Author: Samuel Lucas

Għal jum ieħor, il-klinika mobbli li qed iddur Malta biex tagħti l-vaċċin kontra l-COVID-19 mingħajr appuntament, rat bosta persuni jikkonkorru biex jitlaqqmu.Sa minn kmieni filgħodu f’San Ġiljan, mijiet inġabru jistennew bid-dokumentazzjoni f’idejhom biex jieħdu l-vaċċin.ONE News bakkar fl-Università ta’ Malta fejn iltaqa’ mal-uffiċjali tal-Aġenzija għall-Infurzar Lokali, responsabbli mid-distribuzzjoni tal-vaċċin.Ta’ kuljum, uffiċjali tal-LESA qed jgħinu fil-proċess biex fl-inqas ħin possibbli, iwasslu l-kunsinji tal-vaċċin għal fejn tkun il-klinika mobbli.Il-Kap Eżekuttiv tal-LESA, Svetlick Flores spjega li sa issa, l-uffiċjali tal-LESA għamlu mal-ħamsin vjaġġ.Qal, “L-uffiċjali hekk kif iħalltu l-vaccine isuqu mill-ewwel għall-post fejn ikun qed jingħata t-tilqim fiċ-ċentri mobbli biex b’hekk jasal on time.…

Read More

L-ekonomija ta’ pajjiżna qed tkompli tirkupra mil-livelli baxxi tas-sena li għaddiet.Dan ġie rrimarkat fl-aġġornament ekonomiku tal-Bank Ċentrali ta’ Malta għax-xahar ta’ Lulju hekk kif baqa’ jiġi nnutat tkabbir fl-attività ekonomika.L-aġġornament tal-Bank Ċentrali jgħid ukoll kif is-sentiment dwar l-ekonomija ta’ pajjiżna baqa’ pożittiv minkejja tnaqqis marġinali. Fil-fatt dan baqa’ ferm ogħla mill-medja storika u pożittiv fil-maġġoranza assoluta tas-setturi.F’Mejju, in-numru ta’ persuni fuq ir-reġistru tal-qgħad naqas meta mqabbel ma’ April u ma’ sena qabel. Ir-rata tal-qgħad baqgħet l-istess bħal ta’ April, jiġifieri 3.7%, u ferm taħt il-medja storika tagħha.Intant, l-aġġornament ekonomiku nnota wkoll l-użu tal-moratorju f’pajjiżna.Il-Bank Ċentrali jgħid kif minkejja l-pandemija, il-valur…

Read More

Għaddejjin ġmielhom l-aħħar preparamenti għall-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista, il-Ġimgħa filgħaxija.Konferenza li se ssir fil-miftuħ u bil-preżenza tad-delegati kollha wara li din għal diversi xhur ma setgħetx issir minħabba r-ristrezzjonijiet li ġabet magħha l-pandemija.ONE News żar Manoel Island fejn hemmhekk se tkun qed issir din il-konferenza b’konformità mal-miżuri kollha tal-awtoritajiet tas-saħħa.Hemmhekk tkellimna mas-Segretarju Organizzattiv tal-Partit Laburista l-Perit William Lewis hekk kif spjega li din l-attività se tkun qed tadotta l-kunċett ta’ bubbles peress li mistennija konkorrenza qawwija.Huwa spjega kif fost oħrajn ħa jkun hemm erba’ bubbles differenti li se jidħlu minn żewġ daħliet separati f’ħinijiet differenti sabiex kemm jista’ jkun…

Read More

Il-Gvern ħabbar li sa issa ntefqu €16-il miljun f’vouchers.Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru Silvio Schembri l-Ħamis filgħodu hekk kif spjega li din iċ-ċifra tindika li b’hekk ġew imsarrfa man-nofs miljun (500,000) voucher.€6 miljun minn nefqa totali ġew mill-vouchers diġitali filwaqt li €10 miljun ġew mill-vouchers ipprintjajti.B’kollox ġew imsarrfa €9.2 miljun f’vouchers ħomor u €6.9 miljun f’vouchers blu.Il-Ministru Schembri spiega wkoll kif in-nefqa medja permezz tal-vouchers bejn il-ġranet tat-Tnejn u l-Ħamis kienet ta’ €390,000.Dan filwaqt li fi tmiem il-ġimgħa, in-nefqa medja żdiedet għal €624,000.Huwa spjega wkoll kif l-effett multipliku għal dan it-tieni rawnd ta’ vouchers mistenni jiżdied aktar minn dak…

Read More

B’investiment ta’ €300,000, il-kumpanija World Pro Racing, inawgurat faċilità state of the art għall-iżvilupp, taħriġ u divertiment ta’ Sim Racing.Dan tħabbar f’konferenza ta’ inawgurazzjoni ġewwa Montekristo Estate fejn tinsab din il-faċilità hekk kif dan issa għandu l-għan li jipprovdi opportunitajiet lil żgħażagħ u studenti jibnu l-ħiliet diġitali tagħhom f’ambjent virtwali li eventwalment iwassal għall-possibbiltà ta’ karriera fl-esports.Il-faċilità hija magħmula minn 17-il simulatur flimkien mal-faċilitajiet kollha meħtieġa għall-aġġudikazzjoni u d-direzzjoni tat-tiġrijiet kemm online u offline, kamra tat-telemetrija, il-faċilitajiet kollha meħtieġa għax-xandir, li jinkludi wkoll studio li jakkomoda fosthom kummentaturi tat-tiġrijiet u kif ukoll jilqa’ l-preżentazzjoni ta’ programmi informattivi u edukattivi.Dwar dan…

Read More

Aktar minn 100 żagħżugħ u żagħżugħa bid-‘Downs Syndrome’ jew diżabilità severa oħra, mhux se jkollhom għalfejn jidhru quddiem il-Bord Mediku, sabiex jirċievu l-Assistenza tad-Diżabilità Severa.Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Gvern hekk kif ġie spjegat li sa issa l-qraba ta’ dawn il-persuni, kellhom japplikaw mill-ġdid, u jerġgħu jitilgħu quddiem il-Bord minħabba li wliedhom jkunu għalqu is-16-il sena.B’hekk din il-miżura ta’ simplifikazzjoni se twassal għal inqas burokrazija u skariġġ bla bżonn.Id-Direttur fi ħdan id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, George Cremona, spjega kif din il-miżura ta’ simplifikazzjoni bdiet titħaddem minn Ġunju ta’ din is-sena u ġew notifikati madwar 60 persuna li laħqu jew se jilħqu…

Read More

Aktar minn 100 żagħżugħ u żagħżugħa bid-‘Downs Syndrome’ jew diżabilità severa oħra, mhux se jkollhom għalfejn jidhru quddiem il-Bord Mediku, sabiex jirċievu l-Assistenza tad-Diżabilità Severa.Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Gvern hekk kif ġie spjegat li sa issa l-qraba ta’ dawn il-persuni, kellhom japplikaw mill-ġdid, u jerġgħu jitilgħu quddiem il-Bord minħabba li wliedhom jkunu għalqu is-16-il sena.B’hekk din il-miżura ta’ simplifikazzjoni se twassal għal inqas burokrazija u skariġġ bla bżonn.Id-Direttur fi ħdan id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, George Cremona, spjega kif din il-miżura ta’ simplifikazzjoni bdiet titħaddem minn Ġunju ta’ din is-sena u ġew notifikati madwar 60 persuna li laħqu jew se jilħqu…

Read More

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni nieda l-prospett għas-sena d-dieħla tal-programm tal-Lifelong Learning, li se jinkludi aktar minn 450 kors fuq 72 suġġett differenti.Dwar dan ONE News tkellem mas-Senior Manager tal-Lifelong Learning, Christianne Gatt Fenech, li elenkat numru ta’ korsijiet differenti u ġodda li jinkludi dan il-prospett.Hija fissret: “Għandna bosta korsijiet ġodda li jinkludu l-bring your own device, learning through play, child and adoloscent development, gardening u basic homecare and well being jiġifieri għandna ħafna suġġetti ġodda u sbieħ.”Spjegat ukoll kif persuna jista’ japplika għal dawn il-korsijiet: “Għal dawn it-tip ta’ korsis jista’ japplika billi jew imur fuq is-sit elettroniku tagħna www.lifelonglearning.gov.mt jew inkella…

Read More

“Minn dak li qed jgħidulna l-esperti fil-qasam tas-saħħa jidher biċ-ċar li l-vaċċin poġġiena f’sitwazzjoni li hija aktar sigura milli konnha f’mumenti oħra fejn kien hemm żidiet fin-numru ta’ infezzjonijiet.”Il-Prim Ministru Robert Abela qal dan waqt li kien qed ikun mistoqsi dwar il-laqgħa li kellu mal-Kummissarju Ewropew għas-Suq Intern Thierry Breton, fuq ONE Radio il-Ħadd filgħodu.Dr Abela spjega kif waqt din il-laqgħa ġew diskussi diversi temi madankollu b’mod prominenti l-mod ta’ kif Malta ġġieldet il-pandemija: “Kien ta’ sodisfazzjon kbir għalija li l-Kummissarju Breton iddeskriviena bħala ċ-champions tal-vaċċinazzjoni u fil-fatt, iż-żjara tiegħu hawnhekk kienet propju biex jifirħilna ta’ dan is-suċċess u huwa…

Read More

“Il-Partit Nazzjonalista reġa’ falla t-test tal-interess nazzjonali.”Sostna dan il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela waqt kollegament telefoniku fuq ONE Radio, il-Ħadd filgħodu hekk kif kien mistoqsi dwar il-vot tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament dwar emendi f’artiklu 39 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, aktar kmieni din il-ġimgħa.Vot li biex jgħaddi kien jeħtieġ iż-żewġ terzi tal-Parlament u li permezz tiegħu l-awtoritajiet pubbliċi f’pajjiżna kien ikunu jistgħu joħorġu multi ogħla lil min ma jkunx konformi mal-liġi fl-operat tiegħu.Dwar il-vot kontra din l-emenda tal-Partit Nazzjonalista, il-Prim Ministru Robert Abela nnota kif mal-mument li ttieħed il-vot, id-Deputati Nazzjonalisti nfexxew b’ċapċipa ta’ sodisfazzjon.Dr Abela qal li dan huwa vot…

Read More