Author: Trischia Falzon

Fl-aħħar sigħat fiequ 65 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 172 każ minn fost 3,640 test.Bħalissa hawn 2,497 każ attiv, wara li ġew ripatrijati 97 persuna.B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,061,236 test.Ingħataw ukoll 736,727 doża tal-vaċċin. Minnhom, 389,263 kienu l-ewwel doża u 364,899 persuna huma kompletament imlaqqma.L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 19-il persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, b’wieħed minnhom fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.Qalu wkoll li mill-166 każ irrappurtati lbieraħ, 126 persuna kellhom bejn l-10 snin u d-39 sena.L-età medja tal-każijiet tal-Ħamis kienet ta’ 26 sena.Għal jum ieħor ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.Ta’ QabelImnedija s-sitt edizzjoni…

Read More

Matul it-tieni kwart tas-sena, daħlu dsatax-il cruiseliner fil-portijiet Maltin, li minn fuqhom niżlu aktar minn tlieta u għoxrin elf persuna. Bħala medja, kull bastiment li sorġa f’Malta, kien qed iġorr elf, mitejn u erbgħa u tletin passiġġier.Il-maġġoranza tal-passiġġieri fuq il-cruiseliners f’dan il-perjodu, ħamsa u disgħin fil-mija, kienu ċittadini Ewropej; bl-ikbar suq kien dak Taljan.Il-maġġoranza tal-passiġġieri kellhom bejn erbgħin u disgħa u ħamsin sena, segwiti minn dawk iżgħar fl-età.Dawn id-dettalji ħarġu fi stqarrija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, li wriet ukoll kif fl-ewwel sitt xhur tas-sena, il-passiġġieri li ġew Malta bi cruiseliner kienu jgħoddu għal aktar minn wieħed u tletin elf.Dan jirriżulta fi…

Read More

L-Italja ħabbret li mis-sitta t’Awwissu, se tkun mandatorja li tippreżenta ċ-ċertifikat tal-vaċċin biex tidħol f’ċertu postijiet fil-pajjiż.Dan se jfisser li kull min għandu iktar minn tnax-il sena li jkun irċieva minn tal-inqas doża waħda tal-vaċċin, se jkun jista’ jidħol f’diversi postijiet bħal ristoranti fuq ġewwa, ċinema u gyms.Iċ-ċertifikat tal-vaċċin mhux se jkun mandatorju għat-trasport pubbliku, wara li kien hemm nuqqas ta’ qbil fi ħdan il-Gvern ta’ koalizzjoni.L-infezzjonijiet tal-Coronavirus qed jiżdiedu fl-Italja, primarjament minħabba l-varjant Delta.F’ġimgħa waħda biss, in-numri fil-pajjiż ġar tagħna rdoppjaw, b’aktar minn ħamest elef każ irrappurtat il-Ħamis.Madwar nofs il-popolazzjoni Taljana hija mlaqqma kompletament.L-Italja hija l-aħħar minn sensiela ta’…

Read More

Iċ-Ċina m’aċċettatx termini proposti mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa biex isiru aktar investigazzjonijiet dwar l-oriġini tal-pandemija tal-COVID-19.Il-Kap tal-WHO qal liċ-Ċina biex tikkopera aktar dwar l-ewwel stadji tal-imxija, inkluż bl-awditjar tal-laboratorji.Id-Deputat Ministru tas-Saħħa Ċiniż qal li dan juri diżrispett lejn is-sens komun u arroganza fil-konfront tax-xjenza, u saħansitra żied li l-pjan tal-WHO huwa ppolitiċizzat u ċ-Ċina mhux se taċċettah.F’Jannar li għadda, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa bagħtet tim ta’ esperti f’Wuhan fejn ġew irrappurtati l-ewwel każijiet tal-COVID-19 f’Diċembru tal-2019.L-esperti kkonkludew li hija kważi impossibbli li l-virus ħareġ minn ġo laboratorju, imma din it-teorija kompliet tippersisti.Aktar kmieni dan ix-xahar, il-Kap tal-WHO ħabbar fażi oħra ta’ investigazzjoni,…

Read More

Stazzjon tal-ferrovija fiċ-Ċina, meqjus fost l-aktar bieżla fil-pajjiż, spiċċa mgħerreq bl-għargħar; f’xena li rat passiġġieri ddisprati jippruvaw joħorġu jiġru filwaqt li oħrajn inġarru minn mal-binarji u ttieħdu mal-kurrent tal-ilmijiet.F’filmati xokkanti fuq il-midja soċjali, uħud mill-passiġġieri jidhru bil-wieqfa fuq siġġijiet u saħansitra jiddendlu mas-saqaf biex jippruvaw jeħilsu l-ilma li baqa’ tiela’ sal-quċċata.Kien hemm min ħa filmati ta’ dawn il-mumenti u ppubblikahom fuq il-midja soċjali, filwaqt li oħrajn jidhru jċemplu lill-maħbubin tagħhom jew lill-awtoritajiet għall-għajnuna.Eventwalment, mijiet ta’ persuni kienu salvati minn mina taħt l-art, u minn tal-inqas tnax-il persuna tilfu ħajjithom u oħrajn indarbu f’dan id-diżastru.Ir-reġjun fejn seħħ dan il-każ ra iktar…

Read More

Grupp ta’ studenti li ttestjaw pożittivi għall-COVID-19 se jħallu Malta waranosinhar fuq titjira medika lejn Franza.Fi storja fuq il-faċċata tat-Times of Malta, ingħad kif l-ajruplan tat-tip Boeing 737 li se jopera titjira chartered organizzata mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, se jkollu fuqu mija u tmienja u għoxrin persuna li se jkomplu l-kwarantina, jew jekk hemm bżonn jieħdu l-kura, f’pajjiżhom.It-titjira se tkun operata mil-linja tal-ajru ASL Airlines Frances, li tispeċjalizza f’titjiriet mediċi u sanitarji.Kelliem għall-Awtorità Maltija tat-Turiżmu kkonferma mat-Times li mal-mitejn student u studenta diġà ġew ripatrijati fuq żewġ titjiriet it-Tnejn u t-Tlieta. Dawn kollha ttestjaw negattivi għall-virus għalkemm kien hemm uħud li…

Read More

Il-Prim Ministru Robert Abela inawgura proġett ta’ restawr fl-Iskola tal-Arti fil-Belt, li tifforma parti mill-Kulleġġ Mikiel Anton Vassallo.Kull sena, din l-iskola tara mal-ħames mitt artist u artista jsegwu korsijiet f’ambjent li jimmotiva s-sens kreattiv u t-tnissil ta’ ideat innovattivi.Dan il-proġett sar b’investiment ta’ ħames miljun ewro mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada, u l-Prim Ministru qal li jgħaqqad flimkien il-patrimonju kulturali mal-futur fis-settur tal-arti.Dan għaliex dan l-investiment se jindokra t-talent tal-mijiet ta’ persuni li jagħżlu din l-iskola biex jiżviluppaw il-ħiliet artistiċi tagħhom.Il-Prim Ministru qal li l-iskop ta’ dan l-investiment huwa li jixpruna l-kreattività fost dawk li jattendu f’din l-iskola biex jikkontribwixxu L-iżvilupp tal-identità…

Read More

Fil-klinika mobbli li tul il-jum kienet iż-Żejtun, 1,824 persuna marru biex jieħdu l-vaċċin kontra l-COVID-19.Din il-klinika mobbli bdiet topera t-Tnejn li għadda fil-Mosta u llum marret fil-lokalità taż-Żejtun.Min imur biex jieħu l-vaċċin hawnhekk m’għandux bżonn appuntament u jrid jieħu biss mezz ta’ identifikazzjoni, bħal karta tal-identità jew kont tad-dawl għall-barranin li jgħixu Malta.Tfal ta’ bejn it-12 u l-15-il sena li jmorru jitlaqqmu fil-klinika mobbli jridu jkunu akkumpanjati minn ġenitur li jagħti l-kunsens għat-tilqima.Nhar il-Ġimgħa, il-klinika mobbli se tkun f’San Ġiljan.Ta’ QabelMa kellux bażi biex jinvestiga direct order biex tinkera l-lukanda See original Article on www.one.com.mt

Read More

Il-Prim Ministru Robert Abela inawgura l-bini mill-ġdid tax-xatt ta’ Marsalforn f’Għawdex, li b’investiment ta’ tliet miljun ewro, issa jista’ jitgawda mill-familji mingħajr karozzi.F’dan il-proġett, ix-xatt inqala’ mill-qiegħ u sarlu tisbiħ estensiv, fl-istess waqt li solva l-problema tal-ilma baħar meta kienet tagħmel ix-xita jew ikun riħ qawwi, bil-bini ta’ culverts ġodda.Tbiddlu wkoll servizzi relatati mal-ilma u d-drenaġġ u sar il-pavimentar fit-toroq prinċipali kollha: ta’ Triq il-Port, Triq il-Forn, Triq San Ġużepp, Triq ir-Rabat u Misraħ Sir Michelangelo Refalo.Jikkumplimenta x-xatt ta’ Marsalforn sar ukoll il-bini mill-ġdid tal-moll fil-Menqa li qed jagħti servizz aħjar lis-sajjieda.Residenta Għawdxija li spiss tiffrekwenta din iż-żona, qalet li…

Read More

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Ġustizzja, Edward Zammit Lewis, ħabbar id-depenalizzazzjoni ta’ ċertu każijiet ta’ ksur ta’ liġi.Dan huwa proċess fejn offiżi ta’ natura żgħira – bħal ġlied żgħir bejn il-ġirien, ma jibqgħux jitqiesu bħala reat kriminali quddiem il-Qorti tal-Ġudikatura Kriminali, imma jinstemgħu quddiem il-Kummissarji tal-Ġustizzja.Preżentament, il-Kummissarji tal-Ġustizzja diġà jisimgħu każijiet marbuta ma’ ksur ta’ liġi, ħafna drabi relatati ma’ okkażjonijiet stradali, ksur ta’ liġi ambjentali jew dawk marbuta mal-liġijiet tal-pandemija.Il-Ministru Edward Zammit Lewis spjega li dan qed isir id f’id mal-viżjoni tal-Gvern biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ effiċjenza f’ċertu setturi tal-Qrati, biex il-ħin tal-Maġistrati jkun jista’ jintuża fuq affarijiet ta’ natura…

Read More