Author: Robert Cremona

Tifel weġġa’ ħafif wara inċident li kellu meta kien passiġġier ma’ raġel ta’ 41 sena fuq mutur.L-inċident seħħ fi Triq il-Mosta, f’San Pawl il-Baħar.Mill-investigazzjonijiet li saru, irriżulta li Serb ta’ 41 sena residenti San Pawl il-Baħar, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Peugeot, u waqa’. Flimkien miegħu kien hemm it-tifel, li għandu 9 snin.Huma ngħataw l-assistenza minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard, ix-xufier ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li t-tifel ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif.Ikkummenta //= $special ?> See original Article on netnews.com.mt

Read More

Għall-ħabta ta’ nofsillejl, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’San Ġwann, fejn Libjan weġġa’ serjament.Il-Pulizija marret mill-ewwel fil-post u hemm instab ċiklist fl-art b’numru ta’ ġrieħi. Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li ċiklist tilef il-kontroll u waqa’.Il-vittma – Libjan ta’ 17-il sena u residenti l-Imsida – ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.Ikkummenta //= $special ?> See original Article on netnews.com.mt

Read More

Nirien li ilhom għaddejin 24 siegħa sħaħ. Fjammi u dħahen kbar. Sqallija, kważi kollha, mixgħula b’dawn in-nirien li qed iħallu qerda sħiħa.Hija din is-sitwazzjoni li żviluppat ilbierah fil-gżira ġara tagħna – minn Palermo sa Katanja sa Noto – b’għexieren ta’ residenti jkollhom jiġu evakwati.Il-President tar-Regjun Nello Musumeci qed jgħid li ċertu zoni inbiddlu f’infern, u wissa li se jitfa’ l-ħabs lil dawk kollha responsabbli għall-hruq – nar illi kompla jinfirex anke kaġun tas-sħana rekord li qed tolqot fuq Sqallija.Ikkummenta //= $special ?> See original Article on netnews.com.mt

Read More

Wara li l-ġimgħa li għaddiet ġie elett fl-Eżekuttiv tal-PN, l-avukat Michael Piccinino dalgħodu tefa’ in-nomina għall-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. Dan ħabbru hu stess permezz ta’ messaġġ fuq il-media soċjali.“Qed nagħmel dan għax nemmen li flimkien nistgħu nagħmlu l-bidla li hemm bżonn għall-Partit, u fuq kollox, għal pajjiżna.Grazzi lill-Kap Bernard Grech u s-Segretarju Ġenerali preżenti Francis Zammit Dimech għall-inkoraġġiment tagħhom sabiex nagħmel dan il-pass.”L-avukat Piccinino irringrazzja lill-attivisti kollha li fl-aħħar ġimgħat u ġranet ikkuntattjawh biex jaqsmu miegħu diversi ideat. “Flimkien irridu nsaħħu l-Partit tagħna ħalli pajjiżna jkollu l-għażla li jelleġġi gvern li jixirqilna”, sosta Michael Piccinino.Ikkummenta //= $special ?>…

Read More

L-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali (AKL) fi stqarrija tat ir-reazzjoni tagħha għal dak li seħħ ilbieraħ fil-Kunsill Lokali tan-Naxxar. Dan meta resident mar iħallas taħrika ta’ citazzjoni f’denominazzjoni ta’ ċentenżmu tal-Ewro. U meta raw dan, il-ħaddiema tal-Kunsill irrifjutaw li jieħdu l-pagament. Filwaqt li wieħed jista’ jargumenta li ladarba ċentenżmu tal-Ewro huwa munita approvata fiċ-ċirkulazzjoni mill-Bank Ċentrali ta’ Malta, irid jintwera wkoll rispett lejn il-ħaddiema u l-amministrattiv tal-Kunsilli Lokali, li ġurnata wara oħra, jagħmlu l-almu tagħhom sabiex jagħtu l-aħjar servizz lir-residenti.L-Assoċjazzjoni fakkret ukoll fid-diffikultajiet kbar li għandhom il-Kunsilli Lokali sabiex jiddepożitaw il-munti mal-banek lokali, b’ impożizzjoni ta’ miżuri minn żmien għall- ieħor mill-istess banek.Għaldaqstant…

Read More

Issa biddel ismu, iżda xorta għadu jemmen fil-prinċipji ta’ HitlerKien eżatt bħallum għaxar snin ilu meta d-dinja kollha inħasdet bil-qtil ta’ 69 student, li sfaw vittmi ta’ sparatura f’xeni li kienu qishom tal-films – bl-“attur” prinċipali jkun Anders Breivik.Il-massakru tat-22 ta’ Lulju 2011 f’Utoya jibqa’ ittimbrat f’moħħ kulħadd. U dik li kellha tkun ġurnata sajfija normali, inbidlet f’jum ta’ dulur għal diversi familji Norveġiżi li tilfu lill-għeżież tagħhom.Breivik qatt ma nidem minn dak li għamel. Anzi, kollox qed jindika li dawn is-snin li diġa’ qatta fil-ħabs komplew issudawh fl-ideoloġiji estremisti li jħaddan.Il-Qorti kienet ikkundannatu 21 sena ħabs. U issa li…

Read More

Dalgħodu kien konfermat li l-port ta’ Liverpool, li kien imniżżel bħala World Heritage Site mill-UNESCO, tilef it-titlu ta’ Wirt Dinji. Dan seħħ minħabba żvilupp massiċċ li qed isir fiz-zona tal-baċiri, u fejn hemm l-imħażen l-antiki tal-belt.Iz-zona magħrufa bħala d-docklands kienet waħda minn 32 sit fir-Renju Unit li huma rikonoxxuti mill-UNESCO.Dawn is-siti jinkludu fost l-oħrajn il-Causeway tal-Irlanda ta’ Fuq u t-tempju ta’ Stonehenge f’Wiltshire.Liverpool tneħħiet mil-lista tal-UNESCO wara vot sigriet mill-kumitat illi ltaqa’ fiċ-Ċina.Ikkummenta //= $special ?> See original Article on netnews.com.mt

Read More

Il-Grupp Corinthia preżenta l-pjanti għall-proġett li qed jippjana li jsir f’Ħal Ferħ, fiz-zona ta’ Għajn Tuffieħa.L-iżvilupp se jkun jikkonsisti f’lukanda ta’ 5 stilel, b’162 kamra u 25 residenza.Din ir-resort lussuża mistennija jkollha għoli sa massimu ta’ żewġ sulari, u ġiet disinjata mill-perit Martin Xuereb.Il-Grupp Corinthia qed jgħid li dan l-iżvilupp se jkun wieħed sostenibbli, li jirrispetta l-ambjent.Ikkummenta //= $special ?> See original Article on netnews.com.mt

Read More

Huma bosta r-reazzjonijiet pożittivi li ħarġu minn diversi personalitajiet, nies fil-media u persuni oħrajn illi laqgħu tajjeb ferm il-pass ta’ Chris Peregin li jingħaqad mal-Partit Nazzjonalista – turija li l-PN qed ikompli jiġġedded u jissaħħaħ.Il-preżentatur Peppi Azzopardi, f’post fuq Facebook, jiddeskrivi lil Peregin bħala “ġenju”. U jispjega għaliex dejjem kellu suċċess kull fejn ikkontribwixxa.“Chris Peregin ma telaqx il-Lovin Malta għax sab job aħjar jew aktar prestiġjuż. Telaq biex jingħaqad ma’ Partit illi qiegħed ħażin u donnu ma jistax jieħu r-ruħ. Telaq għax flok qagħad igerger offra ħinu, saħħtu u l-kapaċitajiet straordinarji tiegħu biex il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jkun Gvern alternattiv kif…

Read More