Author: Romario Romario

FacebookWara tnax-il sena żwieġ, Peter Marshall reġa’ ppropona lil martu biex tiżżewġu għaliex nesa li kienu miżżewġin, skont rapporti barranin.Tliet snin ilu, Peter ingħata l-aħbar li qiegħed isofri mill-marda ta’ Alzheimer. Din il-marda qiegħda tikkawżalu t-telfien tal-memorja. Fost it-tifkiriet li Peter beda jinsa kien hemm ukoll dawk li kellu ma’ martu Lisa.Fil-marda ta’ Alzheimer, iċ-ċelloli tal-moħħ jitilfu l-istruttura u l-funzjoni tagħhom progressivament. Hija l-kawża ta’ bejn 60% u 70% tal-każijiet tad-dimenzja u, ġeneralment, tibda timmanifesta ruħha fl-individwu bin-nuqqas ta’ tifkira ta’ avvenimenti riċenti. Fi stadji aktar avvanzati, is-sintomi tal-marda jinkludu diffikultajiet marbutin mal-lingwa, diżorjentazzjoni, bidliet fil-burdati, u nuqqas ta’ kura…

Read More

Facebook“Xi ftit inqas minn 50 sena ilu, meta kont student tal-primarja u s-sekondarja, il-kunċett tal-edukazzjoni inklussiva ma kienx jeżisti f’Malta. Għalhekk, persuni b’diżabbiltà ma kinux jattendu skola fil-bliet u l-irħula Maltin, u lanqas ċentri tal-katekiżmu. Dan sar possibbli għat-tfal b’diżabbiltà fid-disgħinijiet. Mela, meta kont żgħir jiena, qatt ma kont espost għar-realtà ta’ persuni b’diżabbiltà.”Dan intqal minn Fr Martin Micallef waqt intervista ma’ Suzanne Vella minn Universe of Faith. L-ewwel darba li ġarrab ir-realtà ta’ persuni b’diżabbiltà mill-qrib kienet f’esperjenza ta’ xogħol li għamel fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul matul is-sajf tal-ewwel sena fis-Seminarju. Huwa ħass li xi wħud mir-residenti…

Read More