliema.Fil-messaġġ tiegħu, Bernard Grec irringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi li kuljum qed jifhem li dan il-pajjiż għandu bżonn bidla. “Għalhekk qegħdin hawn qalb in-nies, għax f’qalb in-nies, il-messaġġ tagħna jkompli jasal.” il-Kap tal-PN stqarr li anke jekk hemm minn qed jipprova jikkontrolla kollox, “għamlu kuraġġ, dan huwa żmien li flimkien nistgħu nibdlu lil pajjiżna, l-ewwel nemnu, imbgħad naħdmu u nirnexxu lkoll flimkien.”Ikkummenta //= $special ?> See original Article on netnews.com.mt

Read More

Il-Gvern ċaħad id-dritt tas-soċjetà ċivili milli tkun preżenti fl-istrangers galleryB’Rosianne Cutajar warajh, il-Prim Ministru Robert Abela fil-Parlament baqa’ ma ċaħadx lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat. Dan seħħ il-Ġimgħa filgħodu fil-Kamra tar-Rappreżentanti meta Abela qatta’ kwazi nofs siegħa sħiħa jipprova jikkonvinċi li l-affarijiet qed jinbidlu – meta fir-realtà, għadu ma kellux il-kuraġġ jiċħad lil Muscat. L-uniku ħaġa li l-Gvern ċaħad kien id-dritt tas-soċjetà ċivili milli tkun preżenti fl-istrangers gallery biex issegwi d-dibattitu Parlamentari dwar l-Inkjesta Pubblika.Kien il-whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar li ressaq din it-talba f’isem is-soċjetà ċivli, iżda n-naħa tal-Gvern irreżistiet din it-talba u ma tatx permess li jkun hemm preżenti…

Read More

B’Rosianne Cutajar warajh, il-Prim Ministru Robert Abela fil-Parlament baqa’ ma ċaħadx lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat. Dan seħħ il-Ġimgħa filgħodu fil-Kamra tar-Rappreżentanti meta Abela qatta’ kwazi nofs siegħa sħiħa jipprova jikkonvinċi li l-affarijiet qed jinbidlu – meta fir-realtà, għadu ma kellux il-kuraġġ jiċħad lil Muscat.L-uniku haġa li l-Gvern caħad kien id-dritt tas-soċjetà ċivili milli tkun preżenti fl-istrangers gallery biex issegwi d-dibattitu Parlamentari dwar l-Inkjesta Pubblika.Kien il-whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar li ressaq din it-talba f’isem is-soċjetà ċivli, iżda n-naħa tal-Gvern irreżistiet din it-talba u ma tatx permess li jkun hemm preżenti nies fl-istrangers gallery. Waqt din iċ-ċaħda min-naħa tal-Gvern, kien hemm…

Read More

“Billi jibqa’ jittratta lill-attivisti bħala kriminali, qiegħed ikompli juri li ma tgħallem xejn” – Il-Kap tal-PN“Il-Gvern għandu jieqaf juża l-pandemija tal-COVID-19 bħala skuża biex jibqa’ jġib ruħu bħal reġim dittatorjali.” – Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’reazzjoni għal dak li ġara barra l-bini tal-Parlament aktar kmieni llum meta membri tal-pubbliku ma tħallewx jidħlu fil-Parlament.Il-Kap tal-PN saħaq li “mhux talli ma jistax jibqa’ jżomm lin-nies milli jkollhom aċċess għall-Istrangers Gallery tal-Parlament (ladarba ħafna mir-restrizzjonijiet tal-COVID tneħħew f’ħafna oqsma oħra) iżda wkoll din għandha tibda tissejjaħ People’s Gallery.”F’post fuq Facebook, Bernard Grech qal li “il-Gvern u l-Ispeaker qegħdin f’konfoffa flimkien…

Read More