Author: Wayne Bonello

Nhar it-Tnejn 16 ta’Awwissu fid-8.45pm, is-Soċjetà Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema tal-Imġarr se ttella’ Akkademja Mużikali f’Wesgħat il-Ġublew, l-Imġarr, fl-okkażjoni tal-10 snin Anniversarju mit-twaqqif tagħha.Waqt din l-akkademja mużikali se jindaqqu diversi innijiet Marjani, bil-qofol jintlaħaq meta l-banda ddoqq għall-ewwel darba l-Innu l-Kbir Mbierka s-Sema, b’lirika ta’ Joe Julian Farrugia u mużika tas-Surmast Ray Sciberras.F’din l-akkademja se jieħdu sehem is-sopran Claire Caruana u t-Tenur Georg Zammit flimkien mal-Kor Cappella Musicale Cæciliana taħt id-direzzjoni ta’ Mro.Abraham D’Amato A.Mus.LCM, L.Mus.LCM, B.A., STh.B., S.Th.L., u l-Kor Regina Coeli mmexxi minn Mro Mary Cauchi BA (Hons) L.Mus., LCM, ALCM.Il-Banda Marija Mtellgħa s-Sema tal-Imġarr se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Tancred Grech FLCM, LLCM, BA (Hons) Music,…

Read More

70 fil-mija tal-applikazzjonijiet li l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà rċeviet fl-2020 biex tiċċertifika l-aċċessibbiltà ta’ bini miftuħ għall-pubbliku ma kienux approvati.Dan ħareġ mir-Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar is-sena ta’ ħidma fl-2020, fejn kien spjegat li mill-aktar minn 4,000 applikazzjoni li rċievew, aktar minn 2,800 ma kienux approvati… filwaqt li 611 kienu approvati. Min-naħa l-oħra, 600 applikazzjoni lanqas biss kienu fil-parametri li fuqhom isir l-ivvettjar mill-Kummissjoni.Meta ppreżentat ir-Rapport, il-Kummissrju għall-Persuni b’Diżabbiltà Samantha Pace Gasan qalet li ħafna mill-ħidma matul dik is-sena kellha tinbidel u tkun ibbażata fuq il-pandemija. Fost l-oħrajn, b’ħolqien ta’ disability taskforce li rat li l-policies li jsiru ma jnaqqrux…

Read More

70 fil-mija tal-applikazzjonijiet li l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà rċeviet fl-2020 biex tiċċertifika l-aċċessibbiltà ta’ bini miftuħ għall-pubbliku ma kienux approvati.Dan ħareġ mir-Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar is-sena ta’ ħidma fl-2020, fejn kien spjegat li mill-aktar minn 4,000 applikazzjoni li rċievew, aktar minn 2,800 ma kienux approvati… filwaqt li 611 kienu approvati. Min-naħa l-oħra, 600 applikazzjoni lanqas biss kienu fil-parametri li fuqhom isir l-ivvettjar mill-Kummissjoni.Meta ppreżentat ir-Rapport, il-Kummissrju għall-Persuni b’Diżabbiltà Samantha Pace Gasan qalet li ħafna mill-ħidma matul dik is-sena kellha tinbidel u tkun ibbażata fuq il-pandemija. Fost l-oħrajn, b’ħolqien ta’ disability taskforce li rat li l-policies li jsiru ma jnaqqrux…

Read More

Għall-ħabta tal-4.30 tal-Erbgħa waranofsinhar, nirien ħakmu residenza fin-Naxxar bil-konsegwenza li spiċċat inqerdet il-parti ta’ wara tal-istess residenza, inkluż il-kamra tal-bejtFlimkien mal-Pulizija flimkien ma’ ambulanza bħala prekawzjoni, immedjatament fuq il-post waslu membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jitfu nirien li ħakmu dar fi Triq Sir Arturo Mercieca, fl-inħawi ta’ San Pawl tat-Tarġa.Ritratt: Matthew TaboneMinn informazzjoni li kiseb Net News jidher li l-ebda persuna ma’ weġġgħet f’dawn in-nirien bil-pulizija tad-Distrett tan-Naxxar għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.Ritratt: Matthew TaboneS’issa għadha mhix magħrufa l-kawża ta’ dawn in-nirien li ħalla ħsarat konsiderevoli fir-residenza, b’għadd ta’ twieqi mkissrin u saħansitra nħarqet kompletament il-kamra tal-bejt filwaqt li l-pannelli ġarrbu ħsarat…

Read More

Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar. Il-cookies li huma klassifikati bħala neċessarji qed jiġu miżmuma fuq l-browser tiegħek biex nassiguraw li l-funzjonijiet bażiċi ta’ dan is-sit jaħdmu sew. Dan is-sit ukoll juża cookies oħra li jgħinu fl-analiżi ta’ kif qed jaħdem. Int tista’ tiddeċiedi li ma tħallix dawn l-cookies jiġu miżmuma fuq l-browser tiegħek. See original Article on netnews.com.mt

Read More

Il-vittmi tal-COVID-19 telgħu għal 423 hekk kif fil-bullettin mediku tal-Erbgħa tħabbru 2 vittmi rġiel tal-COVID-19, wieħed ta’ 95 u ieħor 86 sena.Fl-aħħar 24 siegħa tħabbru 91 każ ġdid ta’ COVID-19 biex il-każijiet attivi issa jlaħħqu mal-2,194, bl-età medja fost dawk pożittivi issa titla’ għal 35 sena.Intant, tħabbru ukoll li mal-125 persuna fiequ mill-COVID-19 fl-aħħar 24 siegħa filwaqt li ġew amministrati 3,758 tilqima lbieraħ.Ikkummenta //= $special ?> See original Article on netnews.com.mt

Read More

F’retweet fuq Twitter, Matthew Caruana Galizia, esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-istqarrija tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, dwar kif il-Partit se jattwa r-rakomandazzjonijiet tal-Inkjesta Pubblika mingħajr telf ta’ żmien.Iben il-ġurnalista assassinata, Daphne Caruana Galizia, saħaq li l-Inkjesta Pubblika hija għodda sabiex pajjiżna jtejjeb lilu nnifsu. Fl-istess waqt, fir-rakomandazzjonijiet se jkun hemm lezzjonijiet għal pajjiżi oħra u tweġibiet għal kif jistgħu jiġu evitati assassinji bħal dawn, b’referenza għall-każijiet ta’ Jan Kuciak, Peter Devries, Giorgios Karaivaz u Victoria Marinova.Matthew Caruana Galizia kien qed jirreaġixxi għal tweet tal-Kap tal-Oppożizzjoni li fiha saħaq li l-Partit Nazzjonalista se jkun hemm biex iservi u jkun ta’ eżempju.Ikkummenta //=…

Read More

Jiżżanżnu l-arloġġi ta’ mal-faċċata li jagħtu enfasi akbar liż-żmien milli lill-ħinPropju fil-ġimgħa tal-Festa Titulari lil San Ġorġ Martri fil-Belt Victoria, Għawdex, il-ġimgħa l-oħra nkixef ir-restawr li sar fuq il-faċċata tal-Kolleġġjata u Bażilika ta’ San Ġorġ, wara xhur ta’ xhur ta’ xogħol fuq l-istess faċċata barokka u neoklassika, il-kampnari kif ukoll il-qniepen.Hekk kif tlesta dan ix-xogħol ġew installati 2 arloġġi uniċi mal-faċċata tal-irħam abjad b’minutieri tal-bronz li jagħtu enfasi fuq iż-żmien aktar milli l-ħin.Il-kunċett jissawwar mal-fatt li fil-ħajja tal-lum, il-bniedem ma jeħtieġx arloġġi biex jara x’deadlines għandu għaliex għandu wisq tant li nesa għalkollox iż-żmien meta jara x’ħin hu.Għalhekk, tqabbad l-artisti,…

Read More

Sabiex tfakkar it-tielet deċennju mit-twaqqif tagħha, is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990, se ttellgħa l-Premiere tal-Oratorju Mużikali Sagru u Korali ‘Divo Petro’.Dan l-Oratorju, li ġie kkummissjonat lis-Surmast Ray Sciberras fuq versi tal-Poeta Sebastian Saliba, b’riċerka u b’referenza bibblika ta’ John Saliba, se jittella’ fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl tal-Imdina għada s-Sibt 24 ta’ Lulju 2021 taħt il-Patroċinju Distint tal-President ta’ Malta, George Vella, u s-Sinjura Vella.Il-Banda Birżebbuġa se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tagħha Mro Michael Bugelli li wkoll qed jiċċelebra t-tletin sena tiegħu fit-tmexxija tal-banda.Flimkien mal-Banda se jieħdu ssehem it-Tenur Charles Vincenti, il-Baritonu Louis Cassar u l-Alto…

Read More

Ir-rispett lejn dawk li jagħtu l-ewwel għajnuna t-tema ta’ konferenza mtella’ fil-Jum Dinji Kontra t-Traffikar tal-Bnedmin“Qed inħossu li biex l-investigazzjonijiet jitjiebu, jagħmel aktar sens tinħoloq taskforce ta’ persuni u entitajiet oħrajn reletati mar-reat tat-traffikar tal-persuni, per eżempju id-DIER fuq l-impjiegi, għaliex jista’ jirriżultalhom li m’hemmx traffikar iżda jirriżultaw li hemm ksur fil-liġijiet tax-xogħol, flimkien mal-Avukat Ġenerali għall-pariri legali u Identity Malta li tipproċessa l-permessi fost entitajiet oħra. It-traffikar sar ir-reat li evolva u aħna rridu naġġustaw ruħna biex inkunu kompetettivi u effiċjenti fl-invesitgazzjonijiet tagħna.”Saħaq dan l-Assistent Kummissarju Dennis Theuma, li kien wieħed mill-kelliema f’Konferenza li nżammet f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan…

Read More