Author: Kelly Peplow

Ġnien Tfal ir-Raħal fl-Imqabba tinbidel f’faċilità għall-eżerċizzju fiżiku grazzi għal nefqa ta’ ħamsa u għoxrin elf ewro, li minnha se jibbenefikaw b’mod partikolari t-tfal u l-ġenituri tagħhom. Ix-xogħlijiet inkludew tagħmir sportiv kif ukoll tisbiħ mal-ġnien kollu.Il-Ministru għall-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli qalet li li dan il-ġnien se jkun strumentali fiż-żamma ta’ ħajja sana u li kull investiment f’saħħet il-poplu jiswa mitqlu deheb u l-Gvern mhux se jżomm lura milli jibqa’ jagħmel dan.Hija stqarret: “Irridu li fil-qalba tal-irħula, ġonna u spazji jagħtu opportunità għal attività fiżika għat-tfal u mn jgħix f’dawn l-irħula. Il-proġett ta’ €25,000 fl-Imqabba se jagħti dak in-nifs importanti…

Read More

Uffiċjali tal-Pulizija li kienu preżenti waqt l-irvellijiet f’Capitol Hill f’Jannar li għadda xehedu fl-inkjesta li nħatret dwar il-każ, b’wieħed minnhom jammetti li kien anke mbeżża’ li se jitlef ħajtu fuq il-post kif inġemgħet il-folla.Uffiċjal ieħor li nzerta hu ta’ karnaġġjon skur qal ukoll li kien hemm minn għajru minħabba razztu.Aktar minn ħames mitt dimostrant ġew arrestati b’rabta mal-irvellijiet, li ħallew ħames persuni mejta. Dan wassal għat-tneħħija tal-eks President Donald Trump li kien ġie akkużat li xpruna l-irvellijiet. Xi ħaġa li Trump ċaħad kontinwament.Ta’ QabelKampanja biex jiġbru l-iskart mill-baħar See original Article on www.one.com.mt

Read More

Il-President tat-Tuneżija keċċa l-Prim Ministru u waqqaf il-Parlament milli jitlaqqa’ wara protesti vjolenti madwar il-pajjiż kollu l-Ħadd li għadda.Dawn qed isiru minħabba rabja li hemm fil-pajjiż għall-mod kif il-Gvern mexa tul il-pandemija.Il-President Kais Saied qal li issa hu se jieħu t-tmun tal-Gvern, b’diversi ċċelebraw fit-toroq wara li ħabbar dan, u niżel fost il-folla. Avversarji Parlamentari tiegħu qed jakkużawh b’kolp ta’ stat.It-tensjoni bejn il-partijiet kompliet it-Tnejn, b’dimostranti jwaddbu ġebel lejn xulxin.Fit-Tuneżija żdiedet il-frustrazzjoni fost il-membri tal-pubbliku minħabba ż-żieda fil-każijiet pożittivi ta’ COVID-19 fl-aħħar ġimgħat. Ġimgħa ilu l-Ministru għas-Saħħa tal-pajjiż ukoll tkeċċa minħabba f’hekk.Ta’ QabelImmigrant mixli b’pussess aggravat ta’ droga See original…

Read More

Mara suspettata li hija parti mill-Istat Iżlamiku jaf tkun ripatrijata lejn New Zealand mit-Turkija.Il-Prim Ministru tal-pajjiż Jacinda Ardern qalet li d-deċiżjoni ttieħdet wara ħafna ħsieb, iżda jidher li l-mara trabbiet fil-pajjiż u għandha ċittadinanza Awstraljana wkoll.Din itteħditilha sena ilu meta nqabdet tidħol it-Turkija mis-Sirja ma’ wliedha.Il-Prim Ministru Ardern assigurat li l-Gvern ta attenzjoni partikolari biex ma jkun hemm ebda riskju fuq il-pubbliku.Ta’ Qabel‘Pandemija fost dawk mhux imlaqqma’ fl-Istati Uniti See original Article on www.one.com.mt

Read More

L-Istati Uniti qed jimxu fid-direzzjoni l-ħażina fejn tidħol il-pandemija, hekk kif qed jibqgħu jiżdiedu l-infezzjonijiet ta’ COVID-19 fost dawk li ma tlaqqmux. Dan qalu Anthony Fauci, l-aktar espert rinomat fil-pajjiż fejn jidħol il-mard infettiv.Għal din ir-raġuni, l-awtoritajiet Amerikani qed jikkunsidraw jimponu l-użu tal-maskra mill-ġdid, kif ukoll li joffru tilqima oħra lil dawk vulnerabbli.Fauci, li wkoll il-konsulent mediku ewlien tal-President Joe Biden, iddeskriva s-sitwazzjoni attwali fil-pajjiż bħala ‘pandemija fost dawk mhux imlaqqma’.Ta’ QabelUffiċjal Korrettiv iwaqqaf raġel milli jisraq minn vetturi f’Ħal Qormi See original Article on www.one.com.mt

Read More

Se tinħareġ it-tielet skema tal-Gvern biex għaqdiet volontarji jkunu jistgħu jinstallaw sistemi fotovoltajċi fuq il-binijiet tagħhom bla ħlas. S’issa, anke permezz tat-tieni skema ta’ din ix-xorta li kien ħareġ il-Gvern, 22 għaqda gawdew minn investiment ta’ €95,000, u ngħataw total ta’ 24 pannella.L-iskema tfisser ukoll li l-għaqdiet igawdu minn roħs fil-kontijiet tal-enerġija fl-istess ħin li jgħinu biex il-pajjiż igawdi minn enerġija aktar nadifa.F’konferenza tal-aħbarijiet fejn tqassmu l-kuntratti lit-22 għaqda li bbenefikaw mit-tieni sejħa tal-iskema, il-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli qalet li l-Gvern qed iħares lejn il-privat u l-pubbliku biex tingħata spinta ’l quddiem għall-ġenerazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinovabbli.Hija stqarret: “Tant hemm…

Read More

Jekk int imlaqqam kompletament kontra l-COVID-19 u kellek kuntatt ma’ xi ħadd pożittiv, mhux se jkollok bżonn toqgħod f’iżolament għal 14-il jum.Dan hu parti minn pjan tentattiv tal-awtoritajiet tas-saħħa, biex persuni mlaqqma kompletament kontra l-virus ma jintalbux jagħmlu kwarantina ta’ aktar minn ħamest ijiem jekk f’dawk il-jiem jirċievu test negattiv. Dan il-pjan jgħid ukoll li anke wara dawn il-ħamest ijiem, il-persuna tkun trid tagħmel test ieħor kontra l-virus biex ikun żgurat li hija negattiva. Il-pjan xorta għadu jista’ jinbidel skont il-bżonn.F’intervista mal-ġurnal Times of Malta l-Ġimgħa, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega li l-pjan imbagħad jidħol fis-seħħ…

Read More

Jekk sfajt vittma ta’ reat kriminali, sew jekk kien serq minn darek jew minn fuqek fil-pubbliku, jew anke sfajt vittma ta’ xi forma ta’ abbuż anke sesswali, Aġenzija apposta se tiggwidak u tappoġġjak biex tegħleb dak il-kapitlu li donnu staġnalek ħajtek.Il-Victim Support Agency twaqqfet f’April li għadda u għadha qed tespandi anke fir-riżors uman. Brian Farrugia, Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija, spjegalna li s-servizzi kollha jduru mal-bżonnijiet tal-vittma, skont il-każ tagħha.Farrugia fissrilna: “L-Aġenzija hija mwaqqfa biex tifhem lill-vittma. Ħafna vittmi tal-kriminalità jispiċċaw f’sitwazzjoni fejn ma jafux x’se jaqbdu jagħmlu. Aħna qegħdin hawn biex noffru l-appoġġ u l-għajnuna lill-vittmi tal-kriminalità. L-Aġenzija twaqqfet f’April…

Read More

Issa għandek sit elettroniku ieħor minn fejn tista’ tagħmel ix-xiri jew titlob għal xi servizz, grazzi għal inizjattiva mis-settur privat biex titnieda l-pjattaforma okmalta.com.Mark Bugeja, is-sid ta’ okmalta qal li din se twitti triq wiesgħa għall-bejjiegħa u n-negozji lokali, u se tagħti ċans ukoll lil bejjiegħa żgħar jagħmlu l-istess mingħajr ma jkollhom jinvestu fi pjattaforma tagħhom stess. Spjega wkoll li l-bejjiegħa se jkollhom kontroll totali tal-ħwienet tagħhom, u se jkun żgurat li l-ħwienet ikollhom sehem ġust mill-konsumaturi kuljum.Huwa spjega: “Qed niġrbu businesses lokali biex jiftħu ħanut fuqha għall-benefiċċju tal-konsumatur. Inħeġġiġhom biex jibqgħu jużaw okmalta.com, u jibqgħu jixtru minn negozji lokali…

Read More

Il-Kunsilli Lokali tal-Mosta, Ħal Luqa, il-Gżira, Raħal Ġdid, l-Imġarr u Ħaż-Żabbar huma biss uħud minn Kunsilli oħra li ssieħbu fi ftehim mad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni għal servizzi addizzjonali fil-lokalitjiet f’każ ta’ bżonn.F’konferenza tal-aħbarijiet, id-Direttur Ġenerali Ramon Deguara spjegalna li l-Kunsilli Lokali diġà joffru dawn it-tip ta’ servizzi permezz tal-kuntratturi privati, iżda dejjem ikun hemm bżonn dik in-naqra aktar għajnuna.Huwa stqarr: “Nagħtu għajnuna addizzjonali mas-servizzi li joffru huma ta’ kuljum. Dejjem ikollhom bżonn għajnuna addizzjonali. Hemmhekk tidħol id-diviżjoni biex nagħtu l-kontribut aħna wkoll. Tul l-2020 ħdimna miljun u sitt mitt elf ħidma addizzjonali. Tul din is-sena ħdimna mat-tmien mitt elf ewro…

Read More