Author: Matthew Farrugia

Charlo Spiteri ta’ 25 sena u ommu Helen Spiteri ta’ 66 sena ngħataw il-ħelsien mill-arrest wara li wieġbu mhux ħatja li attakkaw u heddew uffiċjal tal-LESA.Fil-Qorti nstema’ kif l-allegat attakk seħħ l-Erbgħa filgħodu, fil-10:45 f’San Pawl il-Baħar. Intqal kif il-Pulizija ssejħu fuq il-post wara li l-argument eskala.Fil-Qorti, id-Difiża appellat għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ma kinitx oġġezzjonata mill-Prosekuzzjoni.Huma ngħataw il-ħelsien mill-arrest u ġew mitluba jħallsu depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €4,500.Ta’ QabelTliet suldati Armeni nqatlu wara li reġa’ nqala’ l-ġlied bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan See original Article on www.one.com.mt

Read More

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Palazz ta’ San Anton tħabbar li l-Ballu tal-Qamar t’Awwissu se jsir fil-wieħed u għoxrin t’Awwissu, propju lejliet il-qamar kwinta. Dan se jkun it-tieni ballu waqt pandemija.Iċ-Chairman tal-Kumitat tal-Organizzaturi tal-Ballu, il-Marquis Daniel De Petri Testaferrata, stqarr kif din is-sena, l-avveniment se jsir f’data differenti minn tas-soltu. Din xorta hija sinifikanti hekk kif se jkun lejliet qamar kwinta, li fil-ħamsinijiet kien jintuża biex idawwal il-Palazz tal-Verdala.Qal ukoll li l-organizzaturi se jieħdu kull miżura neċessarja sabiex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa ta’ kull min jattendi.Huwa spjega: “L-iżjed miżuri bażiċi huma l-ilbies tal-maskli, il-ftt li l-imwejed iridu jkunu ta’ sitta u mhux iżjed,…

Read More

Nies li t-Tnejn filgħodu nzertaw Marsaxlokk jew kienu qed jgħumu raw xena mhux tas-soltu.Kollox beda għall-ħabta tal-ħdax u kwart ta’ filgħodu meta l-Pulizija tad-Distrett irċevew rapport li ntlemaħ oġġett żgħir li seta’ kien bomba.Minnufih membri tal-Forzi Armati marru fuq il-post, fejn bdew jevakwaw kull min kien hemm fuq il-bajja.Dan l-istazzjon jinsab infurmat li l-oġġett huwa kkonfermat li hu bomba żgħira taż-żmien it-Tieni Gwerra Dinjija.ONE News infurmat ukoll li li x’aktarx l-operazzjonijiet tal-Forzi Armati fuq il-post se jibqgħu għaddejjin sa aktar tard it-Tnejn filgħaxija u anke sat-Tlieta filgħodu.F’Marsaxlokk, fi żmien it-tieni gwerra dinjija kien hemm stazzjonata dik magħrufa bħala l-Fleet Air…

Read More

Raġel ta’ wieħed u tletin sena mill-Fgura baqa’ jinżamm arrestat wara li kien mixli li hedded lil qrabatu u li kien f’pussess ta’ droga kannabis.Instema fil-Qorti kif il-Pulizija irċeviet rapport migħand ħut l-akkużat li allegatament kellu arma tan-nar u heddidhom permezz tal-mobile.Wara tfittxijiet li saru fid-dar irriżulta kif ma nstabu l-ebda armi tan-nar iżda instabu tliet armi li jaqtgħu u bil-ponta.Barra minn hekk il-Pulizija sabet ammont ta’ sustanza suspettata li hija kannabis.Intqal ukoll li nstabet arma bil-ponta oħra fil-vettura tal-akkużat li skont id-difiża tintuża għal skopijiet ta’ xogħol.Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest iżda din l-prosekuzzjoni oġġezzjonat u saħqet fuq il-protezzjoni tal-allegat…

Read More

Fl-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati f’Ta Kandja tħabbar li l-korsijiet li jattendu l-ħaddiema fil-korpi dixxipplinati kollha se jkunu akkreditati, jiġifieri li dawn il-korsijiet isarrfu daqs ċertifikat f’livell ta’ A Level.Waqt konferenza stampa ntqal kif għalkemm il-korpi dixxiplinati kellhom bżonn titjib fl-infrastruttura u t-tagħmir, din l-akkreditazzjoni se tagħti r-ruħ lill-ħaddiema tal-korpi, fosthom il-Pulizija u s-suldati fl-Armata.Il-Ministu għall-Intern, Byron Camilleri spjega kif dan ifisser li t-taħriġ tal-korpi se jkun aktar organizzat, u b’hekk huwa sodisfatt li qed jara l-akkademija tagħmel dan il-pass storiku.Stqarr kif dan kien pass ieħor sabiex il-korpi dixxiplinati verament ikollhom dak li għandhom bżonn, u kif it-titjib fil-kundizzjonijiet tal-korpi huwa xhieda…

Read More

Il-Kumpanija Maltco Lotteries tat donazzjoni ta’ ħamsin elf ewro lill-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli biex tużahom f’inizjattivi li jippromwovu l-logħob tal-azzard b’mod responsabbli.Il-Manager tal-Fondazzjoni, Kevin O’Neill stqarr kif il-Fondazzjoni se taħdem aktar mal-kumpanija Maltco biex tara li l-appell ta’ logħob responsabbli jkun wieħed ċar.Dan għaliex minkejja li l-abbuż huwa perikoluż, il-logħob tal-azzard fih innifsu jista’ jitgawda jekk isir b’mod responsabbli.O’Neill qal, “Aħna nemmnu li l-logħob għandu jkun post fejn wieħed għandu jieħu pjaċir u mhux li jiġi dipendenti minn dak il-post jew dik ir-rikreazzjoni li jkun qed jieħu jiġifieri importanti li dak il-bilanċ ikun hemm.”Il-Kap Eżekuttiv ta’ Maltco sostna kif apparti din…

Read More

Lejliet il-festa tal-Madonna tad-Duluri f’San Pawl il-Baħar, ġew inawgurati erba’ pitturi ġodda tal-artist Adonai Camilleri Cauchi, li se jiddendlu fil-Knisja tad-Duluri fl-istess lokalità.ONE News tkellem mal-Kappillan Joseph Mamo, li spjega kif l-istil ta’ dawn il-pitturi se jikkumplimenta d-diversi fatturi tal-Knisja.Fr Joseph qal, “Ġew inawgurati dawn l-erba’ pitturi li hawn warajja li jissimbolizzaw lil San Pawl, San Ġwanni l-Battista, Aaron u David li ser ikomplu jikkumplimentaw mal-pitturi li diġà saru f’din il-Knisja. Din il-Knisja li hija proprju fuq il-ġebla Maltija, però minn meta nħolqot din l-idea li jsiru diversi xbihat, qegħdin ikomplu jsebbħu dan it-tempju.”Il-Kappillan spjega li minħabba li l-ġebla Maltija…

Read More

Wara li ngħalaq l-impjant Wieħed u tletin ta’ Marzu fil-qalba ta’ Birżebbuġa l-ġimgħa li għaddiet, ir-residenti ta’ din il-lokalità għandhom is-serħan il-moħħ, li dan il-kapitlu ġdid ifisser arja u baħar aktar nodfa.Dakinhar tal-għeluq tal-impjant il-Viċi Sindku ta’ Birżebbuġa, Scott Camilleri sostna kif il-Gvern mhux talli ma nesiex lil dan ir-raħal, iżda ħadem b’mod attiv biex itejjeb l-għajxien tar-residenti kollha.Huwa qalilna, “L-għan tagħna bħala Kunsill dejjem kien li r-resident jibqa’ l-ewwel u l-kwalità tal-ħajja tar-resident trid tibqa’ titjieb u titjieb billi jkollok faċilitajiet ta’ bżonn u faċilitajiet ta’ kwalità ta’ ħajja u kwalità ta’ arja aħjar għar-residenti tagħna. L-isfreġju li sar…

Read More

Fil-qalba ta’ San Ġiljan, tħabbar investiment estensiv ta’ ħames miljun u ħames mitt elf ewro għar-riġenerazzjoni tal-Ġnien Spinola u ta’ Triq Paceville, li permezz ta’ dan l-investiment se ssir żona pedonali.Waqt il-konferenza tal-aħbarIjiet fl-istess ġnien, is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu, Ronald Mizzi stqarr kif l-aħħar attentat ta’ riġenerazzjoni ta’ din iż-żona kienet fl-elfejn u tmienja, iżda issa verament wasal iż-żmien ta’ bidla li jixraq lil din il-lokalità.Min-naħa tiegħu, il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo stqarr kif il-proġett huwa l-ewwel pass sabiex San Ġiljan ma jibqax biss ċentru ta’ divertiment, iżda jingħata lura lir-residenti.Sostna kif filwaqt li ż-żona tingħata lura lir-residenti, se…

Read More

Waqt il-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista, id-Deputat Mexxej għall-Affarjiet tal-Partit, Daniel Micallef irrimarka kif kważi sena mill-aħħar Konferenza Ġenerali, wieħed jista’ jara x-xogħol bla qies ta’ dan il-Partit f’qasir żmien.Huwa stqarr kif is-suċċess tal-Gvern iħoll u jorbot ma’ kemm il-ġid jasal għand kulħadd, anke t-tfal.Kien hawn li qal li permezz tal-ħidma tal-Partit Laburista, kull spazju miftuħ tat-tfal f’pajjiżna se jkun spazju fejn it-tfal ikunu liberi li jilagħbu u verament ikunu tfal.Il-Perit Daniel Micallef qal, “Nista’ nħabbar li s-sezzjoni kunsillieri issa se tkun qiegħda tikkordina u tibda l-ħidma sabiex tara li dawn jitneħħew u li t-tfal ikunu jistgħu jilagħbu b’mod liberu fil-ġonna…

Read More