Author: ONE SPORTS

It-tim nazzjonali Malti tal-Waterpolo ta’ taħt il-ħmistax-il sena, kiseb rebħa storika u importanti fil-Kampjonat Ewropew taż-Żgħażagħ fil-Portugall meta fil-play-off għall-pożizzjonijiet finali għeleb lil Ġorġja bl-iskor kbir ta’ 21 għal 8.It-tim immexxi mill-kowċ Anthony Farrugia rebaħ is-sessjonijiet kollha, rispettivament: 4-3, 4-1, 6-1 u 7-3.L-aqwa scorer ghal Malta kien Jayden Cutajar bi tmien goals. Segwew Jayden Cassar u Elijah Schembri b’hat-trick u Zak Cutajar Licari b’żewġ goals.Goal kull wieħed ġew skurjati minn: Luigi Dimech, Gabriel Bonavia, Dean Bugeja, Cain Cutajar u Lee Montebello Brownrigg.It-tim Malti jerġa’ jkun fl-azzjoni għada l-Ġimgħa fl-4:00 ta’ waranofsinnhar fil-logħba għat-13 jew l-14-il post kontra Franza.Ta’ QabelL-Olimpjadi f’Tokjo…

Read More

Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Kulleġġ għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija ntqal li llum saret laqgħa ta’ medjazzjoni bejn l-MCAST u l-Unjin tal-Għalliema, l-MUT, bil-għan li tissolva t-tilwima industrijali bejn iż-żewġ partijiet. Din il-laqgħa saret bl-intervent ta’ medjatur indipendenti miftiehem miż-żewġ partijiet, iżda sa issa għadu ma ntlaħaqx ftehim u għalhekk għada mistennija aktar taħditiet.Il-Ministeru għall-Edukazzjoni tenna l-pożizzjoni tiegħu favur id-drittijiet tal-istudenti biex jiksbu r-riżultati tagħhom u se jappoġġa lill-MCAST biex jieħu l-azzjonijiet legali kif meħtieġ jekk it-taħditiet ifallu.Meta kkummenta dwar is-sitwazzjoni attwali, il-Prinċipal u l-Kap Eżekuttiv tal-MCAST il-Professur Joachim James Calleja qal, “Id-direttiva hija sproporzjonata meta mqabbla mat-talbiet li…

Read More