Author: Milaine Buhagiar

B’kollaborazzjoni bejn ĠEMMA, il-bank HSBC u s-servizzi għas-saħħa mentali f’pajjiżna, qed jingħata kors dwar kif wieħed għandu jieħu ħsieb flusu bl-aħjar mod lil persuni bi sfidi mentali.Gilbert Grech, manager bankarju li qed imexxi l-kors, qal li grazzi għal dan it-taħriġ, dawk li jattendu jitgħallmu kif kulħadd jista’ jkollu problemi finanzjari.Grech spjega, “Is-suġġetti li għallimna kienu fuq it-tipi differenti ta’ infiq u t-tipi differenti ta’ tfaddil, tkellimna wkoll fuq prodotti li jistgħu jinxtraw li jkunu awtonomi nkella kumplimenti. Tkellima wkoll fuq l-importanza ta’ ‘budgeting’ u li jkunu jafu x’inhu d-dħul tal-flus tagħhom u x’inhu l-infiq tagħhom sabiex ovvjament ikunu jistgħu joħorġu…

Read More

B’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għall-Agrikoltura, il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali u d-Direttorat, tnediet l-ewwel edizzjoni tal-‘Animal Awards’.Patricia Azzopardi, id-Direttur għall-Ħarsien tal-Annimali spjegat kif in-nominazzjonijiet huma maqsumin f’għoxrin kategorija; għaxra ddedikati lin-nies u għaxra oħra lill-annimali.Azzopardi sostniet, “Nixtieq ninkoraġġixxi lil kulħadd hemm barra biex jinnomina dak l-annimal li forsi ħassu li għamel xi ħaġa speċjali, forsi bħal dawn li jassistu n-nies li għandhom nuqqas ta’ dawl jew forsi dik il-persuna li ħassu li għamel xi ħaġa speċjali biex salva dik il-kreatura tant sabiħa.”  Il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali spjegat li permezz ta’ dawn il-premji, se nisimgħu stejjer pożittivi ta’ min għandu għal qalbu l-annimali.Fl-istess waqt, se…

Read More

Fi żjara li għamel il-President George Vella lill-kumpanija Foster Clark Products Ltd, li tħaddem iżjed minn tliet mitt ruħ, innota s-sinerġija li teżisti bejniethom.Il-ħaddiema, kollha ta’ livell għoli ta’ edukazzjoni, ilhom jaħdmu mal-kumpanija iżjed minn għaxar jew għoxrin sena.Il-Kap Eżekuttiv Joseph Busuttil, qal li din il-kumpanija ilha topera f’Malta għal aktar minn ħamsa u ħamsin sena, u tipproduċi prodotti tal-ikel u x-xorb li jiġu esportati f’iżjed minn sebgħin pajjiż.F’kelmtejn tal-okkażjoni, il-President Vella faħħar l-investiment kontinwu li jsir mill-kumpanija sabiex ikollha iżjed teknoloġija avvanzata.Il-President Malti stqar, “Li tiġi hawnhekk u tara r-rabta li hemm bejn in-nies kapaċi li hemm li huma…

Read More

Studenti fil-Fakultà tal-Ekonomija fl-Università ta’ Malta se jitgħallmu aktar dwar it-tijorija tal-logħob grazzi għal ftehim bejn l-Università u l-Awtorità Maltija għal-Logħob.Il-Kap tad-Dipartiment tal-Ekonomija, il-Professur Philip von Brockdorff, qal ukoll li s-suġġett se jitmezza mill-Professur rinomat Amerikan, Andrew Narwold.Huwa qalilna: “Imma b’mod partikolari wkoll jipprepara lill-istudenti tagħna forsi jkun hemm min ukoll jitħajjar jidħol jaħdem fis-settur tal-logħob għaliex ovvjament importanti li t-teorija wkoll tgħin lill-istudenti biex ovvjament ikunu familjari ħafna mat-teknika f’dak li għandu x’jaqsam mat-teorija tal-logħob.”Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella, qal li l-Università tkun interessata li toffri wkoll taħriġ fis-settur tal-logħob għal dawk kollha li diga’ jaħdmu f’dan is-settur u…

Read More

Lil hinn mill-arti sagra li l-artist Jennings Falzon huwa normalment magħruf għaliha, l-esebizzjoni l-ġdida tiegħu, ‘Elementi’, titratta ħolma u battalja bejn it-tajjeb u l-ħazin.Quddiem din l-esebizzjoni, Falzon spjegalna l-uzu tas-seba’ elementi prinċipali fl-arti fosthom, Il-linja, il-forma, il-kulur kif ukoll il-valur.Qal, “L-idea ta’ elementi hija ġejja għaliex fl-arti hemm seba’ elementi li għandek tuża. Ovjament jien naħdem ħafna xogħol 3D u allura ninkludi ftit minn dawn l-elementi imma bażikament dik hija l-idea ta’ din l-esebizzjoni li ngħaqqad dawk is-seba’ elementi biex ħloqt din l-esebizzjoni”Stqarr li meta kien qed jaħdem fuq dawn ix-xogħlijiet żamm f’moħħu l-kunċett tal-bilanċ fil-ħajja.Spjega, “Ħafna mix-xogħlijiet huma ħolma…

Read More

Matul ix-xahar ta’ Lulju se jkunu qegħdin jittellgħu l-Malta International Arts Festival u l-Malta Jazz Festival, żewġ festivals li se jagħtu pjaċir lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-mużika u l-kulturaDan tħabbar waqt konferenza ġewwa lukanda ewlenija fil-Furjana fejn il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Annabelle Stivala stqarret li l-għan prinċipali ta’ dawn iż-żewġ avvenimenti huwa li joħroġ iżjed it-talent lokali.Stivala spjegatilna ftit minn dak li se jkun qed jinvolvi l-Malta International Arts Festival: “Għandna l-‘Mad music and dance’, għandna għada li ħa jibda l-festival bih li huwa ċ-chamber orchestra b’kollaborazzjoni mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta. Għandna wkoll xi ħaġa interessanti…

Read More

Permezz ta’ ftehim li ġie ffirmat għal ħamsa u sittin sena bejn il-grupp CareMalta Group u s-Soċjetà Filarmonika La Stella, propjetà fir-Rabat Għawdex se tinbidel f’faċilità  li tagħti servizz soċjali lill-Għawdxin. Dan huwa l-ewwel proġett li fih CareMalta se tkun qed testendi s-servizzi tagħha f’Għawdex, fi propjetà li tinsab taħt iċ-Ċittadella u wara t-Teatru Astra fejn se jkun hemm sittin sodda.Il-Kap Eżekuttiv tal-grupp CareMalta qalet li sabiex din il-faċilità tkun tista’ toffri l-aħjar servizzi se jkun qed isir ukoll studju mal-Fakultà tal-Ħarsien Soċjali fi ħdan l-Università ta’ Malta.Qal, “Aħna kull ma nagħmlu nemmnu li għandu jsir b’mod professjonali u b’mod…

Read More

Hekk kif ilbieraħ l-għawwiem Neil Agius beda l-għawma mill-gżira Linosa, li tinsab viċin it-Tuneżija, sa Malta, sa issa kopra l-ewwel għaxar kilometri tal-għawma f’inqas minn sagħtejn.Neil kellu lejl li ma kienx wieħed faċli hekk kif il-kurrent b’saħħtu fixkel ftit lil Neil minħabba l-fatt li l-mewġ kienu qed jolqtuh kontinwament minn quddiem kif ukoll mill-ġenb.Minħabba dan huwa naqqas il-veloċità tiegħu matul il-lejl u qed ibati minn xi ugigħ fl-għaksa tan-naħa tax-xellug.Minkejja dan, mas-sbieħ il-ġurnata Neil reġa’ qabad b’ritmu mgħaġġel.Ritratt: Kurt ArrigoTa’ QabelŻagħżugħ ta’ 20 sena fil-periklu tal-mewt u ieħor bi ġrieħi gravi wara argument f’San Ġiljan See original Article on www.one.com.mt

Read More

Fil-qalba u fil-ħemda tal-belt tas-Siġġiewi, ħames anzjani nisa mimlijin ħajja, se jirrakkontaw stejjer tal-passat fi produzzjoni teatrali.“F’Ħakka t’Għajn”, hija produzzjoni teatrali li qed issir b’kollaborazzjoni bejn l-Università ta’ Malta u d-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva, bħala parti minn riċerka ikbar li tinvolvi bosta pajjiżi.Dr Isabelle Gatt, il-produttur tad-dramm, spjegat li l-anzjani għandhom ħafna x’joffru lis-soċjetà, u biex iħejju ruħhom bl-aħjar mod, qed jagħmlu eżerċizzji tat-teatru u tal-ħsieb spiritwali.Qalet, “Ġbarna l-istejjer minnhom għall-iskritt u din hija importanti ħafna għaliex dan jiġifieri huwa skritt tagħhom li nħoloq minnhom u ovvjament imbagħad kellna kittieb, Simon Bartolo li żewwaqhom vera sbieħ flimkien u rnexxielu jagħmel xi…

Read More

Il-Ġimgħa filgħaxija ġie inawgurat il-Mużew Malti għall-Futbol, fit-tieni sular tal-Grawnd Nazzjonali f’Ta’ Qali.Fih hemm esebiti l-iżjed trofej antiki u prestiġġjużi flimkien ma’ flokkijiet, dokumenti u affarjiet li jfakkru l-memorja ta’ plejers, kowċis u uffiċjali li għamlu isem lil pajjiżna.Il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol innota kif il-fatt li l-ftuħ tal-mużew sar fil-preżenza tal-President tal-FIFA, jagħmel din l-okkazjoni iżjed speċjali.Qal, “Qed isiru proġetti ta’ investiment kapitali fl-infrastruttura sportiva verament importanti u naħseb kollox ma’ kollox juri dak li huwa l-progress li qiegħed jagħmel il-football Malti fil-livelli kollha.”Il-President tal-FIFA qal li l-ġurnata li qatta’ f’pajjiżna tmur lil hinn minn sempliċiment ċelebrazzjoni tal-futbol.Spjega, “A country…

Read More