Author: Maria Webb

Ritratt: Malta Olympics CommitteeRead in English.L-ewwel medalja tad-deheb tal-Olimpjadi f’Tokjo ingħatat lil Qian Yang miċ-Ċina, wara li l-mara ta’ 21 sena ġiet l-ewwel fil-kompetizzjoni tal-air rifle tan-nisa tal-10 metri. Hi laħqet rekord Olimpjad ġdid.Fit-tieni post kien hemm Anastasiia Galashina mir-Russja, u fit-tielet post kien hemm Nina Christen mill-Isvizzera. Il-midalji tqassmu fuq tray u huma stess libsuhom m’għonqhom, bħala parti mill-protokolli tal-coronavirus.Sa nhar is-Sibt, kien hemm 127 każ ta’ coronavirus, bi 17-il każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa. Dawn kollha każijiet marbuta mal-logħob.L-Olimpjadi ġew posposti mill-2020 għall-2021 minħabba l-pandemija globali. Minkejja l-fatt li l-logħob beda, il-Covid-19 xorta qed toħloq problema għall-atleti u…

Read More

Miguela XuerebRead in English.Fr Joe Borg, il-President tal-Bord Editorjali tal-Beacon Media Group u l-editur ta’ Newsbook.com.mt ġie appuntat bħala koordinatur tad-Desk tal-Ġurnaliżmu ta’ SIGNIS Europe.SIGNIS hija l-assoċjazzjoni dinjija għall-komunikazzjoni għall-Kattoliċi li jaħdmu fl-oqsma tal-komunikazzjoni. Il-Vatikan imbagħad taha l-irwol li tkun l-orgazizazzjoni Kattolika tal-ġurnalisti.Fr Joe qal kemm hu onorat b’dan l-irwol li jibda Desk għall-Ġurnalisti Kattoliċi fl-Ewropa, u sostna li m’huwix irwol faċli imma ta’ sodisfazzjoni.L-ewwel mara u l-ewwel persuna mill-Amerka ta’ Fuq li saret President ta’ SIGNIS World, Helen Osman, ferħet lil Fr Joe u wiegħdet li se tgħin biex din l-inizjattiva tkun ta’ suċċess. Osman hija esperta fil-qasam tal-komunikazzjoni,…

Read More

Read in English.Christian Peregin, l-istrateġista tal-Partit Nazzjonalista (PN) u l-eks sid tal-Lovin Malta, qal li l-irwol tiegħu fil-partit huwa biex inaqqas id-distakk fil-voti fl-elezzjoni ġenerali bejn il-PN u l-Partit Laburista (PL). Fl-intervista tiegħu ma’ Andrew Azzopardi fuq 103 Malta’s Heart, Peregin qal li ħafna nies qed jistennew il-partit jinbidel minflok ikunu parti minn dik il-bidla. B’hekk, qed jaħdem biex dawn it-tip ta’ nies iġibhom lura billi jinkoraġixxihom ikunu parti mill-bidla tal-PN. ‘In-NET għandu iżjed rispett mill-ONE għall-udjenza tiegħu’Fuq il-każ tal-Lovin Malta fil-Qorti kontra l-midja partiġġjana tal-PN u l-PL, Peregin qal li l-għan tiegħu ma kienx li jingħalqu l-istazzjonijiet tal-midja tagħhom, in-NET u…

Read More

Ritratt: Miguela XuerebRead in English.Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li 171 każ ġdid ta’ Covid-19 mit-3,926 swab test li saru. Fiequ 92 persuna oħra u b’hekk bħalissa hawn 2,373 każ attiv fil-komunità.Mietet mara ta’ 73 sena fl-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid-19, allura n-numru ta’ vittmi tela’ għal 421.Il-Ministeru qal ukoll li 299 persuna li kellhom il-coronavirus intbagħtu lura f’pajjiżhom.Bħalissa fl-Isptar Mater Dei hemm 19-il persuna bil-coronavirus, li persuna minnhom qiegħda tinżamm fl-ITU.Sal-bieraħ ingħataw 742,361 doża tal-vaċċin, u 368,587 persuna kienu kompletament imlaqqmin.Ilbieraħ172 każ ġdid u jfiqu 65 persunaIxxerja din l-istorjaL-Artiklu ta’ QabelL-EIA ta’ Manoel Island hu inaċettabli – FAA See original Article…

Read More

Flimkien għal Ambjent AħjarRead in English.Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA) appellat kontra l-Evalwazzjoni tal-Impatt Ambjentali (EIA) ta’ Manoel Island, għax qalet li hemm kunflitt t’interess qawwi. Barra minn hekk, appellat lill-awtoritajiet biex Manoel Island issir park nazzjonali tal-wirt.FAA sostniet li l-espert prinċipali tar-rapport huwa iben direttur tal-MIDI plc, u sottokuntrattur tal-istess organizazzjoni. Ir-rapport il-ġdid huwa sempliċiment ir-rapport il-qadim imdawwar, li tfisser li r-rapport huwa inaċettabli, qalet l-FAA.L-għaqda sostniet li t-termini tar-riferenza ma nbidlux, li tfisser li ma saritx konsultazzjoni pubblika. Barra minn hekk, mindu ġie sottomett ir-rapport tal-EIA, MIDI qalet li l-pjanijiet tagħha għal Manoel Island inbidlu – li tfisser…

Read More

Photos: Curia – church.mt/photosWara li l-faċċata ewlenija tal-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana ġiet restawrata, ġiet inawgurata sistema ġdida ta’ dawl.Skont Michael Pace Ross, is-Segretarju Amministrattiv tal-Kurja tal-Arċisqof, id-dawl sar “b’mod metikoluż u skont l-ogħla standards ta’ dawl ta’ bini storiku”.Photos: Curia – church.mt/photos Ġie inawgurat ukoll ir-restawr li sar fuq il-ħajt tal-ġenb tal-Kurja fi Triq Oliver Friggieri, li sa ftit ilu kienet Triq l-Argotti. Pace Ross qal li l-fażi li jmiss hi li tiġi rrestawrata dar li tinfed mal-Kurja u tinsab fi Triq l-Iljun, kantuniera ma’ Triq Vincenzo Bugeja, u li eventwalment se tinbidel f’ċentru ta’ evanġelizzazzjoni.Il-binja tal-KurjaIl-binja tal-Kurja qabel kienet magħrufa…

Read More

Ritratt: PixabayDr Maria Van Kerkhove, li qed tmexxi t-tim fuq il-Covid-19 tal-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), qalet li l-varjant Delta ġie rrappurtat f’96 pajjiż differenti.Il-varjant jiġi trażmess iżjed malajr minn kull varjant ieħor s’issa. Huwa mistenni li se jkompli jinfirex minħabba numru ta’ fatturi, inkluż il-kuntatt soċjali li qed jiżdied, ir-rilaxxament tal-miżuri, u distribuzzjoni tal-vaċċin li mhix imqassma ma’ kulħadd.Aqra iżjed hawnIl-varjant Delta se jinfirex mal-Ewropa – espertVan Kerkhove sostniet fuq kemm hu importanti li jittieħed il-vaċċin, għax jipprevjeni mard u mewt. Importanti li jittieħdu ż-żewġ dożi kif hemm bżonn. Minkejja dan, skont Dr Russell Vinik, li imexxi tim ta’ speċjalisti…

Read More

Ritratt: l-Ajruport Internazzjonali ta’ MaltaRyanair żied żewġ destinazzjonijiet ġodda għall-2021: Chania (jew Hania) u Cagliari.Dan ġie mħabbar mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, li laqa’ l-ewwel titjiriet minn dawn il-postijiet matul tmiem il-ġimgħa.It-titjiriet lejn Chania ser ikunu qegħdin jitilqu minn Malta kull nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Sibt.Chania hija gżira bil-bajjiet, l-ilmijiet ċari kristall, u toffri wkoll għadd ta’ rotot qalb in-natura għall-mixi u t-trekking. Barra minn hekk, hemm numru ta’ fortizzi, kastelli, monasteri u fdalijiet arkeoloġiċi, li kollha huma xhieda ta’ storja twila u rikka influwenzata minn diversi ċivilizzazzjonijiet.It-titjiriet lejn Cagliari jitilqu minn Malta kull nhar ta’ Erbgħa u nhar…

Read More

Ritratt: Il-PulizijaIl-Pulizija qed tfittex persuna fuq ordni tal-Qorti.Fi stqarrija, il-Pulizija staqsiet għall-għajnuna biex jinstab il-persuna fir-ritratt li jidher fuq.Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz ta’ Facebook Messenger jew fuq il-linji 21224001 / 119, u jiġi kwotat in-numru 3/2021.Il-Pulizija għadha qed tfittex ukoll lil Marcel Pisani, raġel ta’ 50 sena li ġie rrapportat nieqes lill-Pulizija fil-31 ta’ Diċembru, 2020.Aqra iżjed hawnIl-Pulizija għadha qed tfittex lil Marcel PisaniIxxerja din l-istorjaL-Artiklu ta’ Qabel“Meta’ l-mużika tieqaf, aħna nibqgħu niżfnu” – Stefan Varga See original Article on newsbook.com.mt

Read More