Author: Sephora Francalanza

Raġel li rnexxielu jegħleb il-vizzju tad-droga qal li l-White Paper għad-dekriminalizzazzjoni tal-kannabis tnissel fih sens ta’ rabja għax skontu, b’din il-White Paper l-awtoritajiet aktar qed ifittxu u jaraw flus milli jqisu l-benessri tal-bniedem, u ta’ dawk li ġarrbu l-esperjenza tad-droga.F’intervista ma’ Jes Saliba fuq What’s On, ir-raġel qal li jemmen li l-White Paper hija pjattaforma li qed tintuża biex jinxtered il-messaġġ li ma fiha xejn ħażin li jintużaw id-drogi. Stqarr li għalkemm l-iskop tal-kannabis forsi mhuwiex bħal ta’ drogi oħrajn, din xorta waħda tibqa’ droga.Huwa jemmen li kieku l-kannabis tkun legali, issir ħafna iżjed komuni. Fil-fehma tiegħu, l-ammonti li huma…

Read More

Ritratt: MHSEAlarm Phone qalet li 50 persuna jinsabu f’periklu fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija.L-għaqda li tagħmel kuntatt man-nies li jkunu f’periklu fil-baħar kitbet fuq Twitter li d-dgħajsa li jinsabu fuqha qiegħda tegħreq jumejn wara li telqet minn Khoms fil-Libja.Jidher li ma fadlilhomx fjuwil, ilma jew ikel. Skont Alarm Phone, ħafna nies għandhom ġrieħi severi għax sparawlhom xħin kienu se jilħqu l-Libja.Alarm Phone appellat lill-Forzi Armati ta’ Malta biex jgħinuhom immedjatament.🔴~50 people in distress in Malta SAR!The boat is drifting and they left Khoms two days ago, they have no more fuel, no water & no food. Several people have…

Read More

Ritratt: Miguela XuerebAnzjan jinsab l-Isptar Mater Dei wara li kellu inċident bil-mutur.Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fl-4.30pm fi Triq Ħal Farruġ f’Ħal Luqa, fid-direzzjoni lejn l-Imqabba.Jidher li s-sewwieq waqa’ bil-mutur. Huwa għandu 67 sena u joqgħod is-Siġġiewi.Il-kundizzjoni tiegħu għadha pendenti.IlbieraħŻagħżugħ fil-periklu li jmut wara li waqa’ fuq il-blatIxxerja din l-istorjaL-Artiklu ta’ Qabel“Din is-sena kienet waħda mill-agħar snin għall-produzzjoni tal-għasel” See original Article on newsbook.com.mt

Read More

Knisja.mt / RitrattiL-Arċisqof Charles Scicluna ħeġġeġ lil dawk li huma xxurtjati biżżejjed li n-nanniet tagħhom għadhom ħajjin sabiex jgħidulhom grazzi.Dan kien parti mill-messaġġ tal-Arċisqof fl-omelija tiegħu llum, propju fl-ewwel Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani, li qed jiġi ċċelebrat fuq xewqa tal-Papa Franġisku. Il-quddiesa tal-lum saret fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sant’Anna f’Wied il-Għajn.Mons. Scicluna rrifletta fuq kif ħafna drabi, aħna xħaħ bil-kelma “grazzi,” u l-kelma “aħfirli” nsibuha iebsa biex ngħiduha, iżda importanti li nfissrulhom dawn is-sentimenti lin-nanniet tagħna. Appella lil dawk li tilfu lin-nanniet tagħhom biex juru solidarjetà ma’ anzjani oħra minflok, billi pereżempju jċemplu lil xi anzjan ieħor biex iferrħuh. Minħabba…

Read More

[email protected] nies ramaw il-gazebos fil-Bajja ta’ Santa Marija f’Kemmuna, avolja dawn mhumiex permessi hemmhekk.Ritratti li waslu għand Newsbook.com.mt juru l-gazebos armati, minkejja li hemm tabelli fuq il-bajja li jgħidu li hu kontra l-liġi li jintramaw il-gazebos jew kampijiet fuq il-bajja.Persuna qalet lil Newsbook.com.mt li għalkemm il-pulizija marru fuq il-post meta sar rapport, dawn kellmu lin-nies li kellhom il-gazebos, iżda ma ħarrkuhomx, u lanqas ġegħluhom ineħħuhom.F’din il-bajja lanqas ma huma permessi klieb jew dingis fiż-żona tal-għawm, iżda xorta waħda kienu hemmhekk.Fil-bajjiet mhumiex permessi kampijiet, tined, gazebos, u lanqas li jkunu mdendlin lożor jew xugamani mal-umbrelel.Newsbook.com.mt bagħat xi mistoqsijiet lill-Pulizija fuq dan…

Read More

TwitterRead in English.Raġel Amerikan li sikwit iddieħak bil-vaċċin u għax mhuwiex imlaqqam spiċċa tilef ħajtu bil-Covid-19, billi mill-virus żviluppalu pulmonite.Stephen Harmon, ta’ 34 sena minn Kalifornja, kien ixerred ħafna ritratti fuq il-midja soċjali waqt li kien l-isptar, jitlob lin-nies biex jitolbu għalih. Madankollu, huwa baqa’ kontra l-vaċċin sal-aħħar nifs ta’ ħajtu, għax kien jemmen li t-twemmin tiegħu jipproteġih mill-coronavirus.Harmon kien parti mill-kongregazzjoni ta’ Hillsong Church f’Los Angeles, li twaqqfet fl-Awstralja u mbagħad inxterdet f’diversi pajjiżi madwar id-dinja.Il-fundatur ta’ Hillsong Brian Houston fakkar il-memorja ta’ Harmon u ddeskrivieh bħala wieħed mill-iżjed nies ġenerużi li kien jaf. Minkejja dan, Houston iddiżassoċja ruħu…

Read More

Ritratt: Miguela XuerebŻagħżugħ jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li lbieraħ waqa’ fuq il-blat f’Tas-Sliema.Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-10pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna li weġġgħet fiż-żona ta’ Tigné.Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u sabet li Ċiniż ta’ 14-il sena, residenti Tas-Sliema, waqa’ fuq il-blat. Iż-żagħżugħ ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei. Aktar tard hu ġie ċcertifkat li weġġa’ serjament.Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.Il-Maġstrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit ordnat inkjesta fuq il-każ.Ilbieraħ ukollInċident bejn 4 karozzi jħalli raġel isofri minn ġrieħi graviIxxerja din l-istorjaL-Artiklu ta’ Qabel“Aħna għandna…

Read More

FacebookIt-Tabib Malcolm Paul Agius Galea, kandidat għall-elezzjoni mal-Partit Laburista, irreaġixxa għall-protesta li saret ilbieraħ kontra l-vaċċin, u staqsa jekk hu u sħabu t-tobba għandhomx id-dritt, allura, li jirrifjutaw li jinvistaw lil pazjenti mhux imlaqqmin, l-istess kif in-nies li pprotestaw ilbieraħ iħossu li għandhom id-dritt ma jitlaqqmux.Agius Galea, li hu s-Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ, stqarr li jħossu mħawwad kif se jesprimi lilu nnifsu fuq il-protesta li għamlu dawk li jħossu li hu d-dritt tagħhom li ma jiħdux il-vaċċin kontra l-Covid-19.Huwa staqsa sensiela ta’ mistoqsijiet dwar id-dritt tiegħu u ta’ tobba oħra. Wera tħassib dwar is-sigurtà ta’ wliedu ċkejknin billi dawn ma jistgħux…

Read More

Il-Kunsill Lokali tal-QalaIl-Kunsill Lokali tal-Qala qed jitlob lit-Tribunal jisma’ l-appelli biex jissospendi l-permess ta’ proġett kontroversjali fiż-żona Ta’ Kassja fir-raħal, proġett li huwa parzjalment ‘il barra miż-żona tal-iżvilupp (ODZ).Il-Kunsill ħabbar dan fi stqarrija lbieraħ, dwar il-proġett propost mill-iżviluppatur Għawdxi Joseph Portelli, li għandu jikkonsisti f’165 appartament. Jidher li l-proġett wasal fl-aħħar stadju tiegħu.Skont kelliem għall-Kunsill Lokali, “Mhux sew, u hu inġust li x-xogħlijiet jitħallew jibdew waqt li l-appell għadu pendenti, speċjalment jekk l-appell idum biex jiġi deċiż xhur jew snin. Jekk l-awtoritajiet tabilħaqq jixtiequ jipproteġu lil Għawdex, dawn għandhom tal-inqas jissospendu x-xogħlijiet sakemm l-appell jiġi deċiż.”Dan il-proġett kien qala’ kontroversja…

Read More

Ritratt: Miguela XuerebIlbieraħ filgħaxija kien hemm inċident bejn erba’ karozzi f’San Ġiljan li ħalla lil raġel isofri minn ġrieħi gravi.Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li dan ġara fl-10.15pm fi Triq Mikiel Anton Vassalli, qrib id-dwal tat-traffiku.Mill-erba’ karozzi, kien hemm biss raġel wieħed li kellu bżonn jittieħed l-Isptar Mater Dei: Libjan ta’ 54 sena li joqgħod il-Gżira.Il-persuni l-oħra involuti kienu sewwieqa ta’ 38 sena minn Wied il-Għajn, li magħha kellha passiġġier ta’ 38 sena minn Wied il-Għajn ukoll, sewwieq ta’ 68 sena minn Tas-Sliema, u sewwieq ieħor ta’ 40 sena mill-Italja li joqgħod l-Imsida.Ixxerja din l-istorjaL-Artiklu ta’ Qabel“Bħala PM ma naqbiżx…

Read More