Author: One News

Indjan ta’ tnejn u tletin sena ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li xerred filmat sesswali tal-ex sieħba tiegħu.Il-Qorti semgħet kif Jaysal Kuyil Kandam, li jaħdem f’pajjiżna, m’aċċettax il-fatt li l-eks sieħba tiegħu telqitu għal persuna oħra u bi tpattija xerred filmat intimu li kellhom waqt ir-relazzjoni tagħhom.Huwa xerred il-filmat li ttieħed bil-kunsens taż-żewġ partijiet però s-sieħba qalet li hi qatt ma tat il-permess li l-filmat joħroġ għand terzi persuni.Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ seba’ mija u ħamsin ewro u garanzija personali ta’ tmien t’elef ewro.L-imputat ġie ordnat li jiffirma f’għassa tal-pulizija darbtejn…

Read More

Żagħużgħ ta’ 21 sena ttieħdet l-isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fix-Xemxija. Il-każ seħħ għall-ħabta tan-12:30 fi Triq il-Mistra fix-Xemxija meta seħħet ħabta bejn vettura misjuqa miż-żagħżugħa u vann misjuq minn raġel ta’ 48 sena minn Birżebbuġa.Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet liż-żagħżugħa l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.Ta’ QabelRepubblika reġgħu għand Grech… jgħiduha huma biex ma jerġgħux jinkixfu See original Article on www.one.com.mt

Read More

Ta’ Repubblika reġgħu kienu għal-laqgħat fid-Dar Ċentrali għal-laqgħat mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech.Dawn huma laqgħat li fihom tkun saħansitra diskussa strateġija politika tant li għaliha attendew Ray Bezzina u Chris Peregin, dawk li Bernard Grech għażel bħala strateġisti tiegħu.Laqgħat bħal dawn diġà saru bil-moħbi fl-aħħar ġimgħat iżda wara li nkifxu li ltaqgħu bil-moħbi din id-darba kien hemm qbil li l-laqgħa aħjar tkun pubbliċizzata mill-ewwel.Għalhekk ta’ Repubblika tellgħu komunikat fuq il-midja soċjali mill-ewwel.Dan sar anke għaliex il-Partit Nazzjonalista bħalissa qed ikollu ħruġ ta’ informazzjoni kontinwa f’dak li hu meqjus bħala sinjal qawwi ta’ sfiduċja minn nies minn ġewwa fid-deċiżjonijiet li qed…

Read More

Fl-aħħar sigħat fiequ mija sitta u għoxrin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew erbgħa u disgħin (94) każ minn fost tlett elef, mija u sitta u tletin testijiet.Bħalissa hawn elfejn, mitejn u tnejn u sittin każ attiv.B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru miljun u wieħed u sebgħin elf, tmien mija u żewġ testijiet.Ingħataw ukoll seba’ mija u erbgħa u erbgħin elf, ħames mija u wieħed u għoxrin doża (744,521) tal-vaċċin. Minnhom, tliet mija u tlieta u disgħin elf, u tnejn u sittin (393,062) kienu l-ewwel doża u tliet mija u sebgħin elf, mija u sebgħa u tmenin persuna huma kompletament imlaqqma.L-awtoritajiet tas-saħħa…

Read More

Libjan ta’ 54 sena mill-Gżira ndarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bejn 4 karozzi f’San Ġiljan.Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10 ta’ filgħaxija fi Triq Mikiel Anton Vassalli.Minn investigazzjoni preliminari ħareġ li kien hemm ħabta bejn 4 karozzi.Karozza tat-tip Peugeot 207 misjuqa minn Taljan ta’ 40 sena, oħra Honda Fit misjuqa minn mara ta’ 38 sena li magħha kellha passiġġier ta’ 38 sena, Toyota Aygo misjuqa minn raġel ta’ 68 sena u Suzuki Baleno misjuqa mil-Libjan.Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-assistenza u ambulanza li ħadet lir-raġel Libjan l-isptar għall-kura filwaqt li l-persuni l-oħra ma sofrewx ġrieħi.L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar…

Read More

Għall-ħabta tal-10:00 ta’ filgħodu, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela, ser ikun intervistat permezz ta’ kollegament telefoniku.Kull min jixtieq isegwi dan il-kollegament telefoniku jista’ jagħmel dan fuq ONE Radio.Ta’ QabelIrid jibdel id-dinja f’disgħin jum… ġurnalisti jinnutaw kif bil-fatti għamel mod ieħor See original Article on www.one.com.mt

Read More

Komplew il-protesti madwar id-dinja kontra l-awtoritajiet tas-saħħa minħabba d-diversi resitrizzjonijiet li qed jieħdu biex jikkontrollaw l-imxija tal-Coronavirus. Din id-darba fi Franza ħarġu madwar 160,000 persuna fit-toroq ewlenin tal-pajjiż.F’Pariġi għexieren ta’ Pulizija kellhom jisparaw gass tad-dmugħ sabiex iferxu lill-folla enormi li nġabret għal dawn il-protesti, filwaqt li ġie rrappurtat li saru bosta arresti.Ta’ QabelFiduċja b’saħħitha fil-PM u fil-mod kif il-Gvern qed imexxi waqt pandemija – stħarriġ tat-Times See original Article on www.one.com.mt

Read More

ONE News jinsab infurmat li żviluppaw xi nirien f’dar li tinsab fi Triq is-Saqwi, Ħaż-Żabbar.Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4:40 ta’ waranosinhar.Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku.L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.Ta’ QabelAktar għaqdiet volontarji jibbenefikaw minn skema biex jinstallaw sistemi fotovoltajċi See original Article on www.one.com.mt

Read More

ONE News jinsab infurmat li żviluppaw xi nirien f’dar li tinsab fi Triq is-Saqwi, Ħaż-Żabbar.Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4:40 ta’ waranosinhar.Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku.L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.Ta’ QabelAktar għaqdiet volontarji jibbenefikaw minn skema biex jinstallaw sistemi fotovoltajċi See original Article on www.one.com.mt

Read More