Author: Kyle Mifsud

Miexi ġmielu x-xogħol fuq l-akbar proġett ta’ spazju aħdar miftuħ li qatt sar f’pajjiżna. F’konferenza tal-aħbarijiet mill-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali l-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg ta rendikont tax-xogħol li sar sa issa f’dan il-proġett.Huwa fakkar kif fabbrika antika tal-konkrit, sit li jokkupa spazju daqs sitt grounds tal-football issa se tkun qed tagħmel parti minn dan il-proġett masiċċ. Huwa kompla jispjega li dan il-proġett huwa magħmul minn ħafna żoni differenti li se jkunu qed jagħmlu parti minn Park Nazzjonali wieħed.Spjega wkoll li issa se jkun hawn ukoll spazju fejn fih se jkunu jistgħu isiru kunċerti b’mod professjonali fi spazju miftuħ. Din…

Read More

Intemmu sensiela ta’ laqgħat marbuta mal-ħames pilastri tal-Viżjoni Ekonomika għal Malta għal dawn l-għaxar snin.Fl-aħħar laqgħa dwar l-infrastruttura ta’ kwalità għolja u investiment sal-2031 il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri ħabbar li Malta qed taspira li fl-10 snin li ġejjin se jkollha ambjent infrastrutturali u sostenbbli mill-aqwa kemm fl-art, baħar u ajru, li tippermetti l-aqwa opportunitajiet ta’ xogħol għal kwalità ta’ ħajja itjeb għall-familji u n-negozji.Il-Ministru Schembri stqarr: “Dan kollu jorbot sabiex inkomplu ngħollu l-livell tal-investiment li nġibu. Bħala pajjiż għamilna avvanzi u rridu naraw li nkomplu nsaħħu l-kwalità u naraw li anke l-kwalità tal-pagi ikomplu jgħolew.”Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela…

Read More

Anzjani u żgħażagħ bi sfidi soċjali u bżonn ta’ akkomodazzjoni alternattiva se jibdew jgħixu f’binja li hija l-ewwel tat-tip tagħha fil-gżejjer Maltin.Dan hu l-ewwel proġett ta’ housing interġenerazzjonali f’pajjiżna li se jsir f’binja li sa ftit tax-xhur ilu kienet fi stat ta’ abbandun fil-parti t’isfel tal-Belt Valletta, kif spjega l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Leonid Mckay.Huwa qal, “Din l-istes binja, dawn it-23 unit jinqasmu għall-anzjani li qegħdin fuq il-waiting list u żgħażagħ li qegħdin jinagħtaw mentoring min-naħa tas-Salesjani nnifishom.”Filwaqt li jindirizza s-solitudni, pjaga ewlenija fost il-popolazzjoni anzjana li ddgħajjef is-saħħa mentali, dan il-programm jgħin biex tinbet komunità u jwitti t-triq taż-żgħażagħ…

Read More

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha miri ambizzjużi sabiex tnaqqas il-ħela tal-ilma li jiġi prodott u distribut minnha.Dan ikkonfermah ma’ ONE News il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni, Ivan Falzon.Huwa stqarr: “Bħala priorità tagħna, il-Korporazzjoni se tibqa’ ffukata kif nipproduċu l-ilma u anki nqassmuh. Waħda mill-miri tagħna huwa li ma nipproduċux aktar milli għandna bżonn u nqassmuh bl-aktar mod effiċjenti.”Rapport Ewropew dwar il-produzzjoni tal-Ilma kkonferma l-ħidma li diġà saret f’dan ir-rigward fejn Malta għandha fost l-anqas ħela ta’ ilma min-netwerk ta’ distribuzzjoni fost il-pajjiżi Ewropej u r-Renju Unit. Falzon tenna: “Biex tipproduċi l-ilma għandek bżonn l-enerġija. Jekk tipproduċi iżjed milli għandek bżonn ifisser li hemm…

Read More

Il-President ta’ Franza Emanuel Macron nieda sett ta’ regoli stretti mmirati biex inaqqsu l-imxija tal-Covid-19. Fost dawn ir-regoli hemm linsal-15 ta’ Settembru li ġej, kull ħaddiem li jaħdem fil-qasam tas-saħħa irid ikun irċieva ż-żewġ dożi tal-vaċċin inkella mhux se jitħalla jidħol għax-xogħol. L-istess regoli se jkunu qed jgħoddu wkoll għal dawk li jaħdmu f’residenzi tal-anzjani.F’intervista li ta Macron saħaq li għalissa dawn il-miżuri stretti se japplikaw biss għall-ħaddiema tas-saħħa madankollu m’eskludiex li fil-ġimgħat li ġejjin jiddaħħlu miżuri simili għall-pubbliku inġenerali.It-Tnejn filgħaxija l-President Franċiż ħabbar ukoll li minn Awwissu sabiex persuna tidħol fiċ-ċinema, teatri, diskoteki, ristoranti jew titla fuq ferrovija trid…

Read More

Mill-Erbgħa 14 ta’ Lulju, l-iskejjel tal-Ingliż f’pajjiżna se jingħalqu u kull min jiġi Malta jrid ikollu ċertifikat ta’ tilqim rikonoxxut Malti, mir-Renju Unit jew l-Unjoni Eworpea.Dan ifisser li mill-Erbgħa li ġej, test negattiv għall-COVID-19 mhux se jkun aċċettat biex persuna tidħol Malta.Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet.Dwar l-ivvjaġġar, Chris Fearne spjega li tfal taħt it-12-il sena jkunu jistgħu jiġu mal-ġenituri li huma mlaqqma u jippreżentaw test negattiv, filwaqt li tfal ta’ taħt il-ħames snin ma jkollhomx bżonn test.Tfal mhux akkumpanjati ma jistgħux jidħlu Malta.Minn dawk il-pajjiżi meqjusa bħala Scarlet fil-lista l-ħamra skura, se jkunu…

Read More

Fi 15-il sena, bejn l-2005 u l-2020, Malta naqqset bin-nofs ir-rata ta’ dawk li jitilqu mill-iskola kmieni. Dan ġie kkonfermat f’analiżi li saret mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.L-istess analiżi turi li filwaqt li dawk li jitilqu mill-iskola kmieni jistgħu xorta waħda jsibu impjieg, in-nuqqas ta’ kwalifiki bażiċi jikkomprometti l-impjegabbiltà aktar tard fil-ħajja, minħabba nuqqas ta’ ħiliet u konsegwenzi ekonomiċi u soċjali.L-istudju wera li l-qligħ medju gross fis-siegħa għal dawk b’livell terzjarju ta’ edukazzjoni kien erbgħin fil-mija ogħla mill-qligħ medjan ta’ dawk b’livell intermedju ta’ edukazzjoni u ħamsa u sittin fil-mija iżjed minn dawk b’livell bażiku biss ta’ edukazzjoni.Il-proporzjon tal-popolazzjoni li għandha…

Read More

Il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali nieda proċess li se jara l-ħolqien ta’ Care Plan biex jgħin lil min jiġi bżonn l-akkomodazzjoni soċjali.Il-Ministru responsabbli mis-settur, Roderick Galdes, spjega li din hija miżura oħra ta’ għajnuna, apparti l-bini ta’ aktar minn elf u seba’ mitt appartament ta’ akkomodazzjoni soċjali ġdid.Il-Ministru Galdes stqarr, “Madankollu ma jfissirx li se ssolvi l-problemi tan-nies billi tagħtihom ċavetta. Anzi dak li għidna u ilna ngħidu wkoll, il-housing soċjali m’għandux biss ikun it-tqassim taċ-ċwievet imma wkoll li jkollok care plan u sistema li tgħin nies li jfittxu l-ħiliet tagħhom biex jagħmlu kambjament anki fil-mobilità soċjali tagħhom.”F’konferenza stampa bit-tema “Iktar minn…

Read More

Raġel ddaħħal l-isptar b’urġenza wara li ttajjar minn karozza.Il-każ seħħ għall-ħabta tas-13:30 fi Triq il-Wied f’Birkirkara meta għal xi raġuni karozza misjuqa minn raġel ta’ 56 sena minn Ħal Balzan laqtet liċ-Ċiniż.Immedjatament fuq il-post intalbet l-assistenza ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ta l-ewwel assistenza lir-raġel fejn imbagħad ittieħed l-isptar permezz t’ambulanza.It-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.Ta’ QabelGħal Għonq it-Triq se jirrakkonta l-istorja tal-Misidjani tul is-snin See original Article on www.one.com.mt

Read More

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Byron Camilleri, nieda uffiċjalment is-servizz tal-Pulizija fil-komunità, magħruf bħala Community Policing, fil-Kottonera u l-Kalkara, fil-Marsa, f’Santa Venera u f’San Ġiljan.B’dan il-proġett, il-Korp niżel aktar viċin il-komunitajiet u issa qed jaħdmu id f’id flimkien.Il-Ministru spjega kif ftit aktar minn sentejn mindu beda dan il-proġett, l-uffiċjali qegħdin ikunu aktar preżenti fil-komunità u qed jifhmu u jitkellmu aktar man-nies.Kompla jgħid li llum, il-Korp tal-Pulizija żied il-fiduċja tal-poplu grazzi wkoll għall-ħidma li saret f’diversi aspetti.Il-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafà, spjega li dan il-kunċett li tnieda sentejn ilu qed iħalli l-frott u spjega kif sal-aħħar tas-sena, dan il-proġett se…

Read More