Author: Leon Xuereb

L-Isqof Awżiljarju l-Monsinjur Joseph Galea-Curmi qal li waqt il-pandemija l-quddies online kienet inizjattiva tajba ħafna li laħqet diversi nies u li offrietilhom l-esperjenza li l-Knisja tinsab viċin tagħhom anke f’mumenti ta’ solitudni jew diffikultà u b’hekk ħalliet ħafna ġid.F’intervista waqt il-Morning Show fuq 103 Malta’s Heart, Monsinjur Galea-Curmi qal li ġieli ltaqa’ ma’ nies fit-triq li jgħidulu li jsegwu l-quddies online jew fuq it-televiżjoni u li jieħdu gost. Huwa jħoss li permezz ta’ hekk jasal iktar il-messaġġ tal-kelma ta’ Alla u s-sabiħ taċ-ċelebazzjoni tal-quddies.Galea-Curmi qal li dejjem se jkun hemm min ma jistax jieħu sehem fil-quddies għax ikun l-Isptar jew…

Read More

Tokyo 2020Il-ġinnasta Amerikana Simone Biles ġiet imfaħħra talli pprijoritizzat “il-benessri mentali fuq kull ħaġa oħra” wara li ħarġet mill-finali tat-tim Olimpiku tan-nisa.Il-kap tat-tim Olimpiku tal-Istati Uniti, ħafna ġinnasti, u atleti oħra kienu fost dawk li faħħru d-deċiżjoni ta’ Biles.Iż-żagħżugħa ta’ 24 sena rtirat mill-avveniment u qalet: “Irrid niffoka fuq is-saħħa mentali tiegħi.”“Aħna nfaħħru d-deċiżjoni tiegħek li tagħti prijorità lill-benessri mentali tiegħek fuq kull ħaġa oħra u noffrulek l-appoġġ sħiħ u r-riżorsi tal-komunità tagħna Team USA waqt li tinnaviga l-vjaġġ ‘il quddiem.” qalet Sarah Hirshland, kap eżekuttiva tal-Kumitat Olimpiku u Paralimpiku ta ‘l-Istati Uniti.Ixxerja din l-istorjaL-Artiklu ta’ Qabel“Sirna nħobbu l-oġġetti u…

Read More

Roberto Saba (Twitter)Nirien devastanti li qed jinfirxu f’partijiet tan-Nofsinhar tal-Ewropa, qerdu ħafna kampanja Spanjola u Griega u ġiegħlu madwar 1,000 persuna jitilqu minn djarhom fil-gżira Taljana ta’ Sardinja.Il-gvern lokali ta’ Sardinja ddikjara stat ta’ emerġenza nhar il-Ħadd, minħabba dak li ddeskriva bħala “diżastru mingħajr preċedenza.”“Għadu mhux possibbli li jiġu stmati l-ħsarat ikkawżati min-nirien li għadhom għaddejjin fiż-żona ta’ Oristano,” qal il-president tar-reġjun ta’ Sardinja, Christian Solinas, fi stqarrija nhar it-Tnejn. “Il-veġetazzjoni meqruda, in-negozji u d-djar maħruqa u ħafna sfaw annimali maqtula,” żied jgħidF’aġġornament nhar ilbieraħ, il-kelliem reġjonali Ignazio Artissu qal li l-istima attwali taż-żona maħruqa hija ta’ madwar 20,000 ettaru,…

Read More

Ritratt: WikipediaIl-partiti politiċi ewlenin tat-Tuneżija akkużaw lill-President Tuneżin, Kais Saied, li wettaq kolp ta’ stat meta l-Ħadd li għadda keċċa lill-Prim Ministru u ssospenda l-Parlament.Saied, li keċċa wkoll lill-Ministru tad-Difiża, sostna li aġixxa skont il-kostituzzjoni.Din il-mossa ġiet wara protesti vjolenti tal-massa matul il-jum tal-Ħadd minħabba l-immaniġġjar ħażin tal-Gvern tal-pandemija u l-instabilità ekonomika u soċjali fil-pajjiż.In-Nazzjonijiet Magħquda qalet li “kwalunkwe tilwim għandu jiġi solvut permezz ta’ djalogu”, filwaqt li l-UE ħeġġet lil dawl kollha involuti biex jirrispettaw l-istat tad-dritt u jevitaw il-vjolenza.Ixxerja din l-istorjaL-Artiklu ta’ QabelArgument bejn żewġt irġiel f’Raħal Ġdid See original Article on newsbook.com.mt

Read More

Ritratt: UnsplashDokumenti klassifikati, allegatament mill-Iran, żvelaw riċerka sigrieta dwar kif cyber attack jista’ jintuża biex jegħrreq vapur tal-merkanzija jew jisplodi pompa tal-petrol.Il-fajls sigrieti, miksuba minn Sky News u ppubblikati fl-aħħar sigħat, jinkludu wkoll informazzjoni dwar apparat ta’ komunikazzjoni bis-satellita użat mill-industrija globali tat-tbaħħir kif ukoll sistema bbażata fuq il-kompjuter li tikkontrolla affarijiet bħal dwal, tisħin u ventilazzjoni li huma kkontrollati bl-internet (smart appliances) f’diversi binjiet madwar id-dinja.Mid-dokumenti jidher li hemm interess partikolari fir-riċerka ta’ kumpaniji u attivitajiet f’pajjiżi tal-punent, inklużi r-Renju Unit, Franza u l-Istati Uniti.Skont is-sors, li hu familjari mad-dokument twil 57 paġna u fih ħames rapporti ta’ riċerka,…

Read More

Tokyo 2020Tifun ta’ kategorija tlieta mistenni jolqot Tokyo għada. Madanakollu l-organizzaturi tal-Olimpjadi qalu li ċ-ċans li dan jikkawża ħafna tfixkil u ħsara huwa żgħir.Kawża ta’ dan it-tifun, avvenimenti tal-qdif u tal-qaws diġà kellhom jiġu mċaqalqa għal ħin ieħor imma sakemm il-previżjoni ma tinbidilx, m’hemmx aktar pjanijiet biex tmexxi avvenimenti oħra.Ixxerja din l-istorjaL-Artiklu ta’ QabelTuneżija: Il-President jieħu f’idejh l-poter eżekuttiv See original Article on newsbook.com.mt

Read More

Sebastian Usher – TwitterIl-President tat-Tuneżija waqqaf il-Gvern u xolja l-Parlament il-Ħadd. Dan wassal biex folol kbar ħarġu fl-ibliet b’appoġġ għal mossa li eskalat b’mod drammatiku kriżi politika fit-Tuneżija. Madanakollu l-avversarji tiegħu dan qed iqisuh bħala kolp ta’ stat.Il-President Kais Saied qal li se jieħu l-awtorità eżekuttiva bl-għajnuna ta’ Prim Ministru ġdid, f’dik li qed tissejjaħ l-ikbar sfida li qed taffaċċja s-sistema demokratika introdotta mit-Tuneżija fir-rivoluzzjoni tal-2011.Folol kbar ta’ nies ħonqu l-belt kapitali u bliet oħra, u ħarġu jifirħu u jdoqqu l-ħornijiet tal-karozzi f’xeni li jfakkru fir-rivoluzzjoni, li qanqlet il-protesti tar-Rebbiegħa Għarbija li kienu ħasdu l-Lvant Nofsani.Madankollu, l-ammont ta’ appoġġ għad-deċiżjoni…

Read More

District Government CologneFtit iktar minn ġimgħa wara li għargħar qawwi laqat l-Ewropa tal-Punent, u qered diversi żoni fil-Ġermanja, il-Belġju u l-Olanda, uffiċjali Ġermaniżi qalu l-Ħamis li jaħsbu li l-158 persuna li għadhom nieqsa hemm ċans li jibqgħu ma jinstabux.  In-numru ta’ mwiet mill-għargħar tela’ għal mill-inqas 205, filwaqt li għad baqa mill-inqas 176 persuna huma nieqsa. Fil-Belġju s’issa ġew rappurtati 32 imwiet u 18-il persuna nieqsa.L-organizzazzjoni federali tal-Ġermanja li tgħin fid-diżastri qalet li huwa improbabbli ħafna li jinstabu aktar nied ħajjin.  Sadanittsant servizzi ta’ salvataġġ komplew bil-ħidma tagħhom għal dawk rappurtati noeqsa fi bliet milquta mill-għargħar.Ixxerja din l-istorjaL-Artiklu ta’ Qabel255…

Read More

Tokyo 2020L-Istadium Nazzjonali tal-Ġappun huwa magħmul minn injam li ġej minn madwar il-Ġappun kolluL-Istadium Nazzjonali Ġappuniż huwa magħmul kompletament mill-injam kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa. Bħala simbolu għall-Ġappun, l-injam inxtara mis-47 reġjun minn madwar il-Ġappun. Il-perit iddeskriva l-istruttura bħala ‘siġra ħajja’, mibnija b’tali mod li timmassimizza r-riħ li jgħaddi mill-istadium sabiex jiddependiinqas fuq l-arja kondizzjonata.Japan Sport CouncilIl-Logħob Tokyo 2020 huwa ffokat fuq is-sostenibbiltàBiex jippromwovu s-sostenibbiltà, l-Olimpjadi ta’ din is-sena qed jerġgħu isiru f’numru ta’ postijiet użati fil-Logħob tal-1964. Barra minn hekk, oġġetti bħal podiums, uniformijiet u medalji huma kollha magħmula minn materjali riċiklati. Anke s-sodod fil-Villaġġ Olimpiku huma magħmula mill-kartun, li se jiġu riċiklati wara…

Read More

UnsplashL-atletli kollha li se jiġabru l-Ġappun dan is-sajf għal-Logħob ta’ Tokyo se jkomplu jżidu mal-istorja twila tal-Olimpjadi, li ilhom jintlagħbu kull erba’ snin mill-1896 (ħlief fl-1916 minħabba l-Ewwel Gwerra Dinjija, l-1940 u l-1944 minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija u 2020 minħabba COVID-19). Tokyo ospitat l-Olimpjadi darba oħra qabel fl-1964.Kemm hemm pajjiżi u atleti li qed jikkompetu fl-Olimpjadi ta ’Tokyo?B’kollox hemm 206 pajjiż, b’total ta’ 11,091 atleta huma mistennija jikkompetu fl-Olimpjadi ta’ Tokyo 2020. Dawk il-11,091 atleta se jikkompetu f’41 sport differenti u 339 avveniment dan is-sajf fl-Olimpjadi.Kemm swew l-Olimpjadi ta’ Tokjo 2020?Skond riċerka mill-Università ta ’Oxford, l-Olimpjadi tas-sajf ta’ din is-sena huma l-aktar għoljin li qatt saru. Il-gvern Ġappuniż diġà nefaq id-doppju tal-baġit inizjali, stmat li jiswa…

Read More