Author: Mark Camenzuli

Ritratt: DOI – Geoffrey Zarb AdamiPermezz ta’ ftehim, aktar minn €2 miljun ġew allokati mill-Gvern f’għajnuna lill-Fondazzjoni Nazareth biex tgħin lir-residenti fid-djar tagħha jsibu xogħol. Bħalissa l-Fondazzjoni għandha tlett idjar li fihom 29 resident jgħixu f’ambjent ta’ familja u li huma mħarsin minn carers 24 siegħa kuljum.Dan intqal fi stqarrija mill-Ministeru għall-Kwalità tal-Ħajja waqt l-iffirmar ta’ dan il-ftehim bejn il-Ministeru u Aġenzija Sapport. Għal dan l-iffirmar kienu preżenti l-Ministru għall-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli, il-Kap Eżekuttiv ta’ Aġenzija Sapport Ruth Sciberras, il-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca, u s-Segretarju Permanenti għall-Kwalità tal-Ħajja Matthew Vella.Il-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca esprimiet l-apprezzament tagħha…

Read More

Ritratt: Miguela XuerebIl-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela se jindirizza l-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista.Id-diskors ta’ Dr Abela se jibda fit-8pm.F’kitba fuq Facebook, il-Partit Laburista appella lil kull min irreġistra u se jattendi l-konferenza biex jidħol mal-bubble tiegħu fil-ħin mogħti, biex jilbes il-maskra l-ħin kollu, u biex jibqgħu bilqiegħda f’posthom u tinżamm id-distanza soċjali.Ixxerja din l-istorjaL-Artiklu ta’ QabelL-ERA tapprova l-istudju dwar l-impatt tal-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija See original Article on newsbook.com.mt

Read More
ERA

Ritratt: UnsplashIl-Bord tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) approva l-istudju tal-impatt li se jħalli l-bini tal-pipeline tal-gass li jgħaqqad lil Malta ma’ Sqallija.Il-proġett se jinkludi l-bini ta’ triq ġdida, stazzjon terminali ġdid fil-power station ta’ Delimara, tħaffir fil-peninsula ta’ Delimara għall-mina, u t-tqegħid tal-pipeline minn Malta għall-belt ta’ Gela fi Sqallija.Fi stqarrija, l-ERA qalet li aktar kmieni llum kellha laqgħa pubblika biex jiġi diskuss it-tħassib tal-pubbliku u tal-NGOs, u biex jittieħed vot dwar il-proġett. Fost l-ilmenti kien hemm jekk il-proġett hux se jagħmel ħsara lill-irdum tal-madwar, u kemm se jiġi ġġenerat ħoss taħt il-baħar waqt ix-xogħlijiet.Filwaqt li dwar l-impatt fuq l-irdum…

Read More

Ritratt: Google MapsŻewġ persuni sofrew ġrieħi ħfief f’inċident li seħħet ħabta fir-Rabat, Għawdex.Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30pm fi Triq San Anard.Fuq il-post marru membri tal-Pulizija, kif ukoll ambulanza.Minn informazzjoni li waslitilna, it-triq ingħalqet għat-traffiku miż-żewġ naħat.Aktar dettalji dalwaqt.Ixxerja din l-istorjaL-Artiklu ta’ QabelIl-vaċċin tal-Moderna approvat għaż-żgħażagħ fl-UE See original Article on newsbook.com.mt

Read More

Ritratt: UnsplashIl-Filippini mhix se tħalli lit-tfal joħorġu minn darhom, u lanqas nies jivvjaġġaw mill-Malażja u t-Tajlandja. Dan minħabba li beħsiebha żżid ir-restrizzjonijiet tal-Covid-19. Dawn se jidħlu fis-seħħ biex tiġi evitata l-firxa tal-varjant Delta.Skont rapporti ta’ Reuters, kelliem għall-President Rodrigo Duterte qal li r-restrizzjonijiet se jibdew mill-Ħadd li ġej u se jibqgħu fis-seħħ sal-aħħar ta’ Lulju.Ir-reġjun ta’ Manila, li fih joqogħdu aktar minn 13 miljun ruħ, tpoġġiet taħt aktar miżuri. Fosthom, tfal li għandhom bejn 5 snin u 17-il sena mhux se jitħallew joħorġu minn darhom.Il-Filippini ħabbret ukoll li ma jistax isir sport u avvenimenti ta’ ġewwa, u li ħadd ma…

Read More

Il-Ministru għall-Kordinazzjoni tal-Istrateġija għal wara l-Covid-19 Owen Bonnici ma weġibx dwar jekk Malta hix se ssegwi l-passi tal-Italja u Franza li se jitolbu ċ-ċertifikat tal-vaċċin meta wieħed jiġi biex jidħol f’postijiet mhux essenzjali.F’kumment li ta lil Newsbook.com.mt il-Ġimgħa waranofsinhar, Bonnici saħaq li d-deċiżjonijiet li jieħu d-Dipartiment tas-Saħħa dwar il-Covid-19 huma fl-interess pubbliku.Bonnici appella wkoll biex in-nies jobdu d-direzzjonijiet li l-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika joħorġu minn żmien għal żmien u saħaq li qed isir xogħol tajjeb ħafna biex tiġi mħarsa s-saħħa tal-poplu Malti.Dwar dan Newsbook.com.mt talab ukoll ir-reazzjoni tal-Ministeru għas-Saħħa permezz ta’ email, iżda sal-ħin tal-pubblikazzjoni ma rċevejniex tweġiba.Mis-6 ta’ Awwissu fl-Italja,…

Read More

Ritratt: Moviment GraffittiIr-residenti ta’ Wied il-Għajn qalu li l-pjanijiet tas-sottokumitat tal-kunsill lokali għax-xogħlijiet li se jsiru fil-lokalità, se jisirqu l-art mill-pubbliku. Dan qaluh f’ittra li kitbu flimkien mal-NGO Moviment Graffitti, u li indirizzaw lill-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, u l-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia.Fl-ittra spjegaw kif ix-xogħlijiet jinkludu l-bini ta’ spazju tal-konkrit ġdid fuq in-naħa l-oħra tal-bajja, u li x’aktarx dan se jsir billi tittieħed iktar art mill-bajja ta’ Wied il-Għajn. Intqal ukoll li l-proposti tas-sottokumitat jinkludu t-traffiku li se jibda jgħaddi minn taħt l-iskola u minn quddiem il-knisja parrokkjali. Dan se jżid il-periklu għan-nies minħabba li t-traffiku…

Read More

Ritratt: Miguela XuerebMinħabba li Malta hija parti miż-żona Schengen, huwa impossibbli li wieħed ikun jaf kemm hawn nies minn pajjiżi terzi f’Malta li daħlu illegalment. Dan qalu l-Ministru għall-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Joe Ellis.Id-Deputat Ellis staqsa wkoll dwar in-numru ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li ntbagħtu lejn il-pajjiżi membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea (UE) fejn kienu daħlu skont ir-regolamenti ta’ Dublin mill-2010 ‘l hawn.Ir-Regolamenti ta’ Dublin japplikaw għal persuni li jkunu talbu għall-ażil f’Malta meta Malta ma tkunx rat din l-applikazzjoni. Dan ma japplikax għal ċittadini li diġà huma protetti legalment minn pajjiż…

Read More

Ritratt: Google MapsIl-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler ma sab ebda prova ta’ abbuż tal-poter meta l-Gvern bagħat 72 anzjan mir-Residenza ta’ Sant’Anna fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex fil-lukanda Downtown f’Għawdex is-sena l-oħra.April 2020:72 anzjan trasferiti għal lukanda fir-RabatMinkejja li l-qbil kien sar, il-kandidat indipendenti Arnold Cassola kien talab lill-Kummissarju Hyzler biex jinvestiga dan il-każ.Cassola kien argumenta li l-Gvern kien qed iħallas żejjed biex l-anzjani joqogħdu f’din il-lukanda. F’April tas-sena l-oħra, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri żvela li l-Gvern qed iħallas kważi €55 kuljum għal kull spazju ta’ sodda li tintuża fil-lukanda Downtown.In-nefqa tal-Gvern:€55 kuljum għal kull sodda fid-DowntownFost l-ilmenti li kien…

Read More

Ritratt: Facebook – Infrastructure MaltaInfrastructure Malta qed tavża lill-pubbliku biex ma jgħaddux minn żewġ toroq f’xi ħinijiet.F’kitba fuq Facebook Infrastructure Malta qalet li bejn illum u għada, mit-8pm sal-5am, se jinbdew tiswijiet taż-żewġ roundabouts fi Triq Margaret Murray, bejn in-Naxxar u Ħal Għargħur.Apparti minn hekk, il-karreġġjata lejn in-nofsinhar ta’ Triq l-Imdina (magħrufa wkoll bħala l-Bypass ta’ Ħaż-Żebbuġ), mir-Rabat lejn Ħaż-Żebbuġ se tkun magħluqa biex jinksew mill-ġdid partijiet minnha.Infrastructure Malta qed tavża wkoll li partijiet minn dawn it-toroq jistgħu jkunu magħluqin billejl waqt ix-xogħlijiet. Infrastructure Malta qed tappella biex ix-xufiera jsegwu t-tabelli jew jużaw rotot alternattivi.Ixxerja din l-istorjaL-Artiklu ta’ Qabel“Se nallokaw…

Read More