Author: Owen Teuma

NewsbookRead in English.L-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi ddeskriva dak li ġie żvelat li ġara b’rabta mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia bħala ‘traġedja li ġiet fuqna lkoll.’  F’kitba fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, Dr Gonzi qal li r-reputazzjoni ta’ pajjiżna saret frak. Huwa qal dan ġara għax kien hemm uħud li ma ridux jaċċettax ir-realtà meta din l-istess realtà kienet quddiem għajnejhom.“Oħrajn għażlu li jħarsu n-naħa l-oħra u riedu biss jaraw l-interessi ta’ buthom,” żied jgħid l-eks Prim Ministru. tagħhom biss.Dr Gonzi kien qed jirreaġixxa għar-rapport tal-inkjesta pubblika ppubblikat nhar il-Ħamis li sab lill-Istat Malti responsabbli għall-assassinju tal-ġurnalista, u għall-ħolqien ta’…

Read More

Photo by Miguela XuerebRead in English.Ġuvni ta’ 14-il sena mill-Imsida dalgħodu tressaq il-Qorti akkużat b’ żewġ aggresjonijiet separati li fihom intużat sikkina. L-iktar każ reċenti seħħ nhar it-Tlieta f’Tas-Sliema u l-ieħor ġara erbat ijiem qabel f’Tal-Pieta.Fil-Qorti nsema kif fil-lejl ta’ bejn it-23 u l-24 ta’ Lulju l-imputat innifsu mar jagħmel rapport lill-Pulizija u qallhom li kien ikkaġuna ġrieħi b’sikkina lil żagħżugħ ta’ 24 sena fid-dar tal-vittma. Bdanakollu, l-prosekuzzjoni qalet li l-akkużat ta verżjonijiet differenti ta’ x’ġara f’Tal-Pietà.Fil-Qorti nstema wkoll li fis-27 ta’ Lulju, f’Tas-Sliema, l-istess żagħżugħ allegatament ikkaġuna ġrieħi gravi lil Ingliż ta’ 21 sena.Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li…

Read More

Miguela XuerebIl-Kunsill Mediku Malti qed jinkoraġixxi lill-pubbliku ġenerali u lill-professjonisti biex jieħdu t-tilqim u jsegwu l-pariri għal distanza soċjali, ilbies tal-maskri, u miżuri ta’ iġjene kif ordnati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika.Fi stqarrija, il-Kunsill Mediku Malti spjega li l-pandemija tal-COVID-19 affetwat lill-professjonisti u lill-pubbliku ġenerali. Huma saħqu li t-tilqim huwa mingħajr dubju għodda essenzjali biex jitrażżnu l-effetti tal-pandemija tal-Covid-19. Il-Kunsill faħħar lill-awtoritajiet li qegħdin jagħmlu sforz biex iqassmu l-vaċċin.Il-Kunsill Mediku Malti huwa l-korp regolatorju għall-professjonisti tal-mediċina u d-dentisti u għandu l-mandat li jiżgura standards professjonali u etiċi kif ukoll siguri tal-pazjent. Il-Kunsill Mediku ppubblika linji gwida ta’ dawn l-istandards.Il-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija…

Read More

Ritratt: UnsplashRead in English.Fi stqarrija l-Moviment Graffitti sejjaħ is-sentenza ta’ sitt xhur ħabs mogħtija  lil żewġ koppji li nqabdu fl-ajruport b’passaporti foloz bħala “ġudizzju inġust” li juri li r-razziżmu f’pajjiżna huwa istituzzjonalizat.Il-koppji kienu fi triqthom lejn il-Belġju meta ġew arrestati fl-ajruport. Fuqhom sabulhom passaporti foloz. Huma tressqu l-Qorti u ngħataw sentenza ta’ sitt xhur ħabs.Fi stqarrija l-Moviment Graffitti nnota kif ulied dawn il-koppji, li ma jaħtu xejn, spiċċaw ‘orfni’ mis-sistema.Il-Moviment esprima t-tħassib tiegħu dwar il-forom ta’ razziżmu istituzzjonalizzat evidenti fis-sistema tal-ġustizzja kriminali.  Għaldaqstant, sejjaħ għal mod iktar uman u ġust ta’ sentenzjar kif ukoll għat-tmiem immedjat tar-razziżmu istituzzjonalizzat fit-twettiq tal-ġustizzja kriminali.“Il-Qrati…

Read More

Ritratt: MFSAL-avukat Irlandiż Joseph Gavin se jkun il-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA). Gavin se jidħol f’dan ir-rwol minn Settembru li ġej.Fi stqarrija tal-MFSA ġie spjegat li Joseph Gavin intagħzel wara li kien hemm sejħa għall-applikazzjoni li kienet miftuħa għal kulħadd.Joseph Gavin serva bħala konsulent għall-Bank Ċentrali Irlandiż bejn l-2008 u l-2015. Riċentament, kien ukoll partner f’ditta legali Irlandiża.Gavin se jkun qiegħed jieħu post Chris Buttigieg li kien qed iservi bħala CEO b’mod temporanju. Buttigieg kien inħatar CEO b’mod temporanju wara li rriżenja Joseph Cuschieri minn din il-kariga.Joseph Cuschieri kien irriżenja minn Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji…

Read More

Miguela XuerebIċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo qal illi jeħtieġ li r-rapport tal-inkjesta pubblika jkun spunt għal bidla fl-iżvilupp politiku, soċjali, kulturali u legali ta ’pajjiżna.Fi stqarrija l-ADPD saħqu li r-rapport jidħol fid-detall tal-falliment tal-Istat u jiddeskrivi l-mod li bih ll-Istat inbidel f’qaddej ta’ interessi finanzjarji kbar.Fir-rapport tal-inkjesta pubblika li ġie ppublikat ilbieraħ, il-bord magħmul minn tliet imħallfin indipendenti kkonkluda li l-Istat għandu jerfa’ r-responsabbiltà għall-assassinju tal-ġurnalista, l-aktar għax ħoloq atmosfera ta’ impunità fil-pajjiż.Ir-rapport ta’ 437 paġna jgħid li filwaqt li ma rriżultax li l-Istat kellu rwol fl-assassinju li seħħ fl-2017, l-Istat għandu jinżamm responsabbli. Intqal li l-atmosfera ta’ impunità nħolqot mill-ogħla…

Read More

Ritratt: Miguela XuerebFetħu r-reġistrazzjonijiet għall-istudenti prospettivi għall-Istitut Sir Michelangelo Refalo Sixth Form f’Għawdex.Fi stqarrija l-istitut qal li l-applikazzjonijiet fetħu fis-26 ta’ Lulju 2021 u se jibqgħu miftuħa sas-17 ta’ Settembru 2021. It-tieni reġistrazzjoni se tiftaħ wara l-pubblikazzjoni tar-riżultat tas-SEC ta’ Ottubru.Għal aktar informazzjoni l-pubbliku jista’ wkoll jidħol fuq is-sit tal-Istitut smarsf.edu.mt u jagħfas online registration. Minn fuq is-sit wieħed jista’ jsib il-prospektus u l-lista ta’ kotba disponibbli għall-bejgħ mil-librerija tal-Istitut.Sentejn ilu l-Istitut Sir Michelangelo Sixth Form fir-Rabat Għawdex iċċelebra l-50 sena anniversarju mill-inawgurazzjoni tal-post bħala istitut tekniku.Sentejn ilu:Is-Sixth Form f’Għawdex tagħlaq 50 senaIxxerja din l-istorjaL-Artiklu ta’ QabelJiftħu l-applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali…

Read More

Ritratt: Miguela XuerebRead in English.Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li nstabu 111 każ ġdid ta’ Covid-19 minn 3,693 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa.Tħabbar ukoll li fiequ 199 persuna oħra, u n-numru ta’ każijiet attivi fil-komunità niżel għal 1,972.Ma miet ħadd fl-aħħar 24 siegħa u n-numru ta’ vittmi baqa’ ta’ 423.S’issa ngħataw 755,655 tilqima, u 379,016 persuna huma mlaqqmin kompletament.Minn 36 każ ta’ Covid-19 li hemm fl-Isptar Mater Dei bħalissa, wieħed minnhom qiegħed fl-ITU.Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.  See original Article on newsbook.com.mt

Read More

Ritratt: Facebook-EnemaltaParti minn Triq l-Imrieħel, li tagħti għall-grawnd tal-Infetti, se tkun magħluqa għat-traffiku minn dalgħodu s’għada s-Sibt 31 ta’ Lulju fis-6am.Fi stqarrija, l-Enemalta spjegat li din it-triq se tkun magħluqa minħabba xogħlijiet t’emerġenza fuq cable tal-elettriku ta’ vultaġġ għoli. Sakemm isiru x-xogħlijiet, is-sewwieqa iridu jgħaddu minn toroq alternattiva fil-viċin lejn Triq B. Bontadini.L-Enemalta qalet li dawn ix-xogħlijiet huma essenzjali biex jassiguraw l-istabbiltà’ tal-provvista tal-elettriku wara li kien hemm ħsarat f’cable taħt l-art.Ixxerja din l-istorjaL-Artiklu ta’ QabelIl-Qorti tordna li titwarrab l-istqarrija ta’ Andrew Mangion See original Article on newsbook.com.mt

Read More

Miguela XuerebIl-Qorti laqgħet it-talba ta’ Andrew Mangion sabiex titneħħa l-istqarrija li kien ta lill-Pulizija meta ġie interrogat fuq l-akkużi li qatel lil Eleanor Mangion Walker fl-2016. Dan ifisser li dak li Mangion qal lill-pulizija meta nterrogawh, ma jistax jintuża bħala prova kontrih fil-Qorti.Eleonor Mangion Walker kienet inqatlet b’daqqa ta’ mannara f’garaġġ fi Swieqi. Il-katavru tagħha kien instab imgeżwer fi qlugħ ta’ windsurfer u nstabet mejta f’maħżen f’Ħal Qormi.Andrew Mangion ta’ 40 sena, li qed ikun akkużatli qatel lil martu, kien mar hu stess għand il-Pulizija u ta lilu nnifsu f’idejhom. Ħu l-vittma qal li l-akkużat bi qtil tagħha, Andrew Mangion…

Read More