Author: Richard Cassar

Il-President tat-Tuneżija Kais Saied, fl-aħħar sigħat, keċċa lil Hichem Mechichi  minn Prim Ministru waqt li ssospenda lill-Parlament, fost tensjoni kbira f’Tunis u ‘il hinn minu. Dan wara li l-pajjiż għadda minn sigħat ta’ protesti tal-massa karatterizzati mill-vjolenza u li kienu ilhom għaddejjin min-nhar il-Ħadd.Intant, ir-rabja dwar ir-reazzjoni tal-Gvern Tuneżin għall-qabża riċenti ta’ każi tal-Covid-19 kompliet iżżid l-arja ta’ inkwiet ġenerali fost it-taqlib ekonomiku u soċjali f’dan il-pajjiż.Il-President Saied, li kien elett fil-kariga fl-2019, fl-aħħar sigħat ħabbar li kien qed jieħu r-riedni tal-pajjiż, bis-sostenituri tiegħu joħorġu jiċċelebraw l-iżviluppi kontroversjali.Madankollu, l-avversarji politiċi ta’ Saied fil-Parlament akkużaw lill-President dwar attentat għal kolp ta’…

Read More

Iċ-Ċina wissiet lill-Istati Uniti biex ma tkomplix tpittirha ‘fl-agħar dawl possibbli’ għall-għajnejn tad-dinja – u meta fl-aħħar sigħat seħħew l-aktar taħditiet bilaterali ta’ livell għoli kemm ilu li Joe Biden rebaħ il-Presidenza Amerikana.Il-Viċi-Ministru Ċiniż għall-Affarijiet Barranin, Xie Feng, qal li r-relazzjonijiet bilaterali spiċċaw ‘staġnati’ għaliex, skont hu, l-Istati Uniti qed tħares lejn iċ-Ċina bħala ‘avversarju li jeżisti biss fl-immaġinazzjoni tagħha’.Xie Feng, fl-aħħar sigħat, kellu t-taħditiet mal-Viċi-Segretarju tal-Istat, Wendy Sherman, li hi l-aktar uffiċjal influwenti tal-Istati Uniti li qatt żaret liċ-Ċina fl-aħħar xhur.Intant, il-President Biden qed jieħu atteġġjament iebes fir-rigward taċ-Ċina – b’mod partikulari rigward issues bħad-drittijiet umani u s-sanzjonijiet.Min-naħa tiegħu,…

Read More

Żewġ sptarijiet lejn il-lvant ta’ Londra ntlaqtu minn għargħar qawwi li affettwa fost oħrajn lid-dipartimenti tal-emerġenza, fost sitwazzjonijiet inċerti għall-aħħar. Dan seħħ wara li l-kapitali Britannika spiċċat suġġetta għal sigħat ta’ xita qawwija, b’diversi skwadri għall-emerġenza jispiċċaw jintervjenu waqt il-każi problematiċi sussegwenti.Sadanittant, l-uffiċjali responsabbli miż-żewġ sptarijiet wissew lill-pazjenti biex ma jersqux lejn dawn il-kumplessi. Dan fost l-isforzi biex is-sitwazzjoni tinġieb taħt kontroll u meta kienet mistennija mewġa ġdida ta’ maltemp fl-inħawi tal-kapitali u l-madwar.L-isptar ta’ Whipps Cross spiċċa mingħajr dawl u fl-aħħar sigħat kienu anki evakwati l-mijiet ta’ pazjenti (inpatients). Sadanittant, l-uffiċjali fl-isptar ta’ Newham talbu biex il-pazjenti jużaw servizzi…

Read More

Il-Gvern tal-Afganistan qed jieħu dejjem aktar miżuri ddisprati biex jostakola l-avvanzi tal-militanti Iżlamiċi tat-Taliban – u meta maħsub li l-militanti, sallum, irnexxielhom jaħtfu l-kontroll fi kważi nofs it-territorju tal-pajjiż.Intant, il-Gvern Afgan impona curfew ta’ xahar madwar il-parti kbira tal-pajjiż bil-ħsieb li t-Talibani ma jkunux jistgħu jinvadu numru ta’ bliet prinċipali.Fil-preżent – ħlief fil-każ tal-kapitali Kabul u ż-żewġ provinċji ta’ Panjshir u Nangarhar — mhumiex qed ikunu permessi movimenti għan-nies minn filgħaxija sa kmieni filgħodu. Dan meta l-ġlied bejn it-Talibani u l-qawwiet tal-Gvern żdied fl-aħħar xahrejn u fi żmien meta t-truppi tal-koalizzjoni internazzjonali qegħdin jirtiraw mill-Afganistan.It-Talibani malajr ħadu vantaġġ mill-irtirar tat-truppi…

Read More

Mijiet ta’ nies kienu mwissija biex ma joħorġux minn djarhom wara li l-inħawi tal-kosta lejn il-lvant tal-pajjiż intlaqat minn tifun kbir. Dan meta l-awtoritajiet lokali  kienu qed jistennew ir-rapporti dwar il-ħsarat sussegwenti dovuti għall-elementi.It-tifun In-Fa laqat lill-belt ta’  Zhoushan jiem biss wara li diversi bnadi taċ-Ċina spiċċaw straxxnati minn għargħar storiku u devastanti li ħalla talanqas 60 mejtin fiċ-ċentru tal-pajjiż. F’din is-sitwazzjoni, l-awtoritajiet tat-trasport issospendew is-servizzi, fost l-allerts kontinwi biex il-poplu jeżerċita l-massimu tal-kawtela fiċ-ċirkustanzi.Fl-aħħar sigħat, it-tifun qaċċat numru kbir ta’ siġar, bil-pajjiż jirrapporta wkoll inċidenzi ta’ għargħar. Dan waqt li għexieren ta’ vapuri kellhom ikunu evakwati minn port lejn…

Read More

Il-politiċi fl-Awstralja ikkundannaw lin-nies li ħarġu jipprotestaw kontra r-restrizzjonijiet għall-coronaviru,s meta l-każi tal-varjant tal-Covid-19 komplew jiżdiedu fil-pajjiż.Fl-aħħar tal-ġimgħa, eluf ta’ nies immarċjaw mill-belt ta’ Sydney biex jinsistu għat-tmiem tal-miżuri tal-lockdown waqt li saru wkoll dimostrazzjonijiet simili – għalkemm fuq skala anqas –fl-ibliet ta’ Melbourne u Brisbane.Sadanittant, għexieren ta’ dimostranti f’Sydney spiċċaw immultati u akkużati b’reati kontra l-bwon ordni.Fl-istess ħin, il-Prim Ministru tal-Istat ta’ New South Wales, Gladys Berejiklian, sostniet li d-dimostranti ‘imisshom jagħmlu eżami tal-kuxjenza’ waqt li juru rispett lejn iċ-ċittadini sħabhom. Dan meta miljuni ta’ residenti ta’ New South Wales qegħdin jobdu r-regoli li kienu implimentati fl-aħjar interessi tas-saħħa.L-awtoritajiet…

Read More

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, u l-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, ma laħqux ftehim għal tibdil fl-arranġamenti ta’ wara Brexit li jikkonċernaw lill-Irlanda ta’ Fuq. Dan minkejja li l-Gvern ta’ Londra qed jinsisti li l-kundizzjonijiet attwali mhumiex sostenibbli.  Il-protokoll għall-Irlanda ta’ Fuq ilu l-jiem iqajjem diżgwid ġdid bejn Londra u Brussell, b’Johnson u von der Leyen jiddiskutu s-suġġerimenti tal-Britanniċi għall-bidliet f’dan il-protokoll. Madankollu, von der Leyen issa qalet li l-UE mgħandhiex ‘tinnegozja mill-ġdid’ il-ftehim oriġinali, minkejja li Johnson baqa’ jinsisti li l-protokoll ma jistax jitħalla kif inhu.Il-Prim Ministru Britanniku , waqt telefonata, anki ħeġġeġ lill-Kanċillier tal-Ġermanja, Angela…

Read More

Save draftPreviewSchedule…Add titlIl-battalja ta’ xhur għall-kontroll tal-Istat ta’ Tigray, lejn it-Tramuntana tal-Etjopja, issa qed taffettwa lir-reġjun ta’ Afar, li jmiss mat-territorju ta’ Tigray, fost l-inkwiet dwar kriżi umanitarja li tista’ qed tiżviluppa malajr.Dan fost rapporti kontinwi ta’ ċivili maqtula u għexieren ta’ eluf ta’ refuġjati, biz-zona tinsab għaddejja minn ‘mewġa ta’ atroċitajiet’.Diversi residenti ta’ Afar qalu li l-ġellieda mal-Front għal-Liberazzjoni tal-Poplu ta’ Tigray (TPLF) kienu qed joqtlu liċ-ċivili fl-aħħar jiem. Intant, l-akkuża għad trid tkun verifikata minn sorsi indipendenti.Jidher ukoll li fl-aħħar jiem seħħew ħafna attakki mill-ajru fuq il-pożizzjonijiet tat-TPLF fl-artijiet ta’ Afar.It- TPLF ilu l-aħħar xhur jiġġieled kontra l-Armata…

Read More

Il-President taċ-Ċina, Xi Jinping, fl-aħħar jiem, żar ir-reġjun problematiku tat-Tibet bħala l-ewwel żjara uffiċjali ta’ Mexxej Ċiniż fit-territorju għal dawn l-aħħar 30 sena.Intant, iż-żjara ta’ Xi Jinping damet mill-Erbgħa sallum, iżda kien biss fl-aħħar sigħat li l-media taċ-Ċina ħarġet bir-rapporti u dettalji relatati mal-mawra tal-President minħabba ‘l-aspetti sensittivi’ taż-żjara.Ir-reġjun tat-Tibet ilu għexieren ta’ snin jeżisti taħt l-oppressjoni taċ-Ċina.Dan meta ċ-Ċina qed tkun akkużata b’li ħonqot id-dritt għall-espressjoni ħielsa tal-kultura u r-reliġjon fir-reġjun remot partikulari fejn ir-residenti, fil-parti kbira, huma Buddisti.Intant, il-Gvern Ċiniż komunista qiegħed jiċħad għal dawn l-akkużi anki waqt li numru kbir ta’ Tibetani li qed jgħixu f’eżilju akkużaw…

Read More

 L-Istati Uniti qalet li laħqet ftehim mal-Ġermanja biex tevita sitwazzjoni fejn ir-Russja tuża l-pipeline tal-gass bl-isem ‘Nord Stream 2’ bħala ‘mezz għal rikatt politiku’ fil-konfront tal-Ewropa.Il-pipeline, li għaddej taħt il-Baħar Baltiku hu kważi komplut u jkopri mal-1,230 kilometru. Permezz tiegħu l-esportazzjoni tal-gass lejn il-Ġermanja għandha tkun id-doppju tal-gass li qed ikun esportat mir-Russja lejn dan il-pajjiż.Victoria Nuland, waħda mill-uffiċjali tal-Istati Uniti, qalet li dan hu ‘pipeline ħażin’, iżda insistiet li l-ftehim jesiġi s-sanzjonijiet kontra Moska f’każ li t-Tmexxija tar-Russja tipprova tirrikatta lill-Ukrajna.Fl-istess ħin kelliema għall-Gvern Ukren fi Kiev qalu li l-pipeline ‘Nord Stream 2’ qed jhedded is-sigurtà tal-Ukrajna.Il-pajjiż ilu mill-2014…

Read More