Author: Pearl Agius

Li nħeġġu liż-żgħażagħ biex sempliċiment jgħidu “le għad-droga” mhux strateġija effettiva imma rridu nitrattaw lin-nies b’dinjità u bi prattiċi li jnaqqsu l-ħsara.Dan kien kliem, il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer waqt konferenza li fiha pparteċipaw diversi akkedemiċi u politiċi.Engerer innota matul is-snin kien hemm politika restrittiva u kampanji li ma jindirizzawx il-ħtiġijiet tas-soċjetà.Dan filwaqt li llum il-ġurnata x-xjenza turina biċ-ċar li l-bniedem għandu bżonn aktar għarfien u informazzjoni biex id-dipendenzi jiġu indirizzata b’empatija u mingħajr ġudizzju.Hu sostna li rridu mmorru lil hinn minn pożizzjoni bbażata fuq ideoloġiji u morali.Id-diskussjoni waqt il-konferenza kienet tirrivolvi madwar is-soluzzjonijiet ibbażati fuq esperjenza u xjenza għal…

Read More

Il-President ta’ Malta George Vella, sema’ mill-qrib l-esperjenzi li għaddew minnhom kumpaniji u residenti fl-aħħar sena u nofs waqt żjara fil-gżira tat-tliet għoljiet.F’kumapanija tas-servizzi finanzjarji, Vella ltaqa’ mal-Bord tad-Diretturi kif ukoll ma’ diversi ħaddiema.Fil-fatt iċ-Chairman tal-Kumpanija Finanzjarja Michael Grech spjega li waqt il-laqgħa mal-President tar-Reppublika, iddiskutew sfidi attwali li qed jaffettwaw l-industrija.Huwa stqarr: “Il-President kien qiegħed jisma’ b’attenzjoni kbira, ħa notament u anki wegħdna illi fejn ikun hemm bżonn ikun hemm l-intervent tiegħu, jintervjeni għall-ġid tal-industrija u anki tal-pajjiż inġenerali.”Fix-Xewkija, il-President żar kumpanija oħra tal-għamara fejn f’kelmtejn tkellem dwar id-determinazzjoni tal-ħaddiema biex jinstabu soluzzjonijiet konkreti għall-inċertezza li ġabet magħha l-pandemija.Dan…

Read More

B’ħarsa lejn il-proċess fl-elfejn u tlettax li fih intagħżel il-Ġappun bħala l-pajjiż ospitanti għal-Logħob Olimpiku, il-Ġimgħa waranofsinhar ingħata bidu għall-Olimpjadi.Dan l-avveniment li suppost sar is-sena l-oħra, ġie pospost għal din is-sena minħabba l-pandemija u sal-aħħar minuta kien hemm dubji kbar jekk hux se jsir minħabba żieda qawwija fl-infezzjonijiet.Fil-fatt, sħtarriġ tal-opinjoni pubblika wera li residenti Ġappuniżi kienu kontra d-deċiżjoni li jittella’ dan l-avveniment mondjali tal-isport minħabba li l-kapitali Ġappuniża għadha taħt stat ta’ emerġenza kawża tal-pandemija.Minkejja dan, għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar ħin Malti, bdiet iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi, li damet għaddejja madwar tliet sigħat.Din iċ-ċerimonja kienet iddominata minn spettaklu kbir u kkulurit…

Read More

Grazzi għal għajnuna finanzjarja mingħand il-Malta Freeport Terminals flimkien mal-Malta Freeport Corporation, l-iskola Primarja ta’ Birżebbuġa se jkollha psikoterapista fuq bażi full-time.Dan għad-dispożizzjoni kemm tal-istudenti kif ukoll tal-għalliema matul is-sena kollha.Is-surmast Jean-Pierre Micallef spjega li l-iskola fiha sitt mija u tletin student li ġejjin minn erbgħin pajjiż.Qal, “Ħa jkollna psychotherapist full-time fl-iskola tagħna illi ħa jgħin lit-tfal bil-problemi personali tagħhom, soċjali ta’ mġieba u ta’ dixxiplina lit-tfal ta’ Birżebbuġa, kemm matul is-sena skolastika kif ukoll anki waqt skolasajf.”Dan qed isir bħala parti mill-proġett Blossom tal-Malta Trust Foundation.Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni, il-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca spjegat li din mhix nefqa imma investiment.Spjegat,…

Read More

It-traffikar uman huwa t-tieni l-aktar industrija illegali li minnha joħroġ profitt.Waqt konferenza li tat ħarsa lejn il-ħidma ta’ dawk li jagħtu l-ewwel għajnuna f’każijiet ta’ traffikar uman, iltqajna ma’ Jessica Saliba Thorne li hija l-koordinatriċi ta’ xelter li toffri l-Aġenzija Appoġġ.Magħna tkellmet dwar każ li ltaqgħet miegħu, fejn vittma saħansitra kellu restrizzjonijiet ma’ min jagħmel kuntatt.Qalet, “Irriżżulta li kien qed jgħix fejn kien qed jaħdem jiġifieri kien bħala live-in carer. Li kien terribbli apparti li l-affarijiet li kienu mwiegħda ma kinux qegħdin hemmhekk, kien hemm ħafna affarijiet bħal abbuż li kien verbali, kien hemm istanzi wkoll fejn kien fiżiku.”Hija spjegat…

Read More

Ġurnata qabel iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi, id-Direttur tal-ispettaklu tkeċċa wara li ħarġu fil-pubbliku filmati tiegħu fejn jidher jipprova jiddieħak bl-Olokawst.Il-Kap Ġappuniż tal-Olimpjadi qal li l-filmati li ttieħdu lura fid-disgħinijiet jirredikolaw storja ta’ tbatija.Kentaro Kobayashi li fi żmienu kien kummidjant, ġie kkritikat minn bosta, li qalu li ma tagħmilx differenza kemm huwa kreattiv għax xorta m’għandux dritt jirredikola vittmi ta’ ġenoċidju.Din it-tkeċċija hija l-aħħar aħbar ta’ skandlu minn sensiela u fil-fatt waslet jiem biss wara li telaq mit-tim kompożitur li huwa l-moħħ wara ċ-ċerimonja, wara li ħareġ fil-beraħ li beda jaqbad ma’ studenti minħabba d-diżabilità tagħhom.L-organizzaturi huma mħassba dwar kif se jtellgħu…

Read More

Is-sezzjoni għall-immaniġjar tal-widien fi ħdan Parks Malta hija responsabbli għal mija, tlieta u erbgħin wied f’pajjiżna u spiss tissieħeb ma’ kunsilli lokali, għaqdiet mhux governattivi flimkien ma’ diversi entitajiet oħra biex tħares l-ambjent.Fost oħrajn din tneħħi skart tal-kostruzzjoni u tiżgura li tikkontrolla speċi aljeni u invażivi filwaqt li tiirestawra ħitan tas-sejjieħ.B’hekk jiġu preservati d-diversi speċi endemiċi li jqisu lil dawn il-widien bħala darhom u biex jinħoloq aktar għarfien dwar dan, tnediet il-kampanja ta’ Tindif tal-Widien.Kien għalhekk li l-Ministru għas-Sostenibbilità Miriam Dalli ħadet sehem fi clean-up fejn fih inġabar ammont ta’ skart.Hija qalet, “Wara li nkunu naddafna dawn il-widien ser niġu…

Read More

Il-pulmun fi ħdan Santa Luċija li jagħti nifs lin-naħa t’isfel ta’ Malta se jara riġenerazzjoni ta’ nofs miljun ewro biex jiġi trasformat fi spazju miftuħ u rikreattiv.Ġnien is-serenità issa ser jinkludi faċilitajiet diversi li minnhom se jgawdu familji Luċjani u tal-madwar.Dan il-proġett li l-entità Parks Malta hija responsabbli tiegħu ser timxi fuq it-tradizzjoni Ċiniża ta’ feng shui li tinkludi fiha ċ-ċirku tal-ħajja.Għaldaqstant kull struttura li ser issib postha f’dan il-ġnien se tkun iddisinjata bi ħsieb li tirrifletti l-vjaġġ mit-twelid sal-tmiem biex tiġi ġġenerata enerġija pożittiva li titwaħħad mal-ambjent tal-madwar.Il-Ministru għall-Enerġija u s-Sostenibbilità Miriam Dalli spjegat li kienet laqgħa fil-Fgura li…

Read More

Il-pulmun fi ħdan Santa Luċija li jagħti nifs lin-naħa t’isfel ta’ Malta se jara riġenerazzjoni ta’ nofs miljun ewro biex jiġi trasformat fi spazju miftuħ u rikreattiv.Ġnien is-Serenità issa ser jinkludi faċilitajiet diversi li minnhom se jgawdu familji Luċjani u tal-madwar.Dan il-proġett li l-entità Parks Malta hija responsabbli tiegħu ser timxi fuq it-tradizzjoni Ċiniża ta’ feng shui li tinkludi fiha ċ-ċirku tal-ħajja.Għaldaqstant kull struttura li ser issib postha f’dan il-ġnien se tkun iddisinjata bi ħsieb li tirrifletti l-vjaġġ mit-twelid sal-tmiem biex tiġi ġġenerata enerġija pożittiva li titwaħħad mal-ambjent tal-madwar.Il-Ministru għall-Enerġija u s-Sostenibbilità Miriam Dalli spjegat li kienet laqgħa fil-Fgura li…

Read More

Fi tliet xhur  u bi spiża ta’ tliet mitt elf ewro f’xogħlijiet ta’ tisbiħ, ix-Xatt tax-Xemxija saritlu riġenerazzjoni bil-għan li tissaħħaħ l-infrastruttura turistika.Ix-xogħlijiet kienu jinkludu fost oħrajn ir-rinovar tar-railings u titjib fil-pavimentar.Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo spjega li dan il-proġett huwa msejjes fuq prinċipji ta’ aċċessibilità u effiċjenza.Huwa stqarr: “L-impenn tagħna jibqa’ wieħed, dak illi nagħmlu lil Malta ċentru ta’ eċċellenza turistika li dan kollu se jkun qiegħed jgħin sabiex inpoġġu verament il-futur tat-turiżmu sostenibbli għal pajjiżna.”Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Johann Buttigieg irrimarka li dan l-investiment huwa wieħed strateġiku għas-settur turistiku Malti.Huwa qal, “Ma jistax ikollok turisti ta’ kwalità li…

Read More