Author: Leanne Abela Grech

Bosta jistennew l-għeluq it-tmintax-il sena biex jibdew jitgħallmu s-sewqan tal-karozza, imbagħad la jkollna l-liċenzja f’idejna erħilna  nduru għall-karozza li nkunu ilna żmien noħolmu li jkollna.Il-karozza tfisser libertà u fl-istess ħin responsabbiltà.Fl-imgħoddi mhux li tant konna nfittxu l-lussu, laqwa li twassalna minn post għall-ieħor, iżda llum l-istorja hija differenti.Riċentament qed naraw illi l-użu tal-karozza jkun ħabib tal-ambjent.Fil-fatt skont statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika juri li fit-tieni kwart tas-sena kien hawn aktar minn tmint elef u tliet mitt karozza elettrika jew hybrid.Dan l-aħħar ONE News kien mistieden għal tnedija ta’ karozza oħra hybrid fis-suq lokali.Il-Hyundai Bayon, li ngħaqdet ma’ flotta ta’ karozzi…

Read More

Il-Kap Eżekuttiv tal-Kumitat Organizattiv tal-Olimpjadi Tokjo 2020 li huma mistennija li jibdew tliet ijiem oħra mhux qed jeskludi li jiġu kkanċellati logħob Olimpiku fl-aħħar minuta hekk kif il-każijiet tal-COVID-19 f’Tokjo qed jiżdiedu.Illum Tokjo rrappurtat 1,387 każ ta’ infezzjonijiet, it-tieni l-ogħla żieda f’jum wieħed minn Jannar li għadda s’issa. Intant, ġew irrapportati aktar minn 70 każijiet fost atleti u deriġenti li jinsabu f’Tokjo għall-Olimpjadi.Madanakollu, minkejja li s’issa m’hemx pjanijiet li jitwaqqfu l-logħob, il-kumitati tal-Olimpjadi se jibqgħu jissorvejlaw is-sitwazzjoni tal-COVID u jaġixxu skont il-ħtieġa.Ta’ QabelTliet opri tal-baħar ġodda għal Transport Malta See original Article on www.one.com.mt

Read More

Il-Fundatur ta’ Amazon Jeff Bezos flimkien ta’ tliet persuni oħra għamlu vjaġġ ta’ ftit inqas minn għoxrin minuta fl-ispazju abbord ir-rokit New Shepard. Dan ir-rokit huwa mibni mill-kumpanija ta’ Bezos Blue Origin.Flimkien ma’ Bezos kien hemm ħuh Mark Bezos, Wally Funk awstronawta ta’ 82 sena, l-ixjaħ persuna li qatt telgħat fl-ispazju u student ta’ 18-il sena.Huma vvjaġġaw f’kapsula li fiha twieqi kbar apposta li tathom veduta mill-isbaħ tad-dinja.Ta’ QabelErba’ xhur ħabs għal ġuvni li ħarab mill-gwerra fis-Sirja See original Article on www.one.com.mt

Read More

Ġiet miċħuda t-talba ta’ tmien studenti li jattendu l-Università ta’ Indiana, fl-Amerika hekk kif fetħu kawża kontra l-università talli skonthom qed iġġgħalhom jieħdu l-vaċċin.Madanakollu, imħallef federali rrifjuta milli jwaqqaf lill-università milli titlob lill-istudenti tagħha biex jitlaqqmu kontra l-vaċċin.L-istudenti qalu argumentaw illi l-università qed tikser fost oħrajn dritt kostituzzjonali tagħhom għal-libertà. Iżda, l-imħallef tenna li l-università qed tħallihom fil-libertà li jagħżlu: li jieħdu l-vaċċin, li japplikaw għal eżenzjoni medika, li ma jattendux għal semestru jew li jattendu f’università oħra.L-Avukat li rrappreżenta lill-istudenti qal li se jkunu qed jappellaw mid-deċiżjoni tal-imħallef.Intant, aktar minn 500 kulleġġi u universitajiet ordnaw biex l-istudenti u l-ħaddiema…

Read More

Iċ-Ċina ċaħdet l-istqarrija fejn tgħid li hija wettqet attakk online fuq il-kumpanija tat-teknoloġija Amerikana Microsoft.Grupp ta’ pajjiżi tal-Punent kienu akkużaw liċ-Ċina talli wettqet dan l-attakk fuq il-pjattaforma tal-emails tal-kumapnija, il-Microsoft Exchange, li tintuża madwar id-dinja.Id-dikjarazzjoni konġunta akkużat lill-Ministeru Ċiniż għas-Sigurtà tal-Istat li b’dan l-attakk dgħajjef l-istabbiltà u s-sigurtà globali.Madanakollu, iċ-Ċina dejjem sostniet li topponi kull kontra ta’ kriminalità online.Ta’ QabelIl-PM Ingliż ikkritikat dwar deċiżjoni fuq id-dħul fin-nightclubs See original Article on www.one.com.mt

Read More

Fil-jum tat-Tnejn il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson tenna li mill-aħħar ta’ Settembru li ġej, kull minn jixtieq jidħol ġo clubs jew postijiet li fihom tattendi l-massa irid juri prova li huwa mlaqqam kompletament kontra l-COVID-19.Saħansitra, il-Ministru Ingliż responsabbli mill-vaċċinazzjoni qal illi test negattiv tal-Coronavirus mhux se jkun biżżejjed biex persuna tidħol ġo nightclub.Iżda, din l-aħbar xejn ma niżlet tajjeb ma’ dawk li jaħdmu fl-industrija tad-divertiment.Din l-aħbar waslet wara ftit tas-sigħat wara li fl-Ingliterra tneħħew il-miżuri kollha marbuta mat-trażżin tal-imxija; hekk kif il-clubs issa huma permessi li jerġgħu jiftħu wara li ilhom minn Marzu tas-sena l-oħra magħluqin.Ta’ QabelPedro Castillo l-President Elett…

Read More

Pedro Castillo ġie ddikjarat President elett tal-Perù, xahar wara li hu rebaħ il-vot popolari f’taqtigħa elettorali kontra Keiko Fujimori.Id-dewmien fit-tħabbira tar-riżultat kien minħabba li Fujimori allegat li kien hemm it-tbgħabis fl-għadd tal-voti.Castillo li jgħodd 51 sena se jinħatar uffiċjalment President tal-Perù fit-28 ta’ Lulju.Intant, il-President attwali Francisco Sagasti laqa’ din l-aħbar u stqarr li jispera li dan l-eżitu jkun ifisser bidu ġdid ta’ rikonċiljazzjoni u għaqda.Ta’ QabelMinkejja r-riefnu kellna tmiem il-ġimgħa mingħajr inċidenti fil-baħar See original Article on www.one.com.mt

Read More

Pedro Castillo ġie ddikjarat President elett tal-Perù, xahar wara li hu rebaħ il-vot popolari f’taqtigħa elettorali kontra Keiko Fujimori.Id-dewmien fit-tħabbira tar-riżultat kien minħabba li Fujimori allegat li kien hemm it-tbgħabis fl-għadd tal-voti.Castillo li jgħodd 51 sena se jinħatar uffiċjalment President tal-Perù fit-28 ta’ Lulju.Intant, il-President attwali Francisco Sagasti laqa’ din l-aħbar u stqarr li jispera li dan l-eżitu jkun ifisser bidu ġdid ta’ rikonċiljazzjoni u għaqda.Ta’ QabelMinkejja r-riefnu kellna tmiem il-ġimgħa mingħajr inċidenti fil-baħar See original Article on www.one.com.mt

Read More

Kollox mexa ħarir fi tmiem il-ġimgħa li għadda, hekk kif ir-riħ fuq pajjiżna nefaħ b’forza sebgħa tant illi s-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar ħarġet twissjiet biex il-pubbliku jevita ċertu bajijiet f’pajjiżna li ma kinux siguri għall-għawm.Fil-jum tat-Tnejn fil-bajja ta’ Fra Ben quddiem baħar kalm, tkellimna mal-manager li jieħu ħsieb l-operat tas-soċjetà fejn tenna li l-pubbliku kkopera mat-twissijiet li nħarġu minnha.L-Operations Manager tas-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar, Ryan Tuck, stqarr, “There were minimal incidents reported so we would like to thank the public for their cooperation in getting through the weekend relatively safely.”Apparti l-avviż li joħroġ fuq il-mezzi soċjali, il-ħaddiema tas-Soċjetà Maltija tas-Salib…

Read More

Il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel bħalissa jinsab f’Baku l-Ażerbajġan fejn iltaqa’ mal-President Ilham Aliyev.Fil-jum tal-Ħadd, Michel sellem lill-vittmi tal-aggressjoni Sovjetika kontra l-Ażerbajġan, hekk kif il-pajjiż din is-sena se jkun qed ifakkar it-30 anniversarju minn mindu sar stat indipendenti.Intant, ftit tal-ħin ilu għadha kif intemmet konferenza tal-aħbarijiet indirizzata minn Charles Michel u Ilham Aliyev.Qabel il-wasla tiegħu fl-Ażerbajġan, il-President tal-Kunsill Ewropew kien fl-Armenja fejn hemmhekk kellu laqgħat mal-Prim Ministru Armen Nikol Pashinyan.Michel tenna li l-Unjoni Ewropea hija s-sieħeb tal-Armenja biex tinstab stabbiltà u sigurtà fil-pajjiż.Intant, lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet reġgħu intensifikaw il-kunflitti bejn l-Ażerbajġan u l-Armenja dwar ir-reġjun ta’ Nagorno-Karabakh.Ta’ QabelBoris…

Read More