Author: Kimberley Portelli

Aktar minn tletin fil-mija tat-tfal adoloxxenti bejn it-tnax u l-ħmistax-il sena tlaqqmu kompletament kontra l-Covid-19.Dan skont tagħrif mill-Ministeru għas-Saħħa li ġie ppubblikat fil-gazzetta Maltatoday.Jirriżulta li ftit aktar minn ħamest elef u tminn mitt tifel u tifla ġew mlaqqma bil-vaċċin tal-Pfizer u l-BioNTech, l-uniku vaċċin approvat mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini biex jintuża fuq tilqim għat-tfal.Sittax-il elf u mitejn ruħ li jgħoddu bejn it-tnax u l-ħmistax-il sena rċievew l-istedina biex jitlaqqmu, bi kważi ħdax-il elf minnhom diġà ħadu minn tal-inqas doża waħda tal-vaċċin.Fl-aħħar ta’ Ġunju ġenituri ta’ tfal fil-kategorija tal-età msemmija bdew jirċievu l-istedina biex uliedhom jitlaqqmu u ftit tal-jiem ilu sar magħruf…

Read More

Fil-Qorti kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Yorgen Fenech fejn fost oħrajn xehdet waħda mill-qraba tal-middleman Melvin Theuma, li bħalissa qed jaffaċċja proċeduri kriminali separati.Dan il-fatt kien sors ta’ battibekk bejn il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello u l-avukat tad-difiża Charles Mercieca.Il-Maġistrat qalet li l-persuna ma tistax tixhed quddiem il-Qorti filwaqt li l-Avukat Mercieca sostna li d-difiża ma tistax tkun imċaħda mill-evidenza.Mill-argument ħareġ li x-xhud hija mixlija b’akkużi finanzjarji.Hu mifhum li għenet lil Melvin Theuma bir-recordings tiegħu.Minkejja kollox, ix-xhud xehdet wara li ġew spjegati d-drittijiet tagħha iżda x-xhud irrifjutat li twieġeb għal numru ta’ mistoqsijiet fosthom ir-rabta tagħha mal-każ.Fuq il-pedana tax-xhieda tela’ wkoll…

Read More

Is-santwarju Carers for Stray and Abandoned Felines qed jitlob l-għajnuna tal-pubbliku wara li qattus li ilu residenti fis-santwarju  spiċċa pparalizzat kompletament.Frans ma kellux bidu ta’ ħajja perfetta hekk kif meta kien għadu jitwieled spiċċa f’nofs tat-triq jiġri b’kawża ta’ hekk spiċċa attakkat minn kelb u jiġġieled għal ħajtu.Wara xhur huwa rkupra u minn madwar sena u nofs ilu ‘l hawn Frans baqa’ fis-santwarju jgħix ħajja b’kenn fuq rasu. Iżda ġara li ġimgħa ilu spiċċa rikoverat għand veterinarju hekk kif għal xi raġuni ma setax iqum fuq siequ.Is-santwarju spjega kif kawża ta’ hekk Frans għandu bżonn bosta testijiet u jaf anke…

Read More

Tul is-sena l-oħra, id-Direttorat ta’ Infurzar u Żamma tal-Liġi fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar rċieva tlett elef tliet mija u tlettax-il rapport fuq diversi każijiet b’rabta ma’ żvilupp illegali.Wara li saru l-investigazjonijiet neċessarji, instab li ħamsa u ħamsin fil-mija tal-każijiet, l-Awtorità sabet li kien hemm żvilupp illegali.Minnhom, id-Direttorat ħareġ mija ħamsa u erbgħin avviż ta’ infurzar, filwaqt li ħamsa u erbgħin fil-mija ta’ dawk li kissru l-liġi kkoperaw u neħħew l-illegalitajiet qabel ittieħdet azzjoni meħtieġa.Fi stqarrija, l-Awtorità nnotat kif numru ta’ każijiet dwar żvilupp illegali li sar f’żoni barra mill-iżvilupp f’Malta u f’Għawdex ingħalqu tul dawn l-aħħar ġimgħat.F’Malta kien hemm erba’…

Read More

Il-Haiti talbet biex jintbagħtu għal truppi barranin biex jipproteġu l-pajjiż wara l-assassinazzjoni tal-President Jovenel Moïse.It-talba ntbagħtet mill-Gvern lill-Istati Uniti u n-Nazzjonijiet Magħquda, iżda l-Istati Uniti tenniet li m’għandha ebda pjanijiet li toffri assistenza militari bħalissa.Il-Pulizija tal-Haiti qalet kif grupp ta’ 28 persuna li huma eks suldati barranin, qatlu lill-President l-Erbgħa li għadda. Sostniet li 17-il persuna minnhom ġew arrestati.Ta’ QabelIż-żgħażagħ Maltin tal-waterpolo jispiċċaw mal-aqwa tlettax fl-Ewropa wara li għelbu lil Franza  See original Article on www.one.com.mt

Read More

Il-fundatur ta’ Amazon, Jeff Bezos, se jkun qed ineżża t-titlu tiegħu ta’ Kap Eżekuttiv u jgħaddih lil Andy Jassy.Dan proprju wara aktar minn żewġ diċenji jmexxi l-kumpanija minn evoluzzjoni sħiħa minn bejgħ ta’ kotba għal kumpanija globali ta’ $1.75 triljun.Kien fi Frar li l-kumpanija ħabbret li Bezos se jkun qed jinżel mill-irwol tiegħu għal wieħed eżekuttiv sabiex jiffoka fuq pjanijiet oħra li għandu.Minkejja li se jkun qed jitlaq mill-irwol tiegħu, xorta se jkun qed jinfluwenza d-deċiżjonijiet tal-kumpanija fis-snin li ġejjin, dan hekk kif huwa l-akbar shareholder tal-kumpanija.Ta’ QabelIż-żewġ pazjenti li hemm l-isptar bil-COVID-19 ma ħadux il-vaċċin… 90% tal-infezzjonijiet huma ta’…

Read More

Twaqqgħet il-kumplament tal-binja li kien għad fadal f’Miami wara li parti minnha ġġarrfet ftit tal-jiem ilu.Din id-deċiżjoni ttieħdet hekk kif kien hemm tħassib dwar nuqqas ta’ sigurtà għal dawk li kienu għaddejjin bi tfittxijiet hekk kif mistenni maltemp kbir.Il-binja twaqqgħet permezz ta’ splussiv.Kien fl-24 ta’ Ġunju li parti mill-binja ġġarrfet, fejn s’issa 24 persuna nstabu mejta, filwaqt li 121 għadhom meqjusa neqsin.Ta’ QabelJinġabru aktar minn €500,000 b’risq id-Dar tal-Providenza See original Article on www.one.com.mt

Read More

29 persuna tilfu ħajjithom, 50 huma midruba u u 17-il persuna huma meqjusa neqsin wara li ġġarraf ajruplan militari fil-Filippini.Għexieren ta’ persuni nħarġu mit-tifrik u n-nirien li nħolqu kawża tat-tiġrif, ħajjin.Meta ġġarraf, l-ajruplan kien qed iġorr aktar minn 90 persuna, bil-maġġoranza tagħhom huma truppi.Dawk midruba ttieħdu l-isptar militari li jinsab fil-viċinanzi.Ta’ QabelRaġel jinżamm arrestat wara li affaċċja akkużi ta’ importazzjoni ta’ droga See original Article on www.one.com.mt

Read More

It-tfittxijiet għal persuni li jaf għadhom ħajjin mirduma taħt it-tifrik ta’ binja li ġġarrfet f’Miami, waqfu. Dan hekk kif issa hu mistenni li jkomplu jwaqqgħu l-kumplament tal-binja.Bosta timijiet qed iħejju pjan kif se jwaqqgħu l-kumplament tal-istruttura bl-użu ta’ splussiv.It-twaqqigħ ta’ dak li fadal mill-binja ġie ppjanat wara tħassib fuq is-sigurtà ta’ dawk li jgħixu fiż-żona hekk kif mistenni maltemp kbir.Kien fl-24 ta’ Ġunju li parti mill-binja ġġarrfet fejn s’issa nstabu 24 persuna mejta filwaqt li 121 persuna għadhom meqjusa neqsin.Ta’ QabelIl-Prim Ministru f’kollegament telefoniku fuq ONE Radio fl-10:00am See original Article on www.one.com.mt

Read More

Il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, qed jittama li l-Ingilterra tirritorna lura għan-normalità fid-19 ta’ Lulju.Johnson qal li se jkun qed iħabbar il-passi li jmiss fil-jiem li ġejjin biex l-Ingilterra toħroġ mil-locdown u kif dan se jseħħ.Hu żied jgħid li xorta se jkun hemm prekawzjonijiet meħtieġa u appella għall-paċenzja dwar il-possibiltà li titneħħa l-miżura ta’ gruppi ta’ studenti fl-istess ‘bubble’ fl-iskejjel.Spjega kif it-tilqim b’mod sħiħ se jkun qed iwitti t-triq għal vjaġġar barra l-pajjiż.Ta’ QabelIl-Qorti Amerikana ma tilqax it-talba ta’ Britney Spears See original Article on www.one.com.mt

Read More