Author: Romario Sciberras

L-Akkademja tal-MaltiL-Akkademja tal-Malti, b’kollaborazzjoni mal-Klabb Kotba Maltin, ħarġet it-92 edizzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħha, Il-Malti.Fl-editorjal, Dr George Farrugia tkellem dwar l-effett tal-pandemija fuq it-tfakkir taċ-ċentinarju mit-twaqqif tal-Akkademja. Numru ta’ attivitajiet kienu ppjanati għall-2020 iżda dawn kellhom jitħassru jew jiġu pospoti minħabba l-imxija tal-Covid-19.Skont Farrugia, dawn l-isfidi ma waqqfux lill-Akkademja mill-ħidma tagħha. Fil-fatt, ippubblikat ktejjeb dwar l-ittri tal-alfabetti l-qodma tal-Malti u ktieb dwar is-sessiżmu fil-lingwa Maltija. L-Akkademja ħadmet ukoll fuq iż-żewġ ħarġiet ta’ Il-Malti.Din il-ħarġa fiha numru ta’ xogħlijiet akkademiċi, fosthom kritika letterarja, riċerka lingwistika, riċensjoni u intervista. L-awturi f’dawn it-taqsimiet jinkludu lil Dr Charlò Camilleri O.C., Charles Casha, Sergio Grech, Prof.…

Read More

Moviment GraffittiTliet kunsilli lokali, disa’ organizzazzjonijiet u numru ta’ residenti ta’ Pembroke ressqu appell lit-Tribunal tal-Ippjanar (EPRIT) kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Ippjanar biex jinħareġ permess għall-proġett tad-DB Group fejn qabel kien hemm l-ITS.Fi stqarrija, il-Moviment Graffiti qal li l-appell kien possibbli wara li nġabru €20,000 mingħand il-pubbliku.L-Awtorità tal-Ippjanar kienet tat il-permess lid-DB Group għal żewġ binjiet ta’ 17 u 18-il sular, u lukanda ta’ 12-il sular fuq art pubblika f’Pembroke li qabel kienet okkupata mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS).Skont il-Moviment Graffiti, apparti li din hija żona residenzjali, il-proġett se jkollu impatti negattivi ħafna fuq siti storiċi u naturali.L-appellanti qed jagħtu diversi raġunijiet…

Read More

Credit: ADPDL-ADPD appella lill-Gvern biex jitgħallem mill-iżbalji tiegħu ta’ matul il-pandemija billi jieħu l-opportunità biex inaqqas id-dipendenza tiegħu fuq is-settur tat-turiżmu.Iċ-chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo qal li n-numru ta’ turisti f’Malta qabel il-pandemija tal-Covid-19 kien qiegħed iħalli effetti negattivi fuq il-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.“Malta ma tistax tmur lura għal kważi tliet miljun turist fis-sena. Ma nifilħux għal dan l-ammont eżaġerat,” argumenta Cacopardo.Filwaqt li rrefera għall-problema persistenti tal-bidla fil-klima, Cacopardo appella biex il-Gvern inaqqas id-dipendenza ta’ Malta fuq it-turiżmu tal-massa. Huwa semma l-pjan tal-Kummssjoni Ewropea li ddaħħal taxxa fuq il-karbonju fil-fuel tal-avjazzjoni bħala parti mill-isforz biex l-Ewropa jkollha ekonomija aktar nadifa.Malta…

Read More

PxHereAktar minn 250 persuna fir-Renju Unit u fl-Irlanda nstabu ħatja li meta kienu jokkupaw karigi għoljin fl-iScouts, ikkommettew abbuż sesswali fuq il-minuri.Ġurnali barranin jirrapportaw li l-255 każ jinkludu stupru, aggressjoni sesswali, u t-teħid u d-distribuzzjoni ta’ ritratti pornografiċi.Il-każijiet huma mifruxin fuq perjodu ta’ snin, mill-ħamsinijiet sa issa. Is-sena l-oħra, Graham Avison minn Audenshaw, Greater Manchester, ġie kkundannat ħames snin u seba’ xhur ħabs wara li wieġeb ħati għal erba’ akkużi ta’ aggressjoni sesswali bejn l-1991 u l-1995 fil-konfront ta’ tifel.Abbie Hickson, membru fit-tim legali li ħejja mappa interattiva li turi fejn seħħ kull każ ta’ abbuż qalet, “Minn issa ’l…

Read More

Ritratt mill-Arkivji: Miguela XuerebDiversi pajjiżi Ewropej adottaw miżuri kontra t-tixrid tal-varjant Delta tal-Covid-19.Filwaqt li Malta waqqfet id-dħul ta’ persuni li mhumiex imlaqqmin, l-awtoritajiet Taljani ħabbru li individwi mlaqqmin biss jistgħu jidħlu fil-mużewijiet, jużaw il-gyms jew imorru ċ-ċinema. Għal dawn l-attivitajiet, persuna fl-Italja trid turi l-European Green Pass.Il-Green Pass huwa marbut maċ-ċertifikat diġitali Ewropew u huwa validu għal disa’ xhur. Kull min hu mlaqqam, jippreżenta riżultat negattiv għal test li sar sa 48 siegħa qabel jew huwa rikoverat mill-virus, jingħata l-Green Pass.Regolamenti simili ġew introdotti fi Franza. Madankollu, eluf ta’ persuni pprotestaw kontra dawn il-miżuri. Minkejja dan, stħarriġ li qiegħed isir…

Read More

DOI: Clifton FenechL-impjiegi fis-settur tal-informatika (ICT) huma mbassrin li jiżdiedu b’22% fl-għaxar snin li ġejjin.Dan intqal fir-rapport tal-ICT Skills Demand and Supply Monitor 2021, ippreżentat mill-Fondazzjoni eSkills Malta.Minkejja li n-numru ta’ gradwati fl-ICT fil-livell terzjarju qiegħed jiżdied, xorta waħda se tkun sfida biex ilaħħaq maż-żieda mistennija fl-impjiegi.Dan ir-rapport juri li t-tkabbir fl-ekonomija diġitali f’Malta ħoloq domanda għal aktar speċjalisti tal-ICT. Il-bżonn għal studjużi tad-data se jitla’ b’179% fit-tliet snin li ġejjin u l-programmaturi fil-qasam tal-informatika għandhom jiżdiedu bi 93%.Fid-dawl ta’ dan it-tbassir, l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni (MCA) qiegħda tkompli taħdem biex issaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Malta fil-qasam tal-kummerċ elettroniku. 41 sid ta’…

Read More

Ritratt: PixaHive.comMill-1 ta’ April 2020 sa nofs Ġunju ta’ din is-sena daħlu 82,814 telefonata lid-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi.Dan stqarru l-Ministru Carmelo Abelo waqt li kien qiegħed iwieġeb mistoqsija li ressaq id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.Mill-15 ta’ April 2020, id-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi għalaq l-uffiċċji temporanjament minħabba l-pandemija tal-Covid-19.Il-pubbliku seta’ jaċċessa s-servizzi tad-Dipartiment bit-telefonija jew online. Iż-żewġ helplines imnedija għas-servizz fuq it-telefon kienu 1575 u 1576. Filwaqt li n-numru 1575 huwa għall-ħaddiema u l-impjegati li jixtiequ jistaqsu dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, 1576 huwa għall-impjegaturi.Abela qal li, mill-1 ta’ April sa nofs Ġunju tal-2021, daħlu 52,255 telefonata fuq il-helpline 1575. Dan ifisser…

Read More

Ritratt: Meħud mit-trasmissjoni tal-ParlamentBejn l-2017 u llum, il-Ministeru għall-Finanzi u Xogħol u l-entitajiet li jaqgħu taħtu nefqu €320,794 fuq reklami għat-televixin.Dan stqarru l-Ministru Clyde Caruana fil-Parlament meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.Il-Ministru Caruana spjega li l-Ministeru waħdu nefaq €89,157.09. Fl-istess perjodu l-Airmalta nefqet €22,560, l-NSO €3,186, il-Malta Stock Exchange Plc €32,700, il-Malta Stock Exchange Institute Ltd €826, l-MFSA €16,687 u l-Jobsplus €155,677.Il-Ministeru tal-Edukazzjoni b’nefqa ta’ €264,000Għall-istess domanda, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo qal li n-nefqa fuq reklami għat-televixin mill-Ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu kienet ta’ €9,724.Il-Ministru Justyne Caruana wieġbet li l-Ministeru…

Read More

Ritratt: IĠMFir-rapport tal-2021 dwar is-saltna tad-dritt, il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-emendi li saru fl-Att dwar ix-Xandir ma saħħux l-indipendenza u l-ħidma tal-Awtorità tax-Xandir f’Malta.Il-Kummissjoni sostniet li l-Awtorità tax-Xandir ma tirregolax biżżejjed dak li joħroġ miż-żewġ servizzi ewlenin tal-midja f’Malta, immexxijin mill-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista.Dan ir-rapport jenfasizza l-influwenza politika qawwija li ż-żewġ partiti poltiċi prinċipali f’Malta għandhom fuq ix-xandir.Il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista jikkontrollaw numru ta’ mezzi tax-xandir lokali, fosthom s-servizzi ta’ aħbarijiet online, skont ir-rapport.Il-Kummissjoni qalet li t-tħassib dwar is-setgħa politika fuq il-mezzi tax-xandir qiegħed jippersisti.Ir-rapport tal-Kummissjoni jagħmel referenza għal rapport ieħor maħruġ miċ-Ċentru għall-Pluraliżmu fil-Midja u l-Libertà tal-Midja.…

Read More

Is-Sindku Laburista ta’ Ħaż-Żebbuġ u s-Sindku Nazzjonalista tas-Swieqi qablu li l-Kunsilli Lokali huma ta’ spiss injorati mill-awtoritajiet. Iż-żewġ sindki qalu li numru ta’ awtoritajiet injorawhom, qabżuhom jew ma kkomunikawx b’mod effettiv magħhom.Huma sostnew li, minkejja dan, xorta waħda kisbu ħafna suċċessi fil-lokalità rispettiva tagħhom.Is-Sindku tas-Swieqi Noel Muscat u s-Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ Malcolm Agius Galea kienu qed jipparteċipaw fl-aħħar programm tal-Professur Andrew Azzopardi fuq 103 Malta’s Heart.Kemm Muscat, kif ukoll Agius Galea huma kandidati għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Mistoqsijin jekk il-ħidma fil-gvern lokali twittix it-triq għal kariga politika ogħla, it-tnejn wieġbu fin-negattiv.Muscat argumenta li s-setgħa tal-kunsill lokali tnaqqset bi kbir. Huwa…

Read More