Author: Nolan Camilleri

Il-kumpanija Norveġiża bbażata f’Malta, Norwex irriġenerat Ġnien il-Ġenerazzjonijiet fir-residenza San Vinċenz De Paul permezz tar-responsabbilità soċjali korporattiva.L-għotja li tlaħħaq il-mija u ħamsin elf ewro ser tkun qed tara żewġ proġetti oħra fi ħdan ir-residenza apparti dak ta’ Ġnien il-Ġenerazzjonijiet.Apparti minn hemm il-kumpanija se ssebbaħ Rużar Briffa u tieħu ħsieb li tkabbar ċertu ħxejjex fi ġnien għall-persuni bid-dimensja.F’konferenza tal-aħbarijiet is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva, Matthew Vella rringrazzja lil Norwex talli għażlet lir-residenza ta’ San Vinċenz biex toffri għajnuna tagħha.Is-Segreatarju Permanenti Matthew Vella nnota kif din tfisser ħidma id f’ id bejn il-Gvern u s-settur privat għal ġid komuni tas-soċjetà.Huwa…

Read More

Tnediet l-Aġenzija Maltija għall-ikel li se tieħu ħsieb il-proċess ħolistiku tal-prodott lokali mill-produzzjoni sa kemm dan jasal għand il-konsumatur.Fost l-ewwel inkarigi li diġà qed taħdem fuqhom hija r-riforma tal-pitkalija li kienet imħabbra sena ilu, apparti xogħol fil-pixkerija u fil-biċċerija pubblika fost oħrajn.L-Aġent Kap Eżekuttiv, Emanuel Schembri nnota kif permezz ta’ din l-aġenzija dak kollu li għandu x’jaqsam mal-ikel se jkun taħt saqaf wieħed.Huwa qal, “L-ewwel ma rridu nagħmlu huma standards tal-prodotti, li intellgħulhom ċerta livelli u kwalità. Mhux qed ngħid li m’hemmx kwalità imma nemmen li għad hemm ħafna xi jsir f’dak li huwa l-preżentazzjoni tal-prodott.”Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru, Sharlo Camilleri…

Read More

Imsieħba soċjali li tkellmu ma’ ONE News urew sodisfazzjon għad-deċiżjoni tal-Gvern li l-COVID Wage Supplement jitnaqqas gradwalment mix-xahar id-dieħel iżda’ jibqa’ jingħata sal-aħħar tas-sena.It-tnaqqis se jsit skont l-impatt fuq id-dħul tal-kumpanija, li jfisser li l-għajnuna se tibqa’ hemm għal min ikollu bżonn.Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u r-Ristoranti, Tony Zahra spjega kif minn tilef aktar minn ħamsa u ħamsin fil-bejgħ tiegħu, iġifieri l-aktar li huma milquta ser jibqgħu jirċievu l-benefiċċju b’mod sħiħ.Huwa stqarr: “Il-wage supplement mhuwiex ser jieqaf għal kulħadd l-istess. Infatti, jekk inti tlift iktar minn ħamsa u ħamsin fil-mija mid-dħul tiegħek allura ser tibqa’ l-istess sal-aħħar tas-sena. Però jekk inti…

Read More

In-negozji Maltin komplew juru reżiljenza u fiduċja fl-ekonomija Maltija, xhieda ta’ dan huma diversi ċifri u statistiċi li nnotat il-gazzetta KullĦadd, f’analiżi dwar is-saħħa tan-negozji Maltin.Iċ-ċifri juru kuntrast qawwi tal-mod kif in-negozji qegħdin jaġixxu fi żmien il-pandemija meta mqabbla mal-kriżi finanzjarja tal-2008.Meta wieħed iqabbel l-investimenti li saru fl-2020 b’total ta’ 125 investiment approvat mill-Malta Enterpirse dan ifisser tmien darbiet iżjed mill-15 fl-2008.Kien innotat ukoll kif l-investimenti waqt il-pandemija fl-2020 ma kinux affettwati hekk kif baqgħu stabbli meta mqabbla mas-snin ta’ qabel. Dan għal kuntrarju ta’ dak li ġara wara l-2008 meta l-investimenti damu biex irkupraw.Mhux biss in-numru t’investimenti juru r-reazzjoni…

Read More

Immigrant ta’ tmienja u għoxrin sena mill-Gambja baqa’ jinżamm arrestat hekk kif il-Ħadd allegatament instab fil-pussess ta’ ħdax-il qartas b’sustanza suspettata kannabis.L-akkużat, Sedat Bojang, kien arrestat mill-Pulizija tat-taqsima tar-Rapid Intervention Unit fil-Marsa fejn irriżulta kif l-akkużat barra l-qratas, allegatament kellu wkoll droga sintetika ġdida fis-suq.Il-każ ġie meqjus bħala pussess aggravat hekk kif l-akkużat ġie mixli li nqabad bis-sustanzi f’inqas minn mitt metru bogħod minn fejn jinġabru iż-żgħażagħ.Bojang wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.Ta’ QabelKonsultazzjoni pubblika dwar il-Fond Ewropew Soċjali Plus See original Article on www.one.com.mt

Read More

Id-Diviżjoni tad-Tindif u l-Manutenzjoni qed tgawdi minn uffiċini amministrattivi ġodda f’Ħal Luqa hekk kif qed tkompli tkabbar il-ħidma tagħha madwar il-pajjiż.F’konferenza tal-aħbarijiet kien spjegat kif dan l-investiment qiegħed ikompli jikkumplimenta investiment ieħor f’makkinarju u teknoloġiji ġodda li ser ikunu mmexxija mill-ħaddiema li jaħdmu f’din id-diviżjoni.Dan qiegħed isir fi żmien fejn il-ħaddiema tad-Diviżjoni qegħdin jagħmlu parti mill-kampanja nazzjonali ‘Insebbħu Pajjiżna’ barra mill-ħidma li huma jwettqu fuq bażi ta’ kuljum. F’din il-kampanja issemma kif fost l-oħrajn ġew miġbura mas-sitt mija u tletin tunnellata ta’ skart mit-toroq f’temp ta’ xahar. Dan apparti skart goff ieħor li kien mormi illegalment.Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni, Ramon Deguara…

Read More

Kollaborazzjoni bejn żewġ entitajiet governattivi ser twassal għal proġett ta’ għodda dwar il-ħarsien tar-Regolamenti Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.Dan il-proġett huwa parzjalment iffinanzajt mill-aġenzija tas-Servizzi Ewropej f’Malta.F’konferenza għall-aħbarijiet kien innotat kif dan il-proġett ser isir b’investiment li jlaħħaq l-mitejn u ħamsin elf ewro maqsum f’żewġ fażijiet.L-ewwel fażi li nbdiet fl-2019 rat kampanja edukattiva fuq il-mezzi soċjali u fi spazji pubbliċi bil-għan li l-pubbliku jkun mgħarraf dwar x’inhi l-protezzjoni tad-data u l-obbligi marbuta dwarha.Issa, l-proġett implimentat mill-Uffiċċju tal-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data ser jgħaddi għat-tieni fażi tiegħu, li ser tara għodda biex l-intrapriżi żgħar u medji jinfurmaw u jirregolarizzaw l-ħidma tagħhom.Il-Kummissarju għall-Informazzjoni u…

Read More

L-ewwel belt kapitali Maltija, l-Imdina se tgawdi minn investiment fi proġett ta’ illuminazzjoni.Se jiġu nstallati sistemi ta’ dwal barra binjiet importanti, fosthom il-Katidral tal-Mdina, il-bibien prinċipali u Pallazzo Vilhena.Imbagħad il-proġett mistenni jidħol fit-tieni fażi meta jinbidlu d-dwal fil-belt stess mgħammra b’teknoloġija moderna li se tnaqqas it-tniġġiż iġġenerat mid-dawl.Fl-aħħar tal-proċess se jinbidel id-dawl mal-fortifikazzjoniet tal-belt u Ġnien Howard.Dan kollu se jsir b’investiment ta’ miljun ewro, u huwa parti minn kullana ta’ proġetti li jlaħħqu t-tliet miljun ewro f’siti differenti.Is-sindku tal-Imdina laqa’ b’sodisfazzjon dan il-proġett li jikkumplimenta restawr ieħor li sar fil-passat.Qal, “Ftit snin ilu sar ir-restawr tas-swar u din kienet iċ-cherry…

Read More

Il-mini pedonali f’Tal-Qroqq ġew ivvandalizzati wara li kien għadu kif sar investiment fil-manutenzjoni tas-sit li jgħaqqad bosta bnadi fiż-żona b’mod sigur.Ftit tal-ġimgħat wara li dan ix-xogħol tlesta minn Transport Malta, saret ħsara lill-infrastruttura tal-post, bi tkissir ta’ mirja u graffiti mingħajr awtorizzazzjoni.L-investiment ta’ madwar sebgħin elf ewro f’dan il-post inkluda tindif estensiv tal-mini, installazzjoni ta’ hand rails biex ikunu aktar aċċessibbli u sistemi ta’ dwal LEDs li joffru aktar sigurtà.Kevin Brincat, uffċjal għoli fi ħdan Transport Malta, tenna li se jittieħdu aktar prekawzjonijiet biex il-mini pedonali jibqgħu jintużaw mingħajr deterrent.Qal, “Ħa jkun hemm prekawzjoni u miżuri fis-seħħ biex kemm jista’…

Read More

Is-servizz pubbliku nieda policy dwar ix-xogħol mid-dar, magħruf bħala ‘Remote Working’, wara dak imħabbar fil-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku.Il-ħidma fuq din il-policy bdiet bi proġett pilota u żdiedet minħabba l-impatt tal-COVID-19 fuq il-mod ta’ kif jopera s-servizz pubbliku.F’kumment ma’ ONE News, il-Kap taċ-Ċivil, Mario Cutajar, innota kif din l-inizjattiva turi kemm is-servizz pubbliku qed ikun katalist għall-bidla biex jadatta għall-ħtiġijiet tal-lum.Huwa spjega d-differenza bejn is-sistema eżistenti tat-teleworking, fejn l-individwu jitlob għal dan l-arranġament, għar-remote working, li se jkun qed jaħdem b’mod differenti.Qal, “Differenti mit-teleworking għall-fatt primarju li bit-teleworking seta’ jkollok ħaddiema fuq it-talba tagħhom individwali. Fejn jidħol ir-remote working mhux biss ser…

Read More